keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 13 Artikolu 13 Termini kuntrattwali inġusti imposti unilateralment fuq intrapriża oħra
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI
KAPITOLU III
OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI
KAPITOLU IV
TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI
KAPITOLU V
IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI
KAPITOLU VI
QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA
KAPITOLU VII
AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI
KAPITOLU VIII
INTEROPERABBILTÀ
KAPITOLU IX
IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR
KAPITOLU X
DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- unilateralment 18
- kuntrattwali 16
- it-terminu 13
- jkun 10
- kontraenti 9
- imponiet 8
- ikun 8
- lill-parti 8
- impost 8
- l-oħra 7
- minn 7
- ġie 7
- jekk 7
- il-parti 6
- tiegħu 6
- inġust 6
- tal-parti 6
- fil-każ 6
- tkun 6
- għal 6
- fuqha 5
- t-terminu 5
- terminu 5
- raġonevoli 5
- tad-data 5
- data 4
- kwalunkwe 4
- tal-kuntratt 4
- bidla 3
- biex 3
- pprovduta 3
- terminu 3
- jippermetti 3
- l-parti 3
- milli 3
- għandu 3
- dawk 3
- id-data 3
- bħala 3
- l-kuntratt 3
- l-użu 3
- it-termini 3
- intrapriża 3
- oħra 3
- obbligi 3
- l-artikolu 3
- tal-unjoni 3
- għandux 3
- jipprevjeni 3
- il-perjodu 2
Artikolu 13
Termini kuntrattwali inġusti imposti unilateralment fuq intrapriża oħra
1. Terminu kuntrattwali li jikkonċerna l-aċċess għad-data u l-użu tagħha jew ir-responsabbiltà u r-rimedji għall-ksur jew it-terminazzjoni ta' obbligi relatati mad-data, li jkun ġie impost unilateralment minn intrapriża fuq intrapriża oħra, ma għandux ikun vinkolanti fuq l-intrapriża tal-aħħar jekk ikun inġust.
2. Terminu kuntrattwali li jirrifletti dispożizzjonijiet mandatorji tal-liġi tal-Unjoni, jew dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw jekk it-termini kuntrattwali ma jirregolawx il-kwistjoni, ma għandhomx jitqiesu bħala inġusti.
3. Terminu kuntrattwali huwa inġust jekk ikun ta' natura tali li l-użu tiegħu jiddevja bil-kbir mill-prattika kummerċjali tajba fl-aċċess u fl-użu tad-data, ikun kuntrarju għan-negozjar bona fide u ġust.
4. B'mod partikolari, terminu kuntrattwali għandu jkun inġust għall-finijiet tal-paragrafu 3 jekk l-għan jew l-effett tiegħu jkunu li:
(a) | jeskludi jew jillimita r-responsabbiltà tal-parti li imponiet unilateralment it-terminu għal atti intenzjonali jew għal negliġenza serja; |
(b) | jeskludi r-rimedji disponibbli għall-parti li fuqha ġie impost it-terminu unilateralment fil-każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' obbligi kuntrattwali, jew ir-responsabbiltà tal-parti li imponiet it-terminu unilateralment fil-każ ta' ksur ta' dawk l-obbligi; |
(c) | jagħti lill-parti li imponiet it-terminu unilateralment id-dritt esklużiv li tiddetermina jekk id-data pprovduta hijiex konformi mal-kuntratt jew li tinterpreta kwalunkwe terminu kuntrattwali. |
5. Terminu kuntrattwali għandu jkun preżunt inġust għall-finijiet tal-paragrafu 3 jekk l-għan jew l-effett tiegħu jkunu li:
(a) | jillimita b'mod mhux xieraq ir-rimedji fil-każ ta' nuqqas ta' twettiq ta' obbligi kuntrattwali jew responsabbiltà fil-każ ta' ksur ta' dawk l-obbligi, jew jestendi r-responsabbiltà tal-intrapriża li fuqha jkun ġie impost unilateralment it-terminu; |
