keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 9 Kumpens biex id-data tkun magħmula disponibbli
- 1 Artikolu 29 Irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib
- 4 Artikolu 33 Rekwiżiti essenzjali dwar l-interoperabbiltà tad-data, tal-mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tad-data kif ukoll tal-ispazji komuni Ewropej tad-data
- 1 Artikolu 35 Interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data
- 1 Artikolu 36 Rekwiżiti essenzjali rigward il-kuntratti intelliġenti għall-eżekuzzjoni tal-ftehimiet tal-kondiviżjoni tad-data
- 2 Artikolu 45 Eżerċizzju tad-delega
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI
KAPITOLU III
OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI
KAPITOLU IV
TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI
KAPITOLU V
IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI
KAPITOLU VI
QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA
KAPITOLU VII
AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI
KAPITOLU VIII
INTEROPERABBILTÀ
KAPITOLU IX
IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR
KAPITOLU X
DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- tad-data 62
- biex 29
- essenzjali 28
- fil-paragrafu 27
- għandha 27
- stabbiliti 23
- għandhom 21
- implimentazzjoni 20
- il-kummissjoni 20
- intelliġenti 19
- komuni 19
- l-artikolu 19
- konformità 19
- tal-ipproċessar 18
- ewropea 16
- ir-rekwiżiti 16
- servizzi 15
- armonizzati 14
- minn 14
- nru / 14
- tal-unjoni 14
- jiġu 13
- msemmija 13
- ikun 13
- dawk 12
- rilevanti 12
- tkun 12
- armonizzat 12
- meta 11
- fejn 11
- atti 11
- disponibbli 11
- partijiet 11
- jkopru 10
- fl-artikolu 10
- tadotta 10
- tal-qlib 10
- tar-regolament 10
- id-data 9
- uffiċjali 9
- minnhom 9
- dwar 9
- aktar 9
- il-Ġurnal 9
- tqis 9
- il-kummissjoni 9
- għal 9
- lill-kummissjoni 8
- għandu 8
- oħra 8
Artikolu 9
Kumpens biex id-data tkun magħmula disponibbli
1. Kwalunkwe kumpens miftiehem bejn detentur tad-data u riċevitur tad-data biex id-data ssir disponibbli f'relazzjonijiet bejn in-negozji għandu jkun nondiskriminatorju u raġonevoli u jista' jinkludi marġini.
2. Meta jkunu qed jiftiehmu dwar kwalunkwe kumpens id-detentur tad-data u r-riċevitur tad-data għandhom iqisu b'mod partikolari:
(a) | il-kostijiet imġarrba biex id-data ssir disponibbli, inkluż, b'mod partikolari, il-kostijiet neċessarji għall-ifformattjar tad-data, id-disseminazzjoni b'mezzi elettroniċi u l-ħżin; |
(b) | investimenti fil-ġbir u l-produzzjoni ta' data, fejn ikun japplika, filwaqt li jitqies jekk partijiet oħra kkontribwixxewx għall-kisba, il-ġenerazzjoni jew il-ġbir tad-data inkwistjoni. |
3. Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jiddependi wkoll mill-volum, il-format u n-natura tad-data.
4. Meta r-riċevitur tad-data jkun SME jew organizzazzjoni tar-riċerka mingħajr skop ta' qligħ u meta tali riċevitur tad-data ma jkollux intrapriżi sħab jew intrapriżi relatati li ma jikkwalifikawx bħala SMEs, kwalunkwe kumpens miftiehem ma għandux jaqbeż il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a).
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida dwar il-kalkolu tal-kumpens raġonevoli, filwaqt li tqis il-parir tal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data (EDIB) imsemmi fl-Artikolu 42.
6. Dan l-Artikolu ma għandux jipprekludi liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra adottata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni milli teskludi l-kumpens biex issir disponibbli d-data jew għall-provvediment għal kumpens aktar baxx.
