search


keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2023/2854 MT cercato: 'il-kummissjoni' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


expand index il-kummissjoni:

    KAPITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    KAPITOLU II
    KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI

    KAPITOLU III
    OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI

    KAPITOLU IV
    TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI

    KAPITOLU V
    IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI

    KAPITOLU VI
    QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA

    KAPITOLU VII
    AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI

    KAPITOLU VIII
    INTEROPERABBILTÀ

    KAPITOLU IX
    IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR

    KAPITOLU X
    DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE

    KAPITOLU XI
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas il-kummissjoni:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 1915

 

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati, fost-l-oħrajn, dwar:

(a)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data ta' prodotti u ta' servizzi relatati għall-utent tal-prodott konness jew servizz relatat;

(b)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data mid-detenturi tad-data għar-riċevituri tad-data;

(c)

it-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data mid-detenturi tad-data għall-korpi tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-korpi tal-Unjoni, fejn ikun hemm ħtieġa eċċezzjonali għal dik id-data għat-twettiq ta' kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku;

(d)

l-iffaċilitar tal-qlib bejn is-servizzi tal-ipproċessar tad-data;

(e)

l-introduzzjoni ta' salvagwardji kontra l-aċċess illegali ta' partijiet terzi għal data mhux personali;, u

(f)

l-iżvilupp ta' standards ta' interoperabbiltà għad-data li trid tiġi aċċessata, trasferita u użata.

2.   Dan ir-Regolament ikopri data personali u mhux personali, inkluż it-tipi ta' data li ġejjin, fil-kuntesti li ġejjin:

(a)

il-Kapitolu II japplika għad-data, bl-eċċezzjoni tal-kontenut, li tikkonċerna l-prestazzjoni, l-użu u l-ambjent ta' prodotti konnessi u servizzi relatati;

(b)

il-Kapitolu III japplika għal kwalunkwe data tas-settur privat li hija soġġetta għal obbligi statutorji ta' kondiviżjoni tad-data;

(c)

il-Kapitolu IV japplika għal kwalunkwe data tas-settur privat aċċessata u użata abbażi ta' kuntratti bejn intrapriżi;

(d)

il-Kapitolu V japplika għal kwalunkwe data tas-settur privat b'enfasi fuq data mhux personali;

(e)

il-Kapitolu VI japplika għal kwalunkwe data u servizzi pproċessati mill-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data;

(f)

il-Kapitolu VII japplika għal kwalunkwe data mhux personali miżmuma fl-Unjoni mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data.

3.   Dan ir-Regolament japplika għal:

(a)

manifatturi ta' prodotti konnessi mqiegħda fis-suq fl-Unjoni u l-fornituri ta' servizzi relatati, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment ta' dawk il-manifatturi u l-fornituri;

(b)

utenti fl-Unjoni ta' prodotti konnessi jew servizzi relatati kif imsemmija fil-punt (a);

(c)

detenturi tad-data, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom, li jagħmlu d-data disponibbli għar-riċevituri tad-data fl-Unjoni;

(d)

riċevituri tad-data fl-Unjoni li għalihom tkun disponibbli d-data;

(e)

korpi tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u korpi tal-Unjoni li jitolbu lid-detenturi tad-data jagħmlu d-data disponibbli meta jkun hemm ħtieġa eċċezzjonali għal dik id-data għat-twettiq ta' kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku u d-detenturi tad-data li jipprovdu dik id-data bi tweġiba għal talba bħal din;

(f)

fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom, li jipprovdu tali servizzi lill-klijenti fl-Unjoni;

(g)

parteċipanti fi spazji tad-data u bejjiegħa ta' applikazzjonijiet li jużaw kuntratti intelliġenti u persuni li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħhom tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta' ftehim.

4.   Meta dan ir-Regolament jirreferi għal prodotti konnessi jew għal servizzi relatati, tali referenzi għandhom jinftiehmu wkoll li jinkludu assistenti virtwali sa fejn li dawn jinteraġixxu ma' prodott konness jew servizz relatat.

5.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u l-integrità tat-tagħmir terminali, li għandu japplika għad-data personali pproċessata b'rabta mad-drittijiet u mal-obbligi stabbiliti fih, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2002/58/KE, inklużi s-setgħat u l-kompetenzi tal-awtoritajiet superviżorji u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Sa fejn l-utenti jkunu suġġetti tad-data, id-drittijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament għandhom jikkomplementaw id-drittijiet ta' aċċess mis-suġġetti tad-data u d-drittijiet tal-portabbiltà tad-data skont l-Artikoli 15 u 20 tar-Regolament (UE) 2016/679. Fil-każ ta' kunflitt bejn dan ir-Regolament u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali jew tal-privatezza, jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f'konformità ma' tali liġi tal-Unjoni, għandha tipprevali l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali dwar il-protezzjoni ta' data personali.

6.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal, jew ma jħeġġiġx bil-quddiem, arranġamenti volontarji għall-iskambju ta' data bejn entitajiet privati u pubbliċi, b'mod partikolari arranġamenti volontarji għall-kondiviżjoni tad-data.

Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-atti legali tal-Unjoni jew dawk nazzjonali li jipprevedu l-kondiviżjoni ta’, l-aċċess għal u l-użu ta' data għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, jew għal skopijiet doganali u ta’ tassazzjoni, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2021/784, (UE) 2022/2065 u (UE) 2023/1543 u d-Direttiva (UE) 2023/1544 jew il-kooperazzjoni internazzjonali f'dak il-qasam. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ġbir jew il-kondiviżjoni ta’, l-aċċess għal jew l-użu ta’ data skont ir-Regolament (UE) 2015/847 u d-Direttiva (UE) 2015/849. Dan ir-Regolament ma japplikax għal oqsma li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fi kwalunkwe każ ma jaffettwax il-kompetenzi tal-Istati Membri li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża jew is-sigurtà nazzjonali, irrispettivament mit-tip ta' entità fdata mill-Istati Membri biex twettaq kompiti fir-rigward ta' dawk il-kompetenzi, jew is-setgħa tagħhom li jissalvagwardjaw funzjonijiet Statali essenzjali oħra, inkluż l-iżgurar tal-integrità territorjali tal-Istat u ż-żamma tal-ordni pubbliku. Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-amministrazzjoni doganali u tat-taxxa jew is-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini.

7.   Dan ir-Regolament jikkumplimenta l-approċċ awtoregolatorju tar-Regolament (UE) 2018/1807 billi jżid obbligi applikabbli b'mod ġenerali dwar il-qlib tal-cloud.

8.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-atti legali tal-Unjoni u dawk nazzjonali li jipprevedu l-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, b'mod partikolari d-Direttivi 2001/29/KE, 2004/48/KE u (UE) 2019/790.

9.   Dan ir-Regolament jikkomplementa u huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni li għandha l-għan li tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, u li tipproteġi s-saħħa, is-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tagħhom, b'mod partikolari d-Direttivi 93/13/KEE, 2005/29/KE u 2011/83/UE.

10.   Dan ir-Regolament ma jipprekludix il-konklużjoni ta' kuntratti volontarji legali għall-kondiviżjoni tad-data, inkluż kuntratti konklużi fuq bażi reċiproka, li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Kumpens biex id-data tkun magħmula disponibbli

1.   Kwalunkwe kumpens miftiehem bejn detentur tad-data u riċevitur tad-data biex id-data ssir disponibbli f'relazzjonijiet bejn in-negozji għandu jkun nondiskriminatorju u raġonevoli u jista' jinkludi marġini.

2.   Meta jkunu qed jiftiehmu dwar kwalunkwe kumpens id-detentur tad-data u r-riċevitur tad-data għandhom iqisu b'mod partikolari:

(a)

il-kostijiet imġarrba biex id-data ssir disponibbli, inkluż, b'mod partikolari, il-kostijiet neċessarji għall-ifformattjar tad-data, id-disseminazzjoni b'mezzi elettroniċi u l-ħżin;

(b)

investimenti fil-ġbir u l-produzzjoni ta' data, fejn ikun japplika, filwaqt li jitqies jekk partijiet oħra kkontribwixxewx għall-kisba, il-ġenerazzjoni jew il-ġbir tad-data inkwistjoni.

