search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'tagħha' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas tagħha:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 371

 

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

"utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe individwu privat li jaġixxi fkapaċità kummerċjali jew professjonali li, jew kwalunkwe persuna ġuridika li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(2)

"servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(b)

ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

(c)

jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornitur ta dawn is-servizzi u dawk l-utenti kummerċjali li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi;

(3)

"fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, servizzi tal-intermedjazzjoni online lill-utenti kummerċjali;

(4)

"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li qed taġixxi għal finijiet li ma għandhomx xjaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(5)

"magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li jippermetti lill-utenti jdaħħlu talbiet biex iwettqu tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha, jew tas-siti web blingwa partikolari kollha, abbażi ta talba dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta kelma muftieħ, talba bil-vuċi, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura riżultati fi kwalunkwe format ta fejn tista tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

(6)

"fornitur tal-magna tat-tiftix online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, magni tat-tiftix online lill-konsumaturi;

(7)

"utent ta sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża interfaċċa online, jiġifieri kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu u applikazzjonijiet, inklużi applikazzjonijiet mobbli, biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(8)

"ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix permezz ta magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

(9)

"kontroll" tfisser proprjetà ta impriża, jew l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (13);

(10)

"termini u kundizzjonijiet" tfisser kull terminu u kundizzjoni jew speċifikazzjoni, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tiegħu, u huma determinati bmod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, bl-evalwazzjoni ta’ dik d-determinazzjoni unilaterali abbażi ta valutazzjoni ġenerali, li għaliha d-daqs relattiv tal-partijiet ikkonċernati, il-fatt li negozjati seħħu, jew li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu kienu soġġetti għal tali negozjati u ddeterminati flimkien mill-fornituri rilevanti u l-utent tan-negozju ma huwiex, minnu nnifsu, deċiżiv.

(11)

"prodotti u servizzi anċillari" tfisser prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online flimkien u komplementari għall-prodott jew għas-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(12)

"medjazzjoni" tfisser kwalunkwe proċess strutturat kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/52/KE;

(13)

"mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utenti kummerċjali jaħżnu informazzjoni indirizzata personalment lilhom bmod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta żmien adegwat għall-finijiet ta informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

Artikolu 11

Sistema interna tat-trattament tal-ilmenti

1.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu sistema interna li tittratta l-ilmenti tal-utenti kummerċjali.

Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli faċilment u bla ħlas għall-utenti kummerċjali u għandha tiżgura trattament fperijodu ta żmien raġonevoli. Din għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta trasparenza u trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, u tittratta l-ilmenti bmod li jkun proporzjonat mal-importanza u l-kumplessità tagħhom. Din għandha tippermetti lill-utenti kummerċjali jressqu lmenti direttament lill-fornitur ikkonċernat brabta ma xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-allegat nuqqas ta konformità minn dak il-fornitur ma kwalunkwe obbligu legali stabbilit fdan ir-Regolament u li jaffettwa lill-utent kummerċjali li ppreżenta ilment (“l-ilmentatur”);

(b)

kwistjonijiet teknoloġiċi li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur;

(c)

miżuri meħuda minn dak il-fornitur, jew bl-imġiba tiegħu, li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur.

2.   Bħala parti mis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom:

(a)

jikkunsidraw kif xieraq l-ilmenti u s-segwitu li jaf ikollhom bżonn jagħtu lill-ilment biex il-kwistjoni tiġi indirizzata sew;

(b)

jipproċessaw l-ilmenti malajr u bmod effettiv, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni;

(c)

jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, bmod individwalizzat u mfassal blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli.

3.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-aċċess għas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom u t-tħaddim tagħha.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku. Huma għandhom jivverifikaw l-informazzjoni mill-inqas kull sena u fejn huma meħtieġa bidliet sinifikanti, huma għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta lmenti mressqa, it-tipi prinċipali ta ilmenti, il-perijodu medju taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u l-informazzjoni aggregata rigward l-eżitu tal-ilmenti.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar, skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.


whereas









keyboard_arrow_down