search


keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2023/2854 MT cercato: 'ewropea' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


expand index ewropea:

    KAPITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    KAPITOLU II
    KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI

    KAPITOLU III
    OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI

    KAPITOLU IV
    TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI

    KAPITOLU V
    IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI

    KAPITOLU VI
    QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA

    KAPITOLU VII
    AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI

    KAPITOLU VIII
    INTEROPERABBILTÀ

    KAPITOLU IX
    IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR

    KAPITOLU X
    DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE

    KAPITOLU XI
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas ewropea:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 1344

 

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"data" tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali ta' atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta' dawn l-atti, fatti jew informazzjoni, inkluż fil-forma ta' reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva;

(2)

" metadata" tfisser deskrizzjoni strutturata tal-kontenut jew tal-użu tad-data li tiffaċilita s-sejbien jew l-użu ta' dik id-data;

(3)

"data personali" tfisser data personali kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679;

(4)

"data mhux personali" tfisser data li mhijiex data personali;

(5)

"prodott konness" tfisser oġġett li jikseb, jiġġenera jew jiġbor data dwar l-użu jew l-ambjent tiegħu u li jkun jista' jikkomunika data ta' prodott permezz ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika, konnessjoni fiżika jew aċċess fuq l-apparat, u li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-ħżin, l-ipproċessar jew it-trażmissjoni tad-data f'isem kwalunkwe parti għajr l-utent;

(6)

"servizz relatat" tfisser servizz diġitali, għajr servizz tal-komunikazzjoni elettronika, inkluż software, li jkun konness mal-prodott fil-mument tax-xiri, kiri jew lokazzjoni b'tali mod li n-nuqqas tiegħu jipprevjeni lill-prodott konness milli jwettaq waħda jew aktar mill-funzjonijiet tiegħu, jew li sussegwentement ikun konness mal-prodott mill-manifattur jew parti terza biex iżid, jaġġorna jew jadatta l-funzjonijiet tal-prodott konness;

(7)

"ipproċessar" tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jitwettqu fuq data jew fuq settijiet ta' data, sew jekk b'mezzi awtomatizzati, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, id-divulgazzjoni permezz ta' trażmissjoni, id-disseminazzjoni, jew mezzi oħra biex isiru disponibbli, l-allinjament jew il-kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

(8)

"servizz tal-ipproċessar tad-data" tfisser servizz diġitali li jkun ipprovdut lil klijent u li jippermetti aċċess minn kullimkien u fuq talba għan-network għal grupp kondiviż ta' riżorsi tal-informatika konfigurabbli, skalabbli u elastiċi ta' natura ċentralizzata, distribwita jew distribwita ħafna li jista' jiġi fornut malajr u rilaxxat bi sforz minimu ta' ġestjoni jew interazzjoni mal-fornitur tas-servizz;

(9)

"l-istess tip ta' servizz" tfisser sett ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li jaqsmu l-istess objettiv primarju, mudell ta' servizz tal-ipproċessar tad-data u funzjonalitajiet prinċipali;

(10)

"servizz ta' intermedjazzjoni tad-data" tfisser servizz ta' intermedjazzjoni tad-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2022/868;

(11)

"suġġett tad-data" tfisser suġġett tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679;

(12)

"utent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid ta' prodott konness jew li lilha jkunu ġew ittrasferiti kuntrattwalment drittijiet temporanji għall-użu ta' dak il-prodott konness, jew li tirċievi servizzi relatati;

(13)

"detentur tad-data" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha d-dritt jew l-obbligu, f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-liġi tal-Unjoni applikabbli jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, li tuża u tagħmel disponibbli data, inkluż, fejn miftiehem kuntrattwalment, data ta' prodott jew data ta' servizz relatat li tkun irkuprat jew iġġenerat matul il-forniment ta' servizz relatat;

(14)

"riċevitur tad-data" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, li taġixxi għal finijiet li huma relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna, minbarra l-utent ta' prodott konness jew servizz relatat, li d-detentur tad-data jagħmel id-data disponibbli lilha, inkluż parti terza wara talba mill-utent lid-detentur tad-data jew f'konformità ma' obbligu legali skont il-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni;