7. Id-detentur tad-data għandu jipprovdi lir-riċevitur tad-data b'informazzjoni li tistabbilixxi l-bażi għall-kalkolu tal-kumpens f'dettall suffiċjenti sabiex ir-riċevitur tad-data jkun jista' jivvaluta jekk humiex issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 sa 4.
Artikolu 29
Irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib
1. Mit-12 ta’ Jannar 2027, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data ma għandhom jimponu l-ebda imposta tal-qlib fuq il-klijent għall-proċess tal-qlib.
2. Mill-11 ta’ Jannar 2024 sat-12 ta’ Jannar 2027, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jistgħu jimponu imposti mnaqqsa tal-qlib fuq il-klijent għall-proċess tal-qlib.
3. L-imposti mnaqqsa tal-qlib imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet imġarrba mill-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li huma direttament marbuta mal-proċess tal-qlib ikkonċernat.
4. Qabel ma jidħlu f’kuntrattwali ma' klijent, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jipprovdu lill-klijent prospettiv informazzjoni ċara dwar it-tariffi ta' servizz standard u l-penali ta' terminazzjoni bikrija li jistgħu jiġu imposti, kif ukoll dwar l-imposti mnaqqsa tal-qlib li jistgħu jiġu imposti matul il-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2.
5. Meta jkun rilevanti, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jipprovdu informazzjoni lil konsumatur dwar servizzi tal-ipproċessar tad-data li jinvolvu qlib kumpless ħafna jew għali jew li għalihom ikun impossibbli li jsir qlib mingħajr interferenza sinifikanti fid-data, fl-assi diġitali jew fl-arkitettura tas-servizz.
6. Fejn ikun applikabbli, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 disponibbli pubblikament għall-klijenti permezz ta' taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom jew bi kwalunkwe mod ieħor faċilment aċċessibbli.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 45 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ biex il-Kummissjoni timmonitorja l-imposti tal-qlib, imposti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fis-suq sabiex tiżgura li l-irtirar u t-tnaqqis ta' imposti tal-qlib skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jintlaħqu f'konformità mal-iskadenzi previsti f'dawk il-paragrafi.
Artikolu 33
Rekwiżiti essenzjali dwar l-interoperabbiltà tad-data, tal-mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tad-data kif ukoll tal-ispazji komuni Ewropej tad-data
1. Il-parteċipanti fl-ispazji tad-data li joffru data jew servizzi tad-data lil parteċipanti oħra għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin biex jiffaċilitaw l-interoperabbiltà tad-data, tal-mekkaniżmi u tas-servizzi tal-kondiviżjoni tad-data kif ukoll tal-ispazji komuni Ewropej tad-data li huma oqfsa interoperabbli speċifiċi għall-iskop jew għas-settur jew transsettorjali għal standards u prattiki komuni għall-kondiviżjoni jew għall-ipproċessar konġunt tad-data għal, fost l-oħrajn, l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda, riċerka xjentifika jew inizjattivi tas-soċjetà ċivili:
(a) | il-kontenut tas-sett tad-data, ir-restrizzjonijiet fuq l-użu, il-liċenzji, il-metodoloġija tal-ġbir tad-data, il-kwalità tad-data u l-inċertezza għandhom ikunu deskritti b'mod suffiċjenti, fejn applikabbli, f'format li jinqara minn magna, biex jippermettu lir-riċevitur isib, jaċċessa u juża d-data; |
(b) | l-istrutturi tad-data, il-formati tad-data, il-vokabularji, l-iskemi ta' klassifikazzjoni, it-tassonomiji u l-listi tal-kodiċijiet, fejn disponibbli, għandhom jiġu deskritti b'mod disponibbli pubblikament u konsistenti; |
(c) | il-mezzi tekniċi għall-aċċess għad-data, bħall-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, u t-termini tal-użu u l-kwalità tas-servizz tagħhom għandhom jiġu deskritti b'mod suffiċjenti biex jippermettu l-aċċess u t-trażmissjoni awtomatiċi tad-data bejn il-partijiet, inkluż kontinwament, f'tniżżil massiv jew f'ħin reali, f'format li jinqara minn magna fejn dan huwa teknikament fattibbli u ma jostakolax il-funzjonament tajjeb tal-prodott konness; |
(d) | fejn applikabbli, il-mezzi li jippermettu l-interoperabbiltà tal-għodod għall-awtomatizzazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-ftehimiet tal-kondiviżjoni tad-data, bħal kuntratti intelliġenti għandhom jiġu pprovduti. |
Ir-rekwiżiti jista' jkollhom natura ġenerika jew jistgħu jikkonċernaw setturi speċifiċi, filwaqt li jqisu bis-sħiħ l-interrelazzjoni mar-rekwiżiti li joħorġu minn liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'rabta ma' dawk ir-rekwiżiti li, min-natura tagħhom, ma jistgħux jipproduċu l-effett maħsub sakemm ma jkunux speċifikati aktar f'atti legali vinkolanti tal-Unjoni u sabiex tirrifletti kif xieraq l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.