3.   Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jiddependi wkoll mill-volum, il-format u n-natura tad-data.

4.   Meta r-riċevitur tad-data jkun SME jew organizzazzjoni tar-riċerka mingħajr skop ta' qligħ u meta tali riċevitur tad-data ma jkollux intrapriżi sħab jew intrapriżi relatati li ma jikkwalifikawx bħala SMEs, kwalunkwe kumpens miftiehem ma għandux jaqbeż il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a).

5.   il-kummissjoni għandha tadotta linji gwida dwar il-kalkolu tal-kumpens raġonevoli, filwaqt li tqis il-parir tal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data (EDIB) imsemmi fl-Artikolu 42.

6.   Dan l-Artikolu ma għandux jipprekludi liġi tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali oħra adottata f'konformità mal-liġi tal-Unjoni milli teskludi l-kumpens biex issir disponibbli d-data jew għall-provvediment għal kumpens aktar baxx.

7.   Id-detentur tad-data għandu jipprovdi lir-riċevitur tad-data b'informazzjoni li tistabbilixxi l-bażi għall-kalkolu tal-kumpens f'dettall suffiċjenti sabiex ir-riċevitur tad-data jkun jista' jivvaluta jekk humiex issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 10

Soluzzjoni tat-tilwim

1.   L-utenti, id-detenturi tad-data u r-riċevituri tad-data għandu jkollhom aċċess għal korp għas-soluzzjoni tat-tilwim, iċċertifikat f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, biex isolvi tilwim skont l-Artikolu 4(3) u (9) tal-Artikolu 5(12) kif ukoll tilwim relatati mat-termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, u l-mod trasparenti, kif id-data ssir disponibbli f'konformità ma’ dan il-Kapitolu u l-Kapitolu IV.

2.   Il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom jagħmlu t-tariffi, jew il-mekkaniżmi użati biex jiġu ddeterminati t-tariffi, magħrufa lill-partijiet ikkonċernati qabel ma dawk il-partijiet jitolbu deċiżjoni.

3.   Għat-tilwim riferut lil korp għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 4(3) u (9) u l-Artikolu 5(12), meta l-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim jiddeċiedi tilwima favur l-utent jew ir-riċevitur tad-data, id-detentur tad-data għandu jħallas it-tariffi kollha imposti mill-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim u għandu jirrimborża lil dak l-utent jew lil dak ir-riċevitur tad-data kwalunkwe spiża raġonevoli oħra li jkun ġarrab b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwima. Jekk il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim jiddeċiedi tilwima favur id-detentur tad-data, l-utent jew ir-riċevitur tad-data ma għandux ikun meħtieġ jirrimborża kwalunkwe tariffa jew spiża oħra li d-detentur tad-data jkun ħallas jew irid iħallas b'rabta mas-soluzzjoni tat-tilwima, sakemm il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim ma jsibx li l-utent jew ir-riċevitur tad-data aġixxa b'mala fide ċara.

4.   Il-klijenti u l-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jkollhom aċċess għal korp għas-soluzzjoni tat-tilwim, iċċertifikat f'konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, biex isolvu t-tilwim relatat mal-ksur tad-drittijiet tal-klijenti u l-obbligi tal-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, f'konformità mal-Artikoli 23 u 31.

5.   L-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu, fuq talba ta' dak il-korp, jiċċertifika lil dak il-korp meta jkun wera li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun imparzjali u indipendenti, u joħroġ id-deċiżjonijiet tiegħu f'konformità ma' regoli ta' proċedura ċari, nondiskriminatorji u ġusti;

(b)

ikollu l-għarfien espert neċessarju, b'mod partikolari fir-rigward tad-determinazzjoni ta' termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji, inkluż il-kumpens, u dwar id-data tkun magħmula disponibbli b’mod trasparenti, li jippermetti lill-korp jiddetermina b'mod effettiv dawk it-termini u l-kondizzjonijiet;

(c)

ikun faċilment aċċessibbli permezz tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni elettronika;

(d)

ikun kapaċi jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b'mod rapidu, effiċjenti u kosteffettiv b'mill-inqas lingwa waħda uffiċjali tal-Unjoni.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim iċċertifikati f'konformità mal-paragrafu 5. il-kummissjoni għandha tippubblika lista ta' dawk il-korpi fuq sit web iddedikat u żżommha aġġornata.

7.   Korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jirrifjuta li jittratta talba biex isolvi tilwima li tkun diġà tressqet quddiem korp ieħor għas-soluzzjoni tat-tilwim jew quddiem qorti jew tribunal ta' Stat Membru.

8.   Korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jagħti lill-partijiet il-possibbiltà, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjonijiet li dawk il-partijiet ikunu ressqu quddiem dak il-korp. F'dak il-kuntest, kull parti f’tilwima għandha tingħata s-sottomissjonijiet tal-parti l-oħra involuta fit-tilwima tagħhom u kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula mill-esperti. Il-partijiet għandhom jingħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar dawk is-sottomissjonijiet u d-dikjarazzjonijiet.

9.   Korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jadotta d-deċiżjoni tagħha dwar kwistjoni riferuta lilu fi żmien 90 jum minn meta jkun irċieva talba skont il-paragrafi 1 u 4. Dik id-deċiżjoni għandhatkunu bil-miktub jew fuq mezz durabbli u għandha tkun appoġġata minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet.

10.   Il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim għandhom ifasslu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku rapporti annwali tal-attività. Talirapporti annwali għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-informazzjoni ġenerali li ġejja:

(a)

aggregazzjoni tal-eżiti tat-tilwim;

(b)

iż-żmien medju meħud biex tiġi solvuta tilwima;

(c)

l-aktar raġunijiet komuni għat-tilwim.

11.   Sabiex jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki, korp għas-soluzzjoni tat-tilwim jista' jiddeċiedi li jinkludi rakkomandazzjonijiet fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 dwar kif il-problemi jistgħu jiġu evitati jew solvuti.

12.   Id-deċiżjoni ta' korp għas-soluzzjoni tat-tilwim għandha tkun vinkolanti fuq il-partijiet biss jekk il-partijiet ikunu taw kunsens espliċitu għan-natura vinkolanti tagħha qabel il-bidu tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim.

13.   Dan l-Artikolu ma jaffettwax id-dritt tal-partijiet li jfittxu rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal ta' Stat Membru.

Artikolu 14

Obbligu li d-data ssir disponibbli abbażi ta' ħtieġa eċċezzjonali

Fejn korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni juru ħtieġa eċċezzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 15, li jużaw ċerta data, inkluż il- metadata rilevanti neċessarja għall-interpretazzjoni u l-użu ta' dik id-data, biex iwettqu d-dmirijiet statutorji tagħhom fl-interess pubbliku, id-detenturi tad-data li huma persuni ġuridiċi, għajr korpi tas-settur pubbliku, li jkollhom dik id-data għandhom jagħmluha disponibbli fuq talba debitament ġustifikata.