(15)

"data ta' prodott" tfisser data ġġenerata mill-użu ta' prodott konness li l-manifattur iddiżinja biex ikun tista' tiġi rkuprata, permezz ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika, konnessjoni fiżika jew aċċess fuq l-apparat, minn utent, detentur tad-data jew parti terza, inkluż, fejn rilevanti, il-manifattur;

(16)

"data ta' servizz relatat" tfisser data li tirrappreżenta d-diġitalizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-utent jew tal-avvenimenti relatati mal-prodott konness, irreġistrata intenzjonalment mill-utent jew iġġenerata bħala prodott sekondarju tal-azzjoni tal-utent matul il-forniment ta' servizz relatat mill-fornitur;

(17)

"data faċilment disponibbli" tfisser data ta' prodott u data ta' servizz relatat li detentur tad-data jikseb legalment jew jista' jikseb legalment mill-prodott konness jew servizz relatat, mingħajr sforz sproporzjonat li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi;

(18)

"sigriet kummerċjali" tfisser sigriet kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/943;

(19)

"detentur ta' sigriet kummerċjali" tfisser detentur ta' sigriet kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva (UE) 2016/943;

(20)

“tfassil tal-profil” tfisser tfassil tal-profil kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2016/679;

(21)

"tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott konness għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, sew bi ħlas u anki mingħajru;

(22)

"tqegħid fis-suq" tfisser li prodott konness jitqiegħed għall-ewwel darba għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni;

(23)

"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li ma jkunux fl-ambitu tal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni ta' dik il-persuna;

(24)

"intrapriża" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, fir-rigward ta' kuntratti u prattiki koperti minn dan ir-Regolament, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna;

(25)

“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża żgħira kif definit fl-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(26)

"mikrointrapriża" tfisser mikrointrapriża kif definit fl-Artikolu 2(3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(27)

"korpi tal-Unjoni" tfisser il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti skont atti adottati abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea, it-TFUE jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità ewropea tal-Enerġija Atomika;

(28)

"korp tas-settur pubbliku" tfisser awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali tal-Istati Membri u korpi regolati mil-liġi pubblika tal-Istati Membri, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar jew minn tali korp wieħed jew aktar;

(29)

"emerġenza pubblika" tfisser sitwazzjoni eċċezzjonali, limitata fiż-żmien, bħal emerġenza tas-saħħa pubblika, emerġenza li tirriżulta minn diżastri naturali, diżastru kbir ħafna kkaġunat mill-bniedem, inkluż inċident maġġuri ta' ċibersigurtà, li taffettwa b'mod negattiv il-popolazzjoni tal-Unjoni jew Stat Membru sħiħ jew parti minnu, b'riskju ta' riperkussjonijiet serji u dejjiema għall-kundizzjonijiet tal-għajxien jew l-istabbiltà ekonomika, l-istabbiltà finanzjarja, jew id-degradazzjoni sostanzjali u immedjata tal-assi ekonomiċi fl-Unjoni jew fl-Istat Membru rilevanti u li hija determinata jew iddikjarata uffiċjalment f’konformità mal-proċeduri rilevanti skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali;

(30)

"klijent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun daħlet f'relazzjoni kuntrattwali ma' fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data bl-objettiv li tuża servizz wieħed jew aktar tal-ipproċessar tad-data;

(31)

"assistenti virtwali" tfisser software li jista' jipproċessa d-domandi, il-kompiti jew il-mistoqsijiet, inkluż dawk abbażi ta' awdjo, input bil-miktub, ġesti jew movimenti, u li, abbażi ta' dawk id-domandi, il-kompiti jew il-mistoqsijiet, jipprovdi aċċess għal servizzi oħra jew jikkontrolla l-funzjonijiet tal-prodotti konnessi;

(32)

