keyboard_tab Media online 2019/0789 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ritrażmissjoni 10
- tad-drittijiet 9
- tal-immaniġġjar 7
- kollettiv 7
- għal 6
- organizzazzjoni 5
- għandhom 5
- membri 4
- membru 4
- l-awtorizzazzjoni 3
- għandha 3
- ikun 3
- minn 3
- l-istati 3
- jiżguraw 3
- organizzazzjonijiet 3
- detentur 2
- l-organizzazzjoni 2
- jkunx 2
- ewropew 2
- imsemmi 2
- fil-paragrafu 2
- artikolu 2
- timmaniġġja 2
- d-drittijiet 2
- l-istat 2
- fit-territorju 2
- l-operatur 2
- tas-servizzi 2
- jipprova 2
- jikseb 2
- awtorizzazzjoni 2
- rieżami 2
- għandu 2
- tiegħu 2
- tad-dritt 2
- biex 2
- id-detentur 2
- jkunu 2
- id-drittijiet 2
- mid-detenturi 2
- jagħtu 2
- jirrifjutaw 2
- ieħor 1
- taż-żmien 1
- ukoll 1
- jista 1
- jinvoka 1
- dawk 1
- il-mandat 1
Artikolu 4
L-eżerċizzju tad-drittijiet fir-ritrażmissjoni mid-detenturi tad-drittijiet għajr l-organizzazzjonijiet tax-xandir
1. Atti ta' ritrażmissjoni ta' programmi għandhom jiġu awtorizzati mid-detenturi tad-dritt esklussiv ta' komunikazzjoni lill-pubbliku.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom biex jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni biss permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.
2. Meta detentur tad-drittijiet ma jkunx ittrasferixxa l-immaniġġjar tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 lil organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li timmaniġġja d-drittijiet tal-istess kategorija fit-territorju tal-Istat Membru li għalih l-operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, għandha titqies li għandha d-dritt li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni għal dak id-detentur tad-drittijiet.
Madankollu, fejn aktar minn organizzazzjoni waħda tal-immaniġġjar kollettiv tkun qed timmaniġġja d-drittijiet ta' dik il-kategorija fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, għandu jitħalla f'idejn l-Istat Membru li għat-territorju tiegħu l-operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal ritrażmissjoni, biex jiddeċiedi liema organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv ikollhom id-dritt li jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal ritrażmissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li detentur tad-drittijiet ikollu l-istess drittijiet u obbligi li joħorġu minn ftehim bejn operatur tas-servizzi ta' ritrażmissjoni u organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv li jaġixxu skont il-paragrafu 2 jew 3, daqs id-detenturi tad-drittijiet li jkunu taw il-mandat lil dik l-organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dak id-detentur tad-drittijiet ikun jista' jinvoka dawk id-drittijiet f'perjodu taż-żmien, stabbilit mill-Istat Membru konċernat, li ma jkunx iqsar minn tliet snin mid-data ta' ritrażmissjoni li tinkludi x-xogħol tiegħu jew tagħha jew materjal protett ieħor.
Artikolu 10
Rieżami
1. Sas-7 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport fuq is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
2. Għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu fil-ħin l-informazzjoni rilevanti u meħtieġa lill-Kummissjoni.
whereas