Artikolu 15

Ħtieġa eċċezzjonali li tintuża data

1.   Ħtieġa eċċezzjonali li tintuża ċerta data skont it-tifsira ta' dan il-Kapitolu għandha tkun limitata fiż-żmien u l-kamp ta' applikazzjoni u għandha titqies li teżisti biss fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fejn id-data mitluba tkun neċessarja għar-rispons għal emerġenza pubblika u l-korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jiksbu dik id-data b'mezz alternattiv fil-ħin u b'mod effettiv b'kundizzjonijiet ekwivalenti;

(b)

f'ċirkostanzi mhux koperti mill-punt (a) u sa fejn hija kkonċernata biss data mhux personali, fejn:

(i)

korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni jkunu qed jaġixxu abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali u jkunu identifikaw data speċifika, li mingħajrha ma jkunux jistgħu jwettqu kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku, li jkun previst espliċitament mil-liġi, bħalma huma l-produzzjoni ta’ statistika uffiċjali jew il-mitigazzjoni ta' emerġenza pubblika jew l-irkupru minnha; u

(ii)

il-korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni jkunu eżawrew il-mezzi l-oħra kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiksbu dik id-data, inkluż, ix-xiri tad-data fis-suq billi joffru rati tas-suq, jew billi jiddependu fuq l-obbligi eżistenti biex id-data ssir disponibbli jew l-adozzjoni ta' miżuri leġiżlattivi ġodda li jistgħu jiggarantixxu d-disponibbiltà tad-data fil-ħin.

2.   Il-paragrafu 1, il-punt (b), ma għandux japplika għall-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar.

3.   L-obbligu li jintwera li l-korp tas-settur pubbliku ma setgħax jikseb data mhux personali billi jixtriha fis-suq ma għandux japplika fejn il-kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku jkun il-produzzjoni ta' statistika uffiċjali u fejn ix-xiri ta' din id-data ma jkunx permess mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 17

Talbiet biex data ssir disponibbli

1.   Meta jitolbu data skont l-Artikolu 14, korp tas-settur pubbliku jew il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni għandhom:

(a)

jispeċifikaw id-data meħtieġa, inkluż il- metadata rilevanti neċessarja għall-interpretazzjoni u l-użu ta' dik id-data;

(b)

juru li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-eżistenza tal-ħtieġa eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 15 li għall-fini tagħha qed tintalab id-data huma ssodisfati;

(c)

jispjegaw l-iskop tat-talba, l-użu maħsub tad-data mitluba, inkluż, fejn applikabbli, minn parti terza f'konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, it-tul ta' żmien ta' dak l-użu, u, fejn ikun rilevanti, kif l-ipproċessar ta' data personali ser jindirizza l-ħtieġa eċċezzjonali;

(d)

jispeċifikaw, jekk ikun possibbli, meta d-data tkun mistennija li titħassar mill-partijiet kollha li jkollhom aċċess għaliha;

(e)

jiġġustifikaw l-għażla tad-detentur tad-data li lilu tkun indirizzata t-talba;

(f)

jispeċifikaw kwalunkwe korp ieħor tas-settur pubbliku jew il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korpi tal-Unjoni u l-partijiet terzi li magħhom tkun mistennija tiġi kondiviża d-data mitluba;

(g)

meta tintalab data personali, jispeċifikaw kwalunkwe miżura teknika u organizzattiva neċessarja u proporzjonata għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u s-salvagwardji neċessarji, bħall-psewdonimizzazzjoni, u jekk tistax tiġi applikata anonimizzazzjoni mid-detentur tad-data qabel ma jagħmel id-data disponibbli;

(h)

jispeċifikaw id-dispożizzjoni legali li talloka lill-korp tas-settur pubbliku li jagħmel it-talba, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lill-korp tal-Unjoni l-kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku rilevanti għat-talba tad-data;

(i)

jispeċifikaw l-iskadenza sa meta d-data trid issir disponibbli u l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 18(2) sa meta d-detentur tad-data jista' jirrifjuta jew ifittex il-modifika tat-talba;

(j)

jagħmlu l-aħjar almu tagħhom biex jevitaw il-konformità mat-talba għad-data li tirriżulta fir-responsabbiltà tad-detenturi tad-data għall-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

2.   Talba għad-data magħmula skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha:

(a)

issir bil-kitba u tkun ifformulata b'lingwaġġ ċar, konċiż u sempliċi li jista' jinftiehem mid-detentur tad-data;

(b)

tkun speċifika fir-rigward tat-tip ta' data mitluba u tikkorrispondi għal data li d-detentur tad-data jkollu kontroll fuqha fil-mument tat-talba;

(c)

tkun proporzjonata għall-ħtieġa eċċezzjonali u debitament ġustifikata, fir-rigward tal-granularità u l-volum tad-data mitluba u l-frekwenza tal-aċċess għad-data mitluba;

(d)

tirrispetta l-għanijiet leġittimi tad-detentur tad-data, filwaqt li tintrabat li tiżgura l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 19(3), u b'kont meħud tal-kost u l-isforz meħtieġa biex id-data ssir disponibbli;

(e)

tikkonċerna data mhux personali, u fil-każ biss li jintwera li dan mhux biżżejjed għar-rispons għall-ħtieġa eċċezzjonali li tintuża d-data, f'konformità mal-Artikolu 15(1), il-punt (a), tintalab data personali f'forma psewdonimizzata u tistabbilixxi l-miżuri tekniċi u organizzattivi li jridu jittieħdu biex tiġi protetta d-data;

(f)

tinforma lid-detentur tad-data dwar il-penali li jiġu imposti skont l-Artikolu 40 mill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mat-talba;

(g)

meta t-talba ssir minn korp tas-settur pubbliku, tiġi trażmessa lill-koordinatur tad-data msemmi fl-Artikolu 37 tal-Istat Membrufejn il-korp tas-settur pubbliku rikjedenti jkun stabbilit, li għandu jagħmel it-talba disponibbli għall-pubbliku online mingħajr dewmien żejjed sakemm il-koordinatur tad-data ma jqisx li tali pubblikazzjoni toħloq riskju għas-sigurtà pubblika.

(h)

meta t-talba ssir mill-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni, issir disponibbli online mingħajr dewmien żejjed;

(i)

meta tintalab data personali, tiġi nnotifikata mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità superviżorja iresponsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp tas-settur pubbliku.

Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-korpi tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-talbiet tagħhom.

3.   Korp tas-settur pubbliku il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni ma għandhomx jagħmlu d-data miksuba skont dan il-Kapitolu disponibbli għall-użu mill-ġdid kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 2, tar-Regolament (UE) 2022/868 jew l-Artikolu 2, il-punt 11, tad-Direttiva (UE) 2019/1024. Ir-Regolament (UE) 2022/868 u d-Direttiva (UE) 2019/1024 ma għandhomx japplikaw għad-data miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku miksuba skont dan il-Kapitolu.

4.   Il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jipprekludix lil korp tas-settur pubbliku,lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lil korp tal-Unjoni milli jiskambjaw data miksuba skont dan il-Kapitolu ma' korp ieħor tas-settur pubbliku jew mal-Kummissjoni, mal-Bank Ċentrali Ewropew jew ma' korp tal-Unjoni bil-ħsieb li jikkompletaw il-kompiti msemmija fl-Artikolu 15, kif speċifikat fit-talba f'konformità mal-paragrafu 1, il-punt (f), ta' dan l-Artikolu jew li jagħmlu d-data disponibbli għal parti terza meta dan ikun iddelega, permezz ta' ftehim disponibbli għall-pubbliku, spezzjonijiet tekniċi jew funzjonijiet oħra lil dik il-parti terza. L-obbligi fuq il-korpi tas-settur pubbliku skont l-Artikolu 19, b'mod partikolari s-salvagwardji biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali, għandhom japplikaw ukoll għal dawn il-partijiet terzi. Meta korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni jittrażmetti jew jagħmel id-data disponibbli skont dan il-paragrafu, huma għandhom jinnotifikaw lid-detentur tad-data li mingħandu tkun waslet id-data mingħajr dewmien żejjed.

5.   Meta d-detentur tad-data jqis li d-drittijiet tiegħu skont dan il-Kapitolu jkunu nkisru bit-trażmissjoni jew bit-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data, huwa jista' jressaq ilment mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-detentur tad-data.

6.   il-kummissjoni għandha tiżviluppa mudell għat-talbiet skont dan l-Artikolu.