"assi diġitali" tfisser elementi f'forma diġitali, inkluż applikazzjonijiet, li għalihom il-klijent għandu d-dritt tal-użu, indipendentement mir-relazzjoni kuntrattwali mas-servizz tal-ipproċessar tad-data li biħsiebu jaqleb minnu;

(33)

“infrastruttura tal-ICT fuq il-post" tfisser infrastruttura tal-ICT u riżorsi tal-informatika li jkunu proprjetà tal klijent jew mikrija jew mogħtija b'lokazzjoni mill-klijent, li tinsab fiċ-ċentru tad-data tal-klijent innifsu u operata mill-klijent jew minn parti terza;

(34)

"qlib" tfisser il-proċess li jinvolvi fornitur sors ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, klijent ta' servizz tal-ipproċessar tad-data u fornitur ta' destinazzjoni ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, fejn il-klijent ta' servizz tal-ipproċessar tad-data jibdel mill-użu ta' servizz tal-ipproċessar tad-data wieħed għall-użu ta' servizz ieħor tal-ipproċessar tad-data tal-istess tip ta' servizz, jew servizz ieħor, offrut minn fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, inkluż permezz tal-estrazzjoni, it-trasformazzjoni u l-uploading tad-data;

(35)

"imposti tal-ħruġ ta' data" tfisser tariffi tat-trasferiment tad-data imposti fuq il-klijenti għall-estrazzjoni tad-data tagħhom permezz tan-network mill-infrastruttura tal-ICT ta' fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għas-sistema ta' fornitur differenti jew għal infrastruttura ICT fuq il-post;

(36)

"imposti tal-qlib" tfisser imposti, għajr it-tariffi tas-servizz standard jew penali għal terminazzjoni bikrija, imposti minn fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fuq klijent għall-azzjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament għall-qlib għas-sistema ta' fornitur differenti jew għal infrastruttura tal-ICT fuq il-post, inkluż imposti tal-ħruġ tad-data;

(37)

"ekwivalenza funzjonali" tfisser l-istabbiliment mill-ġdid, abbażi tad-data li tista' tiġi esportata u l-assi diġitali tal-klijent, ta' livell minimu ta' funzjonalità fl-ambjent ta' servizz tal-ipproċessar tad-data ġdid tal-istess tip ta' servizz wara l-proċess ta' qlib, fejn is-servizz ta' pproċessar ta' data tad-destinazzjoni jagħti eżitu materjalment komparabbli b'rispons għall-istess input għal karatteristiċi kondiviżi pprovduti lill-klijent skont il-kuntratt;

(38)

"data li tista' tiġi esportata", għall-fini tal-Artikoli 23 sa 31 u l-Artikolu 35, tfisser id-data tal-input u l-output, inkluż il- metadata , iġġenerata direttament jew indirettament, jew koġenerata, mill-użu mill-klijent tas-servizz tal-ipproċessar tad-data, minbarra kwalunkwe assi jew data protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali, tal-fornituri tas-servizz tal-ipproċessar tad-data jew ta’ partijiet terzi;

(39)

"kuntratt intelliġenti" tfisser programm tal-kompjuter użat għall-eżekuzzjoni awtomatizzata ta' ftehim jew parti minnu, bl-użu ta' sekwenza ta' rekords elettroniċi tad-data u l-iżgurar tal-integrità tagħhom u l-preċiżjoni tal-ordni kronoloġika tagħhom;

(40)

"interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità ta' żewġ spazji jew aktar tad-data jew networks ta' komunikazzjoni, sistemi, prodotti konnessi, applikazzjonijiet, servizzi tal-ipproċessar tad-data jew komponenti għall-iskambju u għall-użu tad-data sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

(41)

"speċifikazzjoni miftuħa tal-interoperabbiltà" tfisser speċifikazzjoni teknika, fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni,, li hija orjentata lejn il-prestazzjoni biex jiksbu l-interoperabbiltà bejn is-servizzi tal-ipproċessar tad-data;

(42)