Il-Kummissjoni għandha, meta tadotta atti delegati, tqis il-parir tal-EDIB f'konformità mal-Artikolu 42, il-punt (c)(iii).
3. Il-parteċipanti fl-ispazji tad-data li joffru data jew servizzi ta' data lil parteċipanti oħra fl-ispazji tad-data li jissodisfaw l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi tagħhom huma ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu preżunti li huma f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 safejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.
4. Il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta speċifikazzjonijiet komuni li jkopru kwalunkwe rekwiżit essenzjali jew ir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 fejn ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u:
|
(b) | ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
6. Qabel ma tħejji abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament UE Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati.
7. Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tqis il-parir tal-EDIB u l-fehmiet ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
8. Il-parteċipanti fl-ispazji tad-data li joffru data jew servizzi tad-data lil parteċipanti oħra fl-ispazji tad-data li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti minn atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 safejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali speċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.
9. Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta' standard armonizzat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti essenzjali bħal dawk koperti minn dak l-istandard armonizzat.
10. Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.
11. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida filwaqt li tqis il-proposta tal-EDIB f'konformità mal-Artikolu 30, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2022/868 li jistabbilixxi oqsfa interoperabbli għal standards u prattiki komuni għall-funzjonament ta' spazji komuni Ewropej tad-data.
Artikolu 35
Interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data
1. L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà u l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom:
(a) | jiksbu, fejn ikun teknikament fattibbli, interoperabbiltà bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz; |
(b) | itejbu l-portabbiltà tal-assi diġitali bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz; |
(c) | jiffaċilitaw, fejn ikun teknikament fattibbli, ekwivalenza funzjonali bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 30(1) li jkopru l-istess tip ta' servizz; |
(d) | ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sigurtà u l-integrità tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data u tad-data; |
(e) | jitfasslu b'tali mod li jippermettu avvanzi tekniċi u inklużjoni ta' funzjonijiet u innovazzjoni ġodda fis-servizzi tal-ipproċessar tad-data. |
2. L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà u l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jindirizzaw b'mod adegwat:
(a) | l-aspetti tal-interoperabbiltà tal-cloud tal-interoperabbiltà tat-trasport, l-interoperabbiltà sintattika, l-interoperabbiltà tad-data semantika, l-interoperabbiltà tal-imġiba u l-interoperabbiltà tal-politika; |
(b) | l-aspetti tal-portabbiltà tad-data fuq il-cloud tal-portabbiltà sintattika tad-data, il-portabbiltà semantika tad-data u l-portabbiltà tal-politika dwar id-data; |
(c) | l-aspetti tal-applikazzjoni tal-cloud tal-portabbiltà sintattika tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal-istruzzjoni tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal- metadata tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal-imġiba tal-applikazzjoni u l-portabbiltà tal-politika tal-applikazzjoni. |
3. L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà għandhom jikkonformaw mal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
4. Wara li tqis l-istandards internazzjonali u Ewropej u l-inizjattivi awtoregolatorji rilevanti, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet komuni ibbażat fuq speċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà li jkopru r-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
6. Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 37(5), il-punt (h), u ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
7. Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.