Artikolu 18

Konformità mat-talbiet għad-data

1.   Detentur tad-data li jirċievi talba biexid-data ssir disponibbli skont dan il-Kapitolu għandu jagħmel id-data disponibbli għall-korp tas-settur pubbliku rikjedenti, għall-Kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew jew għal korp tal-Unjoni mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jqis il-miżuri tekniċi, organizzattivi u legali neċessarji.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data definiti fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, detentur tad-data jista' jirrifjuta jew ifittex il-modifika ta' talba biex id-data ssir disponibbli skont dan il-Kapitolu mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievi talba għad-data neċessarja bħala tweġiba għal emerġenza pubblika u mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 30 jum tax-xogħol wara li tkun waslet tali talba f'każijiet oħra ta' ħtieġa eċċezzjonali, għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

id-detentur tad-data ma jkollux kontroll fuq id-data mitluba;

(b)

talba simili għall-istess għan tkun ġiet sottomessa qabel minn korp ieħor tas-settur pubbliku jew mill-Kummissjoni, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew minn korp tal-Unjoni u d-detentur tad-data ma jkunx ġie nnotifikat bit-tħassir tad-data skont l-Artikolu 19(1), il-punt (c);

(c)

it-talba ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(1) u (2).

3.   Jekk id-detentur tad-data jiddeċiedi li jirrifjuta t-talba jew ifittex il-modifika tagħha f'konformità mal-paragrafu 2, il-punt (b), huwa għandu jindika l-identità tal-korp tas-settur pubbliku jew tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew jew tal-korp tal-Unjoni li qabel ikunu ssottomettew talba għall-istess għan.

4.   Meta d-data mitluba tinkludi data personali, id-detentur tad-data għandu janonimizza d-data kif xieraq, sakemm il-konformità mat-talba biex id-data ssir disponibbli għal korp tas-settur pubbliku, għall-Kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew jew għal korp tal-Unjoni ma tkunx teħtieġ l-iżvelar ta' data personali. F'każijiet bħal dawn, id-detentur tad-data għandu jippsewdonimizza d-data.

5.   Meta l-korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni jkunu jixtiequ jikkontestaw ir-rifjut ta' detentur tad-data milli jipprovdi d-data mitluba, jew meta d-detentur tad-data jkun jixtieq jikkontesta t-talba, u l-kwistjoni ma tkunx tista' tiġi risolta permezz ta' modifika xierqa tat-talba, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-detentur tad-data.

Artikolu 19

Obbligi tal-korpi tas-settur pubbliku, tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-korpi tal-Unjoni

1.   Korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni li jirċievu data fuq talba magħmula skont l-Artikolu 14 għandhom:

(a)

ma jużawx id-data b'mod li ma jkunx kompatibbli mal-għan li għalih tkun intalbet;

(b)

ikunu implimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi li jippreservaw il-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data mitluba u s-sigurtà tat-trasferimenti tad-data, b'mod partikolari d-data personali, u jissalvagwardaw id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;

(c)

iħassru d-data hekk kif ma tibqax aktar neċessarja għall-għan iddikjarat u jinformaw lid-detentur tad-data u lill-individwi jew lill-organizzazzjonijiet li jkunu rċevew id-data skont l-Artikolu 21(1) mingħajr dewmien żejjed li d-data tkun tħassret, sakemm ma jkunx meħtieġ l-arkivjar tad-data f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti fil-kuntest tal-obbligi ta' trasparenza.

2.   Korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, korp tal-Unjoni jew parti terza li jirċievu data skont dan il-Kapitolu ma għandhomx:

(a)

jużaw id-data jew l-għarfien dwar is-sitwazzjoni ekonomika, l-assi u l-metodi ta' produzzjoni jew ta' operat tad-detentur tad-data biex jiżviluppaw jew itejbu prodott konness jew servizz relatat li jikkompeti mal-prodott konness jew mas-servizz relatat tad-detentur tad-data;

(b)

jikkondividu d-data ma' parti terza oħra għal kwalunkwe wieħed mill-għanijiet imsemmija fil-punt (a).

3.   L-iżvelar ta' sigrieti kummerċjali lil korp tas-settur pubbliku, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lil korp tal-Unjoni għandu jkun meħtieġ biss sa fejn ikun strettament neċessarju biex jintlaħaq l-għan ta' talba skont l-Artikolu 15. F'każ bħal dan, id-detentur tad-data jew, jekk ma jkunux l-istess persuna, id-detentur ta' sigriet kummerċjali għandu jidentifika d-data li tkun protetta bħala sigriet kummerċjali, inkluż fil- metadata rilevanti. Il-korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni għandhom, qabel l-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi kollha neċessarji u xierqa biex jippreservaw il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali, inkluż, skont kif ikun xieraq, l-użu ta' mudelli ta' termini kuntrattwali, standards tekniċi u l-applikazzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta.

4.   Korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għas-sigurtà tad-data li jirċievu.

Artikolu 20

Kumpens f'każijiet ta' ħtieġa eċċezzjonali

1.   Id-detenturi tad-data għajr l-intrapriżi żgħar u l-intrapriżi mikro għandhom jagħmlu disponibbli d-data neċessarja biex iwieġbu għal emerġenza pubblika skont l-Artikolu 15(1), il-punt (a), mingħajr ħlas. Il-korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni li jkunu rċevew data għandhom jagħtu rikonoxximent pubbliku lid-detentur tad-data jekk dan jintalab mid-detentur tad-data.

2.   Id-detentur tad-data għandu jkun intitolat għal kumpens ġust talli jkun għamel id-data disponibbli f'konformità ma' talba magħmula skont l-Artikolu 15(1), il-punt (b). Tali kumpens għandu jkopri l-kostijiet tekniċi u organizzattivi mġarrba għall-konformità mat-talba inkluż, fejn applikabbli, il-kostijiet tal-anonimizzazzjoni, il-psewdonimizzazzjoni, l-aggregazzjoni u l-adattament tekniku, u marġni raġonevoli. Fuq talba tal-korp tas-settur pubbliku, tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew jew tal-korp tal-Unjoni, id-detentur tad-data għandu jipprovdi informazzjoni abbażi tal-kalkolu tal-kostijiet u tal-marġni raġonevoli.

3.   Il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll meta mikrointrapriża u intrapriża żgħira titlob kumpens talli tagħmel id-data disponibbli.

4.   Id-detenturi tad-data ma għandhomx ikunu intitolati għal kumpens talli jagħmlu d-data disponibbli f'konformità ma' talba magħmula skont l-Artikolu 15(1), il-punt (b), meta l-kompitu speċifiku mwettaq fl-interess pubbliku jkun il-produzzjoni ta' statistika uffiċjali u meta x-xiri tad-data ma jkunx permess mil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta x-xiri ta' data għall-produzzjoni ta' statistika uffiċjali ma jkunx permess mil-liġi nazzjonali.

5.   Meta l-korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni ma jaqblux mal-livell ta' kumpens mitlub mid-detentur tad-data, huma jistgħu jressqu lment mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Istat Membru fejn ikun ibbażat id-detentur tad-data.

Artikolu 21

Kondiviżjoni ta' data miksuba fil-kuntest ta' ħtieġa eċċezzjonali ma' organizzazzjonijiet tar-riċerka jew korpi tal-istatistika

1.   Korp tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni għandhom ikunu intitolati jikkondividu d-data li jkunu rċevew skont dan il-Kapitolu:

(a)

ma' individwi jew organizzazzjonijiet bil-ħsieb li jwettqu riċerka xjentifika jew analitika kompatibbli mal-għan li għalih tkun intalbet id-data; jew

(b)

ma' istituti nazzjonali tal-istatistika u l-Eurostat għall-produzzjoni ta' statistika uffiċjali.