"speċifikazzjonijiet komuni" tfisser dokument, għajr standard, li jkun fih soluzzjonijiet tekniċi li jipprovdu mezz għall-konformità ma' ċerti rekwiżiti u obbligi stabbiliti skont dan ir-Regolament;

(43)

"standard armonizzat" tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

KAPITOLU II

KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI

Artikolu 30

Aspetti tekniċi tal-qlib

1.   Il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li jikkonċernaw riżorsi tal-informatika skalabbli u elastiċi limitati għal elementi infrastrutturali bħal servers, networks u r-riżorsi virtwali neċessarji għall-operat tal-infrastruttura, iżda li ma jipprovdux aċċess għas-servizzi operatorji, software u applikazzjonijiet li jinħażnu, li jiġu pproċessati mod ieħor, jew li jintużaw fuq dawk l-elementi infrastrutturali, għandhom, f’konformità mal-Artikolu 27, jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha fis-setgħa tagħhom biex jagħmluha aktar faċli li l-klijent, wara li jaqleb għal servizz li jkopri l-istess tip ta' servizz tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data, jikseb ekwivalenza funzjonali fl-użu tas-servizz ta’ destinazzjoni tal-ipproċessar tad-data. Il-fornitur sors ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jiffaċilita l-proċess tal-qlib billi jipprovdi kapaċitajiet, informazzjoni adegwata, dokumentazzjoni, appoġġ tekniku u, fejn xieraq, l-għodod neċessarja.

2.   Il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jagħmlu l-interfaċċi miftuħa disponibbli bl-istess mod għall-klijenti kollha tagħhom u għall-fornituri ta' destinazzjoni tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data kkonċernati mingħajr ħlas biex jiffaċilitaw il-proċess tal-qlib. Dawk l-interfaċċi għandhom jinkludu biżżejjed informazzjoni dwar is-servizz ikkonċernat biex jippermettu l-iżvilupp ta' software li jikkomunika mas-servizzi, għall-finijiet tat-trasferiment u l-interoperabbiltà tad-data.

3.   Għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà mal-ispeċifikazzjonijiet komuni bbażati fuq speċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà jew standards armonizzati għall-interoperabbiltà mill-inqas 12-il xahar wara li r-referenzi għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data jkunu ġew ippubblikati fir-repożitorju ċentrali tal-istandards tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data tal-Unjoni wara l-pubblikazzjonijiet tal-atti ta' implimentazzjoni sottostanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea f'konformità mal-Artikolu 35(8).

4.   Il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jaġġornaw ir-reġistru online msemmi fl-Artikolu 26, il-punt (b), f'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

5.   Fil-każ tal-qlib bejn servizzi tal-istess tip ta' servizz, li għalihom l-ispeċifikazzjonijiet komuni tal-l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jkunux ġew ippubblikati fir-repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 35(7), il-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu, fuq talba tal-klijent, jesporta d-data kollha li tista' tiġi esportata f'format strutturat, użat b'mod komuni u li jinqara minn magna.

6.   Il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data ma għandhomx ikunu meħtieġa jiżviluppaw teknoloġiji jew servizzi ġodda, jew jiżvelaw jew jittrasferixxu assi diġitali li huma protetti minn drittijiet ta' propjetà intellettwali jew li jikkostitwixxu sigriet kummerċjali, lil klijent jew lil fornitur differenti ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data jew jikkompromettu s-sigurtà u l-integrità tas-servizz tal-klijent jew tal-fornitur.

Artikolu 33

Rekwiżiti essenzjali dwar l-interoperabbiltà tad-data, tal-mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tad-data kif ukoll tal-ispazji komuni Ewropej tad-data

1.   Il-parteċipanti fl-ispazji tad-data li joffru data jew servizzi tad-data lil parteċipanti oħra għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin biex jiffaċilitaw l-interoperabbiltà tad-data, tal-mekkaniżmi u tas-servizzi tal-kondiviżjoni tad-data kif ukoll tal-ispazji komuni Ewropej tad-data li huma oqfsa interoperabbli speċifiċi għall-iskop jew għas-settur jew transsettorjali għal standards u prattiki komuni għall-kondiviżjoni jew għall-ipproċessar konġunt tad-data għal, fost l-oħrajn, l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda, riċerka xjentifika jew inizjattivi tas-soċjetà ċivili:

(a)

il-kontenut tas-sett tad-data, ir-restrizzjonijiet fuq l-użu, il-liċenzji, il-metodoloġija tal-ġbir tad-data, il-kwalità tad-data u l-inċertezza għandhom ikunu deskritti b'mod suffiċjenti, fejn applikabbli, f'format li jinqara minn magna, biex jippermettu lir-riċevitur isib, jaċċessa u juża d-data;

(b)

l-istrutturi tad-data, il-formati tad-data, il-vokabularji, l-iskemi ta' klassifikazzjoni, it-tassonomiji u l-listi tal-kodiċijiet, fejn disponibbli, għandhom jiġu deskritti b'mod disponibbli pubblikament u konsistenti;

(c)

il-mezzi tekniċi għall-aċċess għad-data, bħall-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, u t-termini tal-użu u l-kwalità tas-servizz tagħhom għandhom jiġu deskritti b'mod suffiċjenti biex jippermettu l-aċċess u t-trażmissjoni awtomatiċi tad-data bejn il-partijiet, inkluż kontinwament, f'tniżżil massiv jew f'ħin reali, f'format li jinqara minn magna fejn dan huwa teknikament fattibbli u ma jostakolax il-funzjonament tajjeb tal-prodott konness;

(d)

fejn applikabbli, il-mezzi li jippermettu l-interoperabbiltà tal-għodod għall-awtomatizzazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-ftehimiet tal-kondiviżjoni tad-data, bħal kuntratti intelliġenti għandhom jiġu pprovduti.

Ir-rekwiżiti jista' jkollhom natura ġenerika jew jistgħu jikkonċernaw setturi speċifiċi, filwaqt li jqisu bis-sħiħ l-interrelazzjoni mar-rekwiżiti li joħorġu minn liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'rabta ma' dawk ir-rekwiżiti li, min-natura tagħhom, ma jistgħux jipproduċu l-effett maħsub sakemm ma jkunux speċifikati aktar f'atti legali vinkolanti tal-Unjoni u sabiex tirrifletti kif xieraq l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

Il-Kummissjoni għandha, meta tadotta atti delegati, tqis il-parir tal-EDIB f'konformità mal-Artikolu 42, il-punt (c)(iii).

3.   Il-parteċipanti fl-ispazji tad-data li joffru data jew servizzi ta' data lil parteċipanti oħra fl-ispazji tad-data li jissodisfaw l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi tagħhom huma ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea għandhom jiġu preżunti li huma f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 safejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.

4.   Il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta speċifikazzjonijiet komuni li jkopru kwalunkwe rekwiżit essenzjali jew ir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 fejn ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u:

(i)

it-talba ma tkunx ġiet aċċettata;

(ii)

l-istandard armonizzat li jindirizza dik it-talba ma jkunx ġew ikkonsenjat fl-iskadenza stabbilita f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; jew

(iii)

l-istandard armonizzat ma jikkonformawx mat-talba; u

(b)

ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).

6.   Qabel ma tħejji abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament UE Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati.

7.   Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tqis il-parir tal-EDIB u l-fehmiet ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

8.   Il-parteċipanti fl-ispazji tad-data li joffru data jew servizzi tad-data lil parteċipanti oħra fl-ispazji tad-data li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti minn atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 safejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali speċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.

9.   Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta' standard armonizzat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti essenzjali bħal dawk koperti minn dak l-istandard armonizzat.

10.   Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

11.   Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida filwaqt li tqis il-proposta tal-EDIB f'konformità mal-Artikolu 30, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2022/868 li jistabbilixxi oqsfa interoperabbli għal standards u prattiki komuni għall-funzjonament ta' spazji komuni Ewropej tad-data.