(b) | jippermetti lill-parti li imponiet unilateralment it-terminu għall-aċċess u għall-użu tad-data tal-parti kontraenti l-oħra b'mod li jkun ta' detriment sinifikanti għall-interessi leġittimi tal-parti kontraenti l-oħra, b'mod partikolari meta dik id-data jkun fiha data kummerċjalment sensittiva jew tkun protetta minn sigrieti kummerċjali jew minn drittijiet ta' proprjetà intellettwali; |
(c) | jipprevjeni lill-parti li t-terminu jkun ġie impost fuqha unilateralment milli tuża d-data ipprovduta jew iġġenerata minn dik il-parti matul il-perjodu tal-kuntratt, jew li tillimita l-użu ta' tali data sal-punt li dik il-parti ma tkunx intitolata li tuża, tiġbor, taċċessa jew tikkontrolla tali data jew tisfrutta l-valur ta' tali data b'mod adegwat; |
(d) | jipprevjeni lill-parti li t-terminu jkun ġie impost fuqha unilateralment milli ttemm il-ftehim f'perjodu raġonevoli; |
(e) | jipprevjeni lill-parti li t-terminu jkun ġie impost fuqha unilateralment milli tikseb kopja tad-data pprovduta jew iġġenerata minn dik il-parti matul il-perjodu tal-kuntratt jew f'perjodu raġonevoli wara t-terminazzjoni tiegħu; |
(f) | jippermetti lill-parti li tkun imponiet it-terminu unilateralment biex ittemm il-kuntratt b'avviż qasir mhux raġonevoli, filwaqt li titqies kwalunkwe possibbiltà raġonevoli tal-parti kontraenti l-oħra li taqleb għal servizz alternattiv u komparabbli u d-detriment finanzjarju kkawżat minn tali terminazzjoni, għajr fejn ikun hemm raġunijiet serji biex isir dan; |
(g) | jippermetti lill-parti li tkun imponiet it-terminu unilateralment li tibdel sostanzjalment il-prezz speċifikat fil-kuntratt jew kwalunkwe kundizzjoni sostantiva oħra relatata man-natura, il-format, il-kwalità jew il-kwantità tad-data li ser tiġi kondiviża, fejn ma tkun ġiet speċifikata fil-kuntratt ebda raġuni valida u ebda dritt tal-parti l-oħra li tittermina l-kuntratt fil-każ ta' bidla ta’ din ix-xorta. |
Il-punt (g) tal-ewwel subparagrafu m'għandux m'għandux jaffettwa t-termini li bihom il-parti li imponiet it-terminu unilateralment tirriżerva d-dritt li tibdel unilateralment it-termini ta' kuntratt ta' żmien indeterminat, dment li l-kuntratt ikun speċifika raġuni valida għal tali tibdil unilaterali, li l-parti li imponiet it-terminu unilateralment tkun meħtieġa tipprovdi lill-parti kontraenti l-oħra b'avviż raġonevoli bi kwalunkwe bidla maħsuba, u li l-parti kontraenti l-oħra tkun libera li tittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fil-każ ta' bidla.
6. Terminu kuntrattwali għandu jitqies bħala impost unilateralment skont it-tifsira ta' dan l-Artikolu jekk ikun ġie fornut minn parti kontraenti waħda u l-parti kontraenti l-oħra ma setgħetx tinfluwenza l-kontenut tiegħu minkejja tentattiv biex dan jiġi nnegozjat. Il-parti kontraenti li pprovdiet it-terminu kuntrattwali għandha l-oneru li tagħti provi li dak it-terminu ma ġiex impost unilateralment. Il-parti kontraenti li pprovdiet it-terminu kuntrattwali kkontestat ma tistax targumenta li t-terminu huwa terminu kuntrattwali inġust.
7. Meta t-terminu kuntrattwali inġust ikun jista' jkun magħmul indipendenti mit-termini li jifdal tal-kuntratt, dawk it-termini li jifdal għandhom ikunu vinkolanti.
8. Dan l-Artikolu ma japplikax għal termini kuntrattwali li jiddefinixxu s-suġġett ewlieni tal-kuntratt jew għall-adegwatezza tal-prezz, meta titqies id-data pprovduta bħala kambju.
9. Il-partijiet għal kuntratt kopert mill-paragrafu 1 ma għandhomx jeskludu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, jidderogaw minnu, jew ivarjaw l-effetti tiegħu.
KAPITOLU V
IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI
whereas