2.   L-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jirċievu d-data skont il-paragrafu 1 għandhom jaġixxu mingħajr skop ta' qligħ jew fil-kuntest ta' missjoni ta' interess pubbliku rikonoxxuta fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Dawn ma għandhomx jinkludu organizzazzjonijiet li l-impriżi kummerċjali jkollhom influwenza sinifikanti fuqhom li x'aktarx tirriżulta f'aċċess preferenzjali għar-riżultati tar-riċerka.

3.   L-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jirċievu d-data skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-istess obbligi li japplikaw għall-korpi tas-settur pubbliku, għall-Kummissjoni, għall-Bank Ċentrali Ewropew jew għall-korpi tal-Unjoni skont l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 19.

4.   Minkejja l-Artikolu 19(1), il-punt (c), l-individwi jew l-organizzazzjonijiet li jirċievu d-data skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jżommu d-data li jirċievu għall-għan li għalih tkun intalbet id-data sa sitt xhur wara t-tħassir tad-data mill-korpi tas-settur pubbliku, mill-Kummissjoni, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-korpi tal-Unjoni.

5.   Meta korp tas-settur pubbliku,il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni jkollhom l-intenzjoni li jittrażmettu jew jagħmlu d-data disponibbli skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien żejjed lid-detentur tad-data li mingħandu tkun waslet id-data, u jiddikjaraw l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-organizzazzjoni jew tal-individwu li jkun qed jirċievi d-data, l-għan tat-trażmissjoni jew tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data, il-perjodu li għalih tintuża d-data u l-miżuri ta' protezzjoni teknika u organizzattivi meħuda, inkluż fejn ikunu involuti data personali jew sigrieti kummerċjali. Meta d-detentur tad-data ma jaqbilx mat-trażmissjoni jew mat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data, huwa jista' jressaq ilment mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-detentur tad-data.

Artikolu 22

Assistenza reċiproka u kooperazzjoni transfruntiera

1.   Il-korpi tas-settur pubbliku. il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-korpi tal-Unjoni għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin, biex jimplimentaw dan il-Kapitolu b'mod konsistenti.

2.   Kwalunkwe data skambjata fil-kuntest ta' assistenza mitluba u pprovduta skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tintuża b'mod li ma jkunx kompatibbli mal-għan li għalih tkun intalbet.

3.   Meta korp tas-settur pubbliku jkollu l-intenzjoni li jitlob data mingħand detentur tad-data stabbilit fi Stat Membru ieħor, huwa għandu l-ewwel jinnotifika lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 37 f’dak l-Istat Membru, b'dik l-intenzjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għal talbiet mill-Kummissjoni, mill-Bank Ċentrali Ewropew u minn korpi tal-Unjoni. It-talba għandha tiġi eżaminata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit id-detentur tad-data.

4.   Wara li tkun eżaminat it-talba fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 17, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

tittrażmetti t-talba lid-detentur tad-data u, jekk ikun applikabbli, tagħti parir lill-korp tas-settur pubbliku rikjedenti, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lill-korp tal-Unjoni dwar il-ħtieġa, jekk ikun hemm, biex jikkooperaw mal-korpi tas-settur pubbliku tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit id-detentur tad-data bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq id-detentur tad-data biex jikkonforma mat-talba;

(b)

tirrifjuta t-talba għal raġunijiet debitament sostanzjati, f'konformità ma' dan il-Kapitolu.

Il-korp tas-settur pubbliku rikjedenti, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni għandhom iqisu l-parir u r-raġunijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti rilevanti skont l-ewwel subparagrafu qabel kwalunkwe azzjoni ulterjuri bħas-sottomisjoni tat-talba, jekk ikun applikabbli.

KAPITOLU VI

QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA

Artikolu 29

Irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib

1.   Mit-12 ta’ Jannar 2027, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data ma għandhom jimponu l-ebda imposta tal-qlib fuq il-klijent għall-proċess tal-qlib.

2.   Mill-11 ta’ Jannar 2024 sat-12 ta’ Jannar 2027, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jistgħu jimponu imposti mnaqqsa tal-qlib fuq il-klijent għall-proċess tal-qlib.

3.   L-imposti mnaqqsa tal-qlib imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet imġarrba mill-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li huma direttament marbuta mal-proċess tal-qlib ikkonċernat.

4.   Qabel ma jidħlu f’kuntrattwali ma' klijent, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jipprovdu lill-klijent prospettiv informazzjoni ċara dwar it-tariffi ta' servizz standard u l-penali ta' terminazzjoni bikrija li jistgħu jiġu imposti, kif ukoll dwar l-imposti mnaqqsa tal-qlib li jistgħu jiġu imposti matul il-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2.

5.   Meta jkun rilevanti, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jipprovdu informazzjoni lil konsumatur dwar servizzi tal-ipproċessar tad-data li jinvolvu qlib kumpless ħafna jew għali jew li għalihom ikun impossibbli li jsir qlib mingħajr interferenza sinifikanti fid-data, fl-assi diġitali jew fl-arkitettura tas-servizz.

6.   Fejn ikun applikabbli, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 disponibbli pubblikament għall-klijenti permezz ta' taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom jew bi kwalunkwe mod ieħor faċilment aċċessibbli.

7.   il-kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 45 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ biex il-kummissjoni timmonitorja l-imposti tal-qlib, imposti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fis-suq sabiex tiżgura li l-irtirar u t-tnaqqis ta' imposti tal-qlib skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jintlaħqu f'konformità mal-iskadenzi previsti f'dawk il-paragrafi.

Artikolu 33

Rekwiżiti essenzjali dwar l-interoperabbiltà tad-data, tal-mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tad-data kif ukoll tal-ispazji komuni Ewropej tad-data

1.   Il-parteċipanti fl-ispazji tad-data li joffru data jew servizzi tad-data lil parteċipanti oħra għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin biex jiffaċilitaw l-interoperabbiltà tad-data, tal-mekkaniżmi u tas-servizzi tal-kondiviżjoni tad-data kif ukoll tal-ispazji komuni Ewropej tad-data li huma oqfsa interoperabbli speċifiċi għall-iskop jew għas-settur jew transsettorjali għal standards u prattiki komuni għall-kondiviżjoni jew għall-ipproċessar konġunt tad-data għal, fost l-oħrajn, l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda, riċerka xjentifika jew inizjattivi tas-soċjetà ċivili:

(a)

il-kontenut tas-sett tad-data, ir-restrizzjonijiet fuq l-użu, il-liċenzji, il-metodoloġija tal-ġbir tad-data, il-kwalità tad-data u l-inċertezza għandhom ikunu deskritti b'mod suffiċjenti, fejn applikabbli, f'format li jinqara minn magna, biex jippermettu lir-riċevitur isib, jaċċessa u juża d-data;

(b)

l-istrutturi tad-data, il-formati tad-data, il-vokabularji, l-iskemi ta' klassifikazzjoni, it-tassonomiji u l-listi tal-kodiċijiet, fejn disponibbli, għandhom jiġu deskritti b'mod disponibbli pubblikament u konsistenti;

(c)

il-mezzi tekniċi għall-aċċess għad-data, bħall-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, u t-termini tal-użu u l-kwalità tas-servizz tagħhom għandhom jiġu deskritti b'mod suffiċjenti biex jippermettu l-aċċess u t-trażmissjoni awtomatiċi tad-data bejn il-partijiet, inkluż kontinwament, f'tniżżil massiv jew f'ħin reali, f'format li jinqara minn magna fejn dan huwa teknikament fattibbli u ma jostakolax il-funzjonament tajjeb tal-prodott konness;

(d)

fejn applikabbli, il-mezzi li jippermettu l-interoperabbiltà tal-għodod għall-awtomatizzazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-ftehimiet tal-kondiviżjoni tad-data, bħal kuntratti intelliġenti għandhom jiġu pprovduti.