Artikolu 35

Interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data

1.   L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà u l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom:

(a)

jiksbu, fejn ikun teknikament fattibbli, interoperabbiltà bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz;

(b)

itejbu l-portabbiltà tal-assi diġitali bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz;

(c)

jiffaċilitaw, fejn ikun teknikament fattibbli, ekwivalenza funzjonali bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 30(1) li jkopru l-istess tip ta' servizz;

(d)

ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sigurtà u l-integrità tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data u tad-data;

(e)

jitfasslu b'tali mod li jippermettu avvanzi tekniċi u inklużjoni ta' funzjonijiet u innovazzjoni ġodda fis-servizzi tal-ipproċessar tad-data.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà u l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jindirizzaw b'mod adegwat:

(a)

l-aspetti tal-interoperabbiltà tal-cloud tal-interoperabbiltà tat-trasport, l-interoperabbiltà sintattika, l-interoperabbiltà tad-data semantika, l-interoperabbiltà tal-imġiba u l-interoperabbiltà tal-politika;

(b)

l-aspetti tal-portabbiltà tad-data fuq il-cloud tal-portabbiltà sintattika tad-data, il-portabbiltà semantika tad-data u l-portabbiltà tal-politika dwar id-data;

(c)

l-aspetti tal-applikazzjoni tal-cloud tal-portabbiltà sintattika tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal-istruzzjoni tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal- metadata tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal-imġiba tal-applikazzjoni u l-portabbiltà tal-politika tal-applikazzjoni.

3.   L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà għandhom jikkonformaw mal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

4.   Wara li tqis l-istandards internazzjonali u Ewropej u l-inizjattivi awtoregolatorji rilevanti, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet komuni ibbażat fuq speċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà li jkopru r-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

6.   Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 37(5), il-punt (h), u ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

7.   Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

8.   Għall-fini tal-Artikolu 30(3), il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tippubblika r-referenzi tal-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data f'repożitorju ċentrali tal-Unjoni tal-istandards għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data.

9.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).

Artikolu 36

Rekwiżiti essenzjali rigward il-kuntratti intelliġenti għall-eżekuzzjoni tal-ftehimiet tal-kondiviżjoni tad-data

1.   Il-bejjiegħ ta' applikazzjoni li tuża kuntratti intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta' ftehim jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli, għandhom jiżguraw li dawk il-kuntratti intelliġenti jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:

(a)

robustezza u kontroll tal-aċċess, biex ikun żgurat li l-kuntratt intelliġenti jkun tfassal biex joffri mekkaniżmi ta' kontroll tal-aċċess u grad għoli ħafna ta' robustezza biex jiġu evitati żbalji funzjonali u biex jiflaħ għall-manipulazzjoni minn partijiet terzi;

(b)

terminazzjoni u interruzzjoni sikuri, biex ikun żgurat li jeżisti mekkaniżmu biex tintemm il-kontinwazzjoni tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet u li l-kuntratt intelliġenti jinkludi funzjonijiet interni li jistgħu jerġgħu jistabbilixxu jew jagħtu struzzjonijiet lill-kuntratt sabiex iwaqqaf jew jinterrompi l-operazzjoni, b’mod partikolari biex jiġu evitati eżekuzzjonijiet aċċidentali futuri;

(c)

arkivjar u kontinwità tad-data, biex ikun żgurat, f'ċirkostanzi li fihom kuntratt intelliġenti jrid jiġi tterminat jew diżattivat, ikun hemm possibbiltà tal-arkivjar tad-data tranżazzjonali, il-loġika u l-kodiċi tal-kuntratt intelliġenti sabiex jinżamm ir-rekord tal-operazzjonijiet imwettqa fuq id-data fil-passat (awditabbiltà);

(d)

kontroll tal-aċċess, biex ikun żgurat li kuntratt intelliġenti jiġi protett permezz ta' mekkaniżmi rigorużi ta' kontroll tal-aċċess fis-saffi ta' governanza u ta' kuntratti intelliġenti; u

(e)

konsistenza, biex tkun żgurata konsistenza mat-termini tal-ftehim dwar il-kondiviżjoni tad-data li l-kuntratt intelliġenti jeżegwixxi.

