keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 26
- għandu 9
- is-servizz 8
- l-kontenut 7
- tal-konsumatur 7
- mill-kummerċjant 6
- mill-konsumatur 5
- juża 5
- kwalunkwe 5
- pprovdut 5
- żmien 5
- jkun 4
- il-kummerċjant 4
- ġie 4
- data 4
- għal 4
- mingħajr 4
- meta 4
- terminat 3
- perjodu 3
- konformità 3
- tanġibbli 3
- l-kuntratt 3
- personali 3
- tal-kontenut 3
- tas-servizz 3
- il-konsumatur 3
- tal-kuntratt