Ir-rekwiżiti jista' jkollhom natura ġenerika jew jistgħu jikkonċernaw setturi speċifiċi, filwaqt li jqisu bis-sħiħ l-interrelazzjoni mar-rekwiżiti li joħorġu minn liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

2.   il-kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'rabta ma' dawk ir-rekwiżiti li, min-natura tagħhom, ma jistgħux jipproduċu l-effett maħsub sakemm ma jkunux speċifikati aktar f'atti legali vinkolanti tal-Unjoni u sabiex tirrifletti kif xieraq l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

il-kummissjoni għandha, meta tadotta atti delegati, tqis il-parir tal-EDIB f'konformità mal-Artikolu 42, il-punt (c)(iii).

3.   Il-parteċipanti fl-ispazji tad-data li joffru data jew servizzi ta' data lil parteċipanti oħra fl-ispazji tad-data li jissodisfaw l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom li r-referenzi tagħhom huma ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu preżunti li huma f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 safejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.

4.   il-kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.   il-kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta speċifikazzjonijiet komuni li jkopru kwalunkwe rekwiżit essenzjali jew ir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 fejn ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u:

(i)

it-talba ma tkunx ġiet aċċettata;

(ii)

l-istandard armonizzat li jindirizza dik it-talba ma jkunx ġew ikkonsenjat fl-iskadenza stabbilita f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; jew

(iii)

l-istandard armonizzat ma jikkonformawx mat-talba; u

(b)

ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).

6.   Qabel ma tħejji abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament UE Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati.

7.   Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5, il-kummissjoni għandha tqis il-parir tal-EDIB u l-fehmiet ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

8.   Il-parteċipanti fl-ispazji tad-data li joffru data jew servizzi tad-data lil parteċipanti oħra fl-ispazji tad-data li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti minn atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 safejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali speċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.

9.   Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta' standard armonizzat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-kummissjoni għandha tħassar l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti essenzjali bħal dawk koperti minn dak l-istandard armonizzat.

10.   Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. il-kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

11.   il-kummissjoni tista' tadotta linji gwida filwaqt li tqis il-proposta tal-EDIB f'konformità mal-Artikolu 30, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2022/868 li jistabbilixxi oqsfa interoperabbli għal standards u prattiki komuni għall-funzjonament ta' spazji komuni Ewropej tad-data.

Artikolu 35

Interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data

1.   L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà u l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom:

(a)

jiksbu, fejn ikun teknikament fattibbli, interoperabbiltà bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz;

(b)

itejbu l-portabbiltà tal-assi diġitali bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz;

(c)

jiffaċilitaw, fejn ikun teknikament fattibbli, ekwivalenza funzjonali bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 30(1) li jkopru l-istess tip ta' servizz;

(d)

ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sigurtà u l-integrità tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data u tad-data;

(e)

jitfasslu b'tali mod li jippermettu avvanzi tekniċi u inklużjoni ta' funzjonijiet u innovazzjoni ġodda fis-servizzi tal-ipproċessar tad-data.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà u l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jindirizzaw b'mod adegwat:

(a)

l-aspetti tal-interoperabbiltà tal-cloud tal-interoperabbiltà tat-trasport, l-interoperabbiltà sintattika, l-interoperabbiltà tad-data semantika, l-interoperabbiltà tal-imġiba u l-interoperabbiltà tal-politika;

(b)

l-aspetti tal-portabbiltà tad-data fuq il-cloud tal-portabbiltà sintattika tad-data, il-portabbiltà semantika tad-data u l-portabbiltà tal-politika dwar id-data;

(c)

l-aspetti tal-applikazzjoni tal-cloud tal-portabbiltà sintattika tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal-istruzzjoni tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal- metadata tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal-imġiba tal-applikazzjoni u l-portabbiltà tal-politika tal-applikazzjoni.

3.   L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà għandhom jikkonformaw mal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

4.   Wara li tqis l-istandards internazzjonali u Ewropej u l-inizjattivi awtoregolatorji rilevanti, il-kummissjoni tista', f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

5.   il-kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet komuni ibbażat fuq speċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà li jkopru r-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

6.   Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 37(5), il-punt (h), u ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

7.   Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. il-kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

8.   Għall-fini tal-Artikolu 30(3), il-kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tippubblika r-referenzi tal-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data f'repożitorju ċentrali tal-Unjoni tal-istandards għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data.

9.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).

Artikolu 36

Rekwiżiti essenzjali rigward il-kuntratti intelliġenti għall-eżekuzzjoni tal-ftehimiet tal-kondiviżjoni tad-data

1.   Il-bejjiegħ ta' applikazzjoni li tuża kuntratti intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta' ftehim jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli, għandhom jiżguraw li dawk il-kuntratti intelliġenti jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:

(a)

robustezza u kontroll tal-aċċess, biex ikun żgurat li l-kuntratt intelliġenti jkun tfassal biex joffri mekkaniżmi ta' kontroll tal-aċċess u grad għoli ħafna ta' robustezza biex jiġu evitati żbalji funzjonali u biex jiflaħ għall-manipulazzjoni minn partijiet terzi;

(b)

terminazzjoni u interruzzjoni sikuri, biex ikun żgurat li jeżisti mekkaniżmu biex tintemm il-kontinwazzjoni tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet u li l-kuntratt intelliġenti jinkludi funzjonijiet interni li jistgħu jerġgħu jistabbilixxu jew jagħtu struzzjonijiet lill-kuntratt sabiex iwaqqaf jew jinterrompi l-operazzjoni, b’mod partikolari biex jiġu evitati eżekuzzjonijiet aċċidentali futuri;

(c)

arkivjar u kontinwità tad-data, biex ikun żgurat, f'ċirkostanzi li fihom kuntratt intelliġenti jrid jiġi tterminat jew diżattivat, ikun hemm possibbiltà tal-arkivjar tad-data tranżazzjonali, il-loġika u l-kodiċi tal-kuntratt intelliġenti sabiex jinżamm ir-rekord tal-operazzjonijiet imwettqa fuq id-data fil-passat (awditabbiltà);

(d)

kontroll tal-aċċess, biex ikun żgurat li kuntratt intelliġenti jiġi protett permezz ta' mekkaniżmi rigorużi ta' kontroll tal-aċċess fis-saffi ta' governanza u ta' kuntratti intelliġenti; u

(e)

konsistenza, biex tkun żgurata konsistenza mat-termini tal-ftehim dwar il-kondiviżjoni tad-data li l-kuntratt intelliġenti jeżegwixxi.

2.   Il-bejjiegħ ta' kuntratt intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest ta' eżekuzzjoni ta’ ftehim jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli għandhom iwettqu valutazzjoni tal-konformità bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 u, malli jiġu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti, toħroġ dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.

3.   Billi jfassal id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-bejjiegħ ta' applikazzjoni bl-użu ta' kuntratti intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest ta' ftehim ta’ eżekuzzjoni jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli għandhom ikunu responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1.

4.   Kuntratt intelliġenti li jissodisfa l-istandards armonizzati jew il-partijiet rilevanti tagħhom, li r-referenzi tiegħu huma ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali standards armonizzati jew partijiet minnhom.

5.   il-kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

6.   il-kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta speċifikazzjonijiet komuni li jkopru kwalunkwe rekwiżit essenzjali jew ir-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 fejn ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u:

(i)

it-talba ma tkunx ġiet aċċettata;

(ii)

l-istandards armonizzati li jindirizzaw dik it-talba ma jkunux ġew ikkonsenjati fl-iskadenza stabbilita f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; jew

(iii)

l-istandards armonizzati ma jikkonformawx mat-talba; u

(b)

ma tkun ġiet ppubblikata l-ebda referenza għall-istandards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huwa f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma tkun mistennija li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).

7.   Qabel ma tħejji abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, il-kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu huma ssodisfati.

8.   Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 6, il-kummissjoni għandha tqis il-parir tal-EDIB u l-fehmiet ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

9.   Il-bejjiegħ ta' kuntratt intelliġenti jew, fin-nuqqas ta' dan, il-persuna li l-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha tinvolvi l-użu ta' kuntratti intelliġenti għal oħrajn fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta' ftehim jew parti minnu, biex id-data tkun magħmula disponibbli jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti mill-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 jew partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali speċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.