2.   Il-bejjiegħ ta' kuntratt intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest ta' eżekuzzjoni ta’ ftehim jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli għandhom iwettqu valutazzjoni tal-konformità bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 u, malli jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti, toħroġ dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.

3.   Billi jfassal id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-bejjiegħ ta' applikazzjoni bl-użu ta' kuntratti intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest ta' ftehim ta’ eżekuzzjoni jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli għandhom ikunu responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1.

4.   Kuntratt intelliġenti li jissodisfa l-istandards armonizzati jew il-partijiet rilevanti tagħhom, li r-referenzi tiegħu huma ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea, għandu jkun preżunt li huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.

5.   Il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta speċifikazzjonijiet komuni li jkopru kwalunkwe rekwiżit essenzjali jew ir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 fejn ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u:

(i)

it-talba ma tkunx ġiet aċċettata;

(ii)

l-istandards armonizzati li jindirizzaw dik it-talba ma jkunux ġew ikkonsenjati fl-iskadenza stabbilita f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; jew

(iii)

l-istandards armonizzati ma jikkonformawx mat-talba; u

(b)

ma tkun ġiet ppubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huwa f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).

7.   Qabel ma tħejji abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu huma ssodisfati.

8.   Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tqis il-parir tal-EDIB u l-fehmiet ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

9.   Il-bejjiegħ ta' kuntratt intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta' ftehim jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti mill-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 jew partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali speċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.

10.   Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta' standard armonizzat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti essenzjali bħal dawk koperti minn dak l-istandard armonizzat.

11.   Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

KAPITOLU IX

IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR

Artikolu 45

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 29(7) u l-Artikolu 33(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-11 ta’ Jannar 2024.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 29(7) u l-Artikolu 33(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 29(7) jew l-Artikolu 33(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 50

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni ewropea.

Għandu japplika mit-12 ta’ Settembru 2025.

L-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 3(1) għandu japplika għall-prodotti konnessi u s-servizzi relatati magħhom imqiegħda fis-suq wara t-12 ta’ Settembru 2026.

Il-Kapitolu III għandu japplika biss fir-rigward tal-obbligi li d-data tkun magħmula disponibbli f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, li tidħol fis-seħħ wara t-12 ta’ Settembru 2025.

Il-Kapitolu IV għandu japplika għall-kuntratti konklużi wara t-12 ta’ Settembru 2025.

Il-Kapitolu IV għandu japplika mit-12 ta’ Settembru 2027 għall-kuntratti konklużi fi jew qabel it-12 ta’ Settembru 2025 dment li jkunu:

(a)

ta' durata ta' żmien indefinit; jew

(b)

ser jiskadu mill-inqas 10 snin mll-11 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)   ĠU C 402, 19.10.2022, p. 5.

(2)   ĠU C 365, 23.9.2022, p. 18.

(3)   ĠU C 375, 30.9.2022, p. 112.

(4)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Novembru 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2023.

(5)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(8)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(10)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(11)  Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 79).

(13)  Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-19 ta' Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).

(14)  Regolament (UE) 2023/1543 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2023 dwar Ordnijiet ta' Produzzjoni u ta' Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja wara proċedimenti kriminali (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 118).

(15)  Direttiva (UE) 2023/1544 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2023 li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar id-deżinjazzjoni ta' stabbilimenti deżinjati u l-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika fi proċedimenti kriminal (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 181).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(18)  Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

(19)  Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni. (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).

(20)  Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali. (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45).

(21)  Id-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE. (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2022 dwar il-governanza ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data) (ĠU L 152, 3.6.2022, p. 1).

(23)  Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

(24)  Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).

(25)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ('Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku') (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(26)  Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1).

(27)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(28)  Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

(29)  Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases (ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20).

(30)  Ir-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropa. (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59).

(31)  Id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).

(32)  Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).

(33)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(34)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(35)  Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

(36)  Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).

(37)  Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1).

(38)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(39)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)



whereas









keyboard_arrow_down