8. Għall-fini tal-Artikolu 30(3), il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tippubblika r-referenzi tal-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data f'repożitorju ċentrali tal-Unjoni tal-istandards għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data.
9. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
Artikolu 36
Rekwiżiti essenzjali rigward il-kuntratti intelliġenti għall-eżekuzzjoni tal-ftehimiet tal-kondiviżjoni tad-data
1. Il-bejjiegħ ta' applikazzjoni li tuża kuntratti intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta' ftehim jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli, għandhom jiżguraw li dawk il-kuntratti intelliġenti jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:
(a) | robustezza u kontroll tal-aċċess, biex ikun żgurat li l-kuntratt intelliġenti jkun tfassal biex joffri mekkaniżmi ta' kontroll tal-aċċess u grad għoli ħafna ta' robustezza biex jiġu evitati żbalji funzjonali u biex jiflaħ għall-manipulazzjoni minn partijiet terzi; |
(b) | terminazzjoni u interruzzjoni sikuri, biex ikun żgurat li jeżisti mekkaniżmu biex tintemm il-kontinwazzjoni tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet u li l-kuntratt intelliġenti jinkludi funzjonijiet interni li jistgħu jerġgħu jistabbilixxu jew jagħtu struzzjonijiet lill-kuntratt sabiex iwaqqaf jew jinterrompi l-operazzjoni, b’mod partikolari biex jiġu evitati eżekuzzjonijiet aċċidentali futuri; |
(c) | arkivjar u kontinwità tad-data, biex ikun żgurat, f'ċirkostanzi li fihom kuntratt intelliġenti jrid jiġi tterminat jew diżattivat, ikun hemm possibbiltà tal-arkivjar tad-data tranżazzjonali, il-loġika u l-kodiċi tal-kuntratt intelliġenti sabiex jinżamm ir-rekord tal-operazzjonijiet imwettqa fuq id-data fil-passat (awditabbiltà); |
(d) | kontroll tal-aċċess, biex ikun żgurat li kuntratt intelliġenti jiġi protett permezz ta' mekkaniżmi rigorużi ta' kontroll tal-aċċess fis-saffi ta' governanza u ta' kuntratti intelliġenti; u |
(e) | konsistenza, biex tkun żgurata konsistenza mat-termini tal-ftehim dwar il-kondiviżjoni tad-data li l-kuntratt intelliġenti jeżegwixxi. |
2. Il-bejjiegħ ta' kuntratt intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest ta' eżekuzzjoni ta’ ftehim jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli għandhom iwettqu valutazzjoni tal-konformità bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 u, malli jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti, toħroġ dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.
3. Billi jfassal id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-bejjiegħ ta' applikazzjoni bl-użu ta' kuntratti intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest ta' ftehim ta’ eżekuzzjoni jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli għandhom ikunu responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1.
4. Kuntratt intelliġenti li jissodisfa l-istandards armonizzati jew il-partijiet rilevanti tagħhom, li r-referenzi tiegħu huma ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.
5. Il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
6. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta speċifikazzjonijiet komuni li jkopru kwalunkwe rekwiżit essenzjali jew ir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 fejn ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u:
|
(b) | ma tkun ġiet ppubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huwa f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
7. Qabel ma tħejji abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu huma ssodisfati.
8. Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tqis il-parir tal-EDIB u l-fehmiet ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
9. Il-bejjiegħ ta' kuntratt intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta' ftehim jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti mill-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 jew partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali speċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.
10. Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta' standard armonizzat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti essenzjali bħal dawk koperti minn dak l-istandard armonizzat.
11. Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.
KAPITOLU IX
IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR
Artikolu 45
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 29(7) u l-Artikolu 33(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-11 ta’ Jannar 2024.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 29(7) u l-Artikolu 33(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 29(7) jew l-Artikolu 33(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
whereas