10.   Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Meta r-referenza ta' standard armonizzat tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-kummissjoni għandha tħassar l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, jew partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti essenzjali bħal dawk koperti minn dak l-istandard armonizzat.

11.   Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafu 1, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. il-kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

KAPITOLU IX

IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR

Artikolu 37

Awtoritajiet kompetenti u koordinaturi tad-data

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar biex tkun responsabbli għall-applikazzjoni u għall-infurzar ta' dan ir-Regolament (awtoritajiet kompetenti). L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu awtorità ġdida waħda jew aktar jew jiddependu fuq awtoritajiet eżistenti.

2.   Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità kompetenti waħda, huwa għandu jaħtar koordinatur tad-data minn fosthom biex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u biex jassisti lill-entitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni u l-infurzar tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fl-eżerċizzju tal-kompiti u s-setgħat assenjati lilhom skont il-paragrafu 5, jikkooperaw ma' xulxin.

3.   L-awtoritajiet superviżorji responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sa fejn hija kkonċernata l-protezzjoni tad-data personali. Il-Kapitoli VI u VII tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sa fejn jikkonċerna l-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korpi tal-Unjoni. Meta rilevanti, l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika mutatis mutandis.

Il-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali.

4.   Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu:

(a)

għal kwistjonijiet speċifiċi ta' aċċess u użu tad-data settorjali relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kompetenza tal-awtoritajiet settorjali għandha tiġi rispettata;

(b)

l-awtorità kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni u għall-infurzar tal-Artikoli 23 sa 31 u l-Artikolu 34 u 35 għandu jkollha esperjenza fil-qasam tas-servizzi tad-data u tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti jkunu definiti b'mod ċar u jinkludu:

(a)

il-promozzjoni ta' sensibilizzazzjoni tal-litteriżmu fid-data fost l-utenti u l-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament dwar id-drittijiet u l-obbligi skont dan ir-Regolament;

(b)

it-trattament ta' lmenti relatati ma' allegat ksur ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward ta' sigrieti kummerċjali, u investigazzjoni, sa fejn ikun xieraq, tas-suġġett tal-ilmenti u l-infurmar regolari lill-ilmentaturi, fejn rilevanti f'konformità mal-liġi nazzjonali, dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli, b'mod partikolari jekk tkun neċessarja aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma' awtorità superviżorja oħra;

(c)

it-twettiq ta' investigazzjonijiet fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż abbażi ta' informazzjoni rċevuta minn awtorità superviżorja jew minn awtorità pubblika oħra;

(d)

l-impożizzjoni ta' penali finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi li jistgħu jinkludu penali perjodiċi u penali b'effett retroattiv, jew il-bidu ta' proċedimenti ġudizzjarji għall-impożizzjoni ta' multi;

(e)

il-monitoraġġ tal-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjalment rilevanti ta' rilevanza għat-tqegħid għad-dispożizzjoni u għall-użu tad-data;

(f)

il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u, fejn rilevanti, mal-Kummissjoni jew mal-EDIB, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti u effiċjenti ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti kollha b'mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien żejjed, inkluż fir-rigward tal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu;

(g)

il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għall-implimentazzjoni ta' atti legali oħra tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż mal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tas-servizzi tad-data u tal-komunikazzjoni elettronika, mal-awtorità superviżorja responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-awtoritajiet settorjali biex jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi infurzat b'mod konsistenti ma' liġijiet oħra tal-Unjoni u nazzjonali;

(h)

il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jiġi żgurat li l-Artikoli 23 sa 31 u l-Artikolu 34 u l-Artikolu 35 jiġu infurzati b'mod konsistenti mal-liġi tal-Unjoni u mal-awtoregolamentazzjoni applikabbli għall-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data;

(i)

l-iżgurar li l-imposti għall-qlib jiġu rtirati f'konformità mal-Artikolu 29;

(j)

l-eżami tat-talbiet għad-data magħmula skont il-Kapitolu V.

Meta jinħatar, il-koordinatur tad-data għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni msemmija fil-punti (f), (g) u (h) tal-ewwel subparagrafu u għandu jassisti lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

6.   Il-koordinatur tad-data, fejn tkun inħatret tali awtorità kompetenti, għandu:

(a)

jaġixxi bħala l-punt uniku ta' kuntatt għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(b)

jiżgura d-disponibbiltà pubblika online tat-talbiet biex id-data ssir disponibbli magħmula mill-korpi tas-settur pubbliku fil-każ ta' ħtieġa eċċezzjonali skont il-Kapitolu V u jippromwovi l-ftehimiet volontarji dwar il-kondiviżjoni tad-data bejn il-korpi tas-settur pubbliku u d-detenturi tad-data;

(c)

jinforma lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, dwar ir-rifjuti nnotifikati skont l-Artikolu 4(2) u (8) u l-Artikolu 5(11).

7.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti u tal-kompiti u s-setgħat tagħhom u, fejn applikabbli, l-isem tal-koordinatur tad-data. il-kummissjoni għandha żżomm reġistru pubbliku ta' dawk l-awtoritajiet.

8.   Meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibqgħu imparzjali u ħielsa minn kwalunkwe influwenza esterna, kemm diretta kif ukoll indiretta, u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet għal każijiet individwali minn kwalunkwe awtorità pubblika oħra jew minn kwalunkwe parti privata.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw ir-riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti u l-għarfien espert biex iwettqu b'mod effettiv il-kompiti tagħhom f'konformità ma' dan ir-Regolament.

10.   Entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-kompetenza tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-entità. Meta l-entità tkun stabbilita f'aktar minn Stat Membru wieħed, hija għandha tiġi kkunsidrata li tkun taħt il-kompetenza tal-Istat Membru li fih ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha, jiġifieri, fejn l-entità jkollha l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha minn fejn jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operazzjonali.

11.   Kwalunkwe entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tagħmel prodotti konnessi disponibbli jew toffri servizzi relatati fl-Unjoni, u li mhijiex stabbilita fl-Unjoni, għandha taħtar rappreżentant legali f'wieħed mill-Istati Membri.

12.   Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, rappreżentant legali għandu jingħata mandat minn entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tagħmel prodotti konnessi disponibbli jew toffri servizzi relatati fl-Unjoni li għandhom jiġu indirizzati flimkien magħha jew minflokha mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relatati ma' dik l-entità. Dak ir-rappreżentant legali għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u jurihom b'mod komprensiv, fuq talba, l-azzjonijiet meħuda u d-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tagħmel prodotti konnessi disponibbli jew toffri servizzi relatati fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

13.   Entità li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tagħmel prodotti konnessi disponibbli jew toffri servizzi relatati fl-Unjoni, għandha titqies li taqa' taħt il-kompetenza tal-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-rappreżentant legali tagħha. Il-ħatra ta' rappreżentant legali minn tali entità għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’, u kwalunkwe azzjoni legali li tista' tinbeda kontra, tali entità. Sakemm entità taħtar rappreżentant legali f'konformità ma' dan l-Artikolu, hija għandha tkun taħt il-kompetenza tal-Istati Membri kollha, fejn applikabbli, għall-finijiet tal-iżgurar tal-applikazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament. Kwalunkwe awtorità kompetenti tista' teżerċita l-kompetenza tagħha, inkluż billi timponi penali effettivi, proporzjonati u dissważivi, dment li l-entità ma tkunx soġġetta għal proċedimenti ta' infurzar skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-istess fatti minn awtorità kompetenti oħra.

14.   L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu mingħand l-utenti, id-detenturi tad-data, jew ir-riċevituri tad-data, jew ir-rappreżentanti legali tagħhom, li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istat Membru tagħhom l-informazzjoni kollha neċessarja biex tiġi vverifikata l-konformità ma' dan ir-Regolament. Kwalunkwe talba għal informazzjoni għandha tkun proporzjonata għat-twettiq tal-kompitu sottostanti u għandha tkun motivata.

15.   Meta awtorità kompetenti fi Stat Membru wieħed titlob assistenza jew miżuri ta' infurzar minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor, hija għandha tippreżenta talba motivata. Malli tirċievi talba bħal din, awtorità kompetenti għandha tipprovdi tweġiba, bid-dettalji dwar l-azzjonijiet li ttieħdu jew li huma maħsuba li jittieħdu, mingħajr dewmien żejjed.

16.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali u kummerċjali u għandhom jipproteġu d-data personali f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Kwalunkwe informazzjoni skambjata fil-kuntest ta' talba għal assistenza u mogħtija skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha tkun intalbet.

Artikolu 40

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom, sat-12 ta’ Settembru 2025 jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. il-kummissjoni għandha taġġorna regolarment u żżomm reġistru pubbliku faċilment aċċessibbli ta' dawk il-miżuri.

3.   L-Istati Membri għandhom iqisu -rakkomandazzjonijiet tal-EDIB u l-kriterji mhux eżawrjenti li ġejjin għall-impożizzjoni ta' penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament:

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-parti li tkun wettqet il-ksur biex ittaffi jew tirrimedja għall-ħsara kkawżata mill-ksur;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-parti li tkun wettqet il-ksur;

(d)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-parti li wettqet il-ksur minħabba l-ksur, sakemm tali benefiċċji jew telf jistgħu jiġu stabbiliti b'mod affidabbli;

(e)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ;

(f)

il-fatturat annwali tal-kontraventur fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Unjoni.

4.   Għal ksur tal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu II, III u V ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet superviżorji responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 jistgħu, fl-ambitu tal-kompetenza tagħhom, jimponu multi amministrattivi f'konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679 u sal-ammont imsemmi fl-Artikolu 83(5) ta' dak ir-Regolament.

5.   Għal ksur tal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament, is-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tista' timponi, fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, multi amministrattivi f'konformità mal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2018/1725 sal-ammont imsemmi fl-Artikolu 66(3) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 41

Mudelli ta' termini kuntrattwali u klawżoli kuntrattwali standard

il-kummissjoni, qabel it-12 ta’ Settembru 2025, għandha tiżviluppa u tirrakkomanda mudelli mhux vinkolanti ta' termini kuntrattwali dwar l-aċċess u l-użu tad-data, inkluż termini dwar kumpens raġonevoli u l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, u klawżoli kuntrattwali standard mhux vinkolanti għall-kuntratti tal-cloud computing biex jassistu lill-partijiet fl-abbozzar u fin-negozjar ta' kuntratti bi drittijiet u obbligi kuntrattwali ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

Artikolu 42

Rwol tal-EDIB

L-EDIB stabbilit mil-kummissjoni bħala grupp ta' esperti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2022/868, fejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu rappreżentati, għandu jappoġġa l-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament billi:

(a)

jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iżvilupp ta' prattika konsistenti tal-awtoritajiet kompetenti fl-infurzar tal-Kapitoli II, III, V u VII;

(b)

jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti permezz tal-bini tal-kapaċità u l-iskambju ta' informazzjoni, b'mod partikolari billi jistabbilixxi metodi għall-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni relatata mal-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi skont il-Kapitoli II, III u V f'każijiet transfruntieri, inkluż il-koordinazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' penali;

(c)

jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fir-rigward ta':

(i)

jekk għandux jintalab l-abbozzar tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 33(4), l-Artikolu 35(4) u l-Artikolu 36(5);

(ii)

it-tħejjija tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(5), l-Artikolu 35(5) u (8) u l-Artikolu 36(6);

(iii)

it-tħejjija tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 29(7) u l-Artikolu 33(2); u

(iv)

l-adozzjoni tal-linji gwida li jistabbilixxu l-oqsfa interoperabbli għal standards u prattiki komuni għall-funzjonament tal-ispazji komuni Ewropej tad-data msemmija fl-Artikolu 33(11).

KAPITOLU X

DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE

Artikolu 45

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 29(7) u l-Artikolu 33(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-11 ta’ Jannar 2024.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 29(7) u l-Artikolu 33(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 29(7) jew l-Artikolu 33(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 46

Proċedura ta' kumitat

1.   il-kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/868. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 49

Evalwazzjoni u rieżami

1.   Sat-12 ta’ Settembru 2028, il-kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari:

(a)

sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsirati bħala sitwazzjonijiet ta' ħtieġa eċċezzjonali għall-fini tal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament fil-prattika, b'mod partikolari l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament minn korpi tas-settur pubbliku, il-kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u korpi tal-Unjoni; l-għadd u l-eżitu tal-proċedimenti mressqa quddiem l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 18(5) dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament, kif irrapportati mill-awtoritajiet kompetenti; l-impatt ta' obbligi oħra stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali għall-finijiet ta' konformità ma' talbiet għal aċċess għal informazzjoni; l-impatt tal-mekkaniżmi volontarji ta' kondiviżjoni tad-data, bħal dawk stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) 2022/868, fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament, u r-rwol tad-data personali fil-kuntest tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, inkluż l-evoluzzjoni ta' teknoloġiji li jtejbu l-privatezza;

(b)

l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-użu tad-data fl-ekonomija, inkluż fuq l-innovazzjoni tad-data, il-prattiki ta' monetizzazzjoni tad-data u s-servizzi ta' intermedjazzjoni tad-data, kif ukoll fuq il-kondiviżjoni tad-data fi ħdan l-ispazji komuni Ewropej tad-data;

(c)

l-aċċessibbiltà u l-użu ta' kategoriji u tipi differenti ta' data;

(d)

l-esklużjoni ta' ċerti kategoriji ta' intrapriżi bħala benefiċjarji skont l-Artikolu 5;

(e)

in-nuqqas ta' kwalunkwe impatt fuq id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;

(f)

l-impatt fuq is-sigrieti kummerċjali, inkluż fuq il-protezzjoni kontra l-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom, kif ukoll l-impatt tal-mekkaniżmu li jippermetti lid-detentur tad-data jirrifjuta t-talba tal-utent skont l-Artikolu 4(8) u l-Artikolu 5(11), b’kont meħud, sa fejn ikun possibbli, ta’ kwalunkwe reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2016/943;

(g)

jekk il-lista ta' termini kuntrattwali inġusti msemmija fl-Artikolu 13 hijiex aġġornata fid-dawl ta' prattiki kummerċjali ġodda u l-pass mgħaġġel tal-innovazzjoni tas-suq;

(h)

bidliet fil-prattiki kuntrattwali tal-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data u jekk dan jirriżultax f'konformità suffiċjenti mal-Artikolu 25;

(i)

it-tnaqqis fl-imposti, imposti mill-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għall-proċess tal-qlib, f'konformità mal-irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib skont l-Artikolu 29;

(j)

l-interazzjoni ta' dan ir-Regolament ma' atti legali oħra tal-Unjoni ta' rilevanza għall-ekonomija tad-data;

(k)

il-prevenzjoni ta' aċċess governattiv illegali għal data mhux personali;

(l)

l-effikaċja tar-reġim ta' infurzar meħtieġ skont l-Artikolu 37;

(m)

l-impatt tar-regolamentazzjoni fuq l-SMEs fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jinnovaw u tad-disponibbiltà ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data għall-utenti fl-Unjoni u l-piż tal-konformità mal-obbligi l-ġodda.

2.   Sat-12 ta’ Settembru 2028, il-kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-impatt tal-Artikoli 23 sa 31 u l-Artikoli 34 u 35, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipprezzar u d-diversità tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data offruti fl-Unjoni, b'enfasi speċjali fuq il-fornituri tal-SMEs.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-kummissjoni tista', fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda dan ir-Regolament.


whereas









keyboard_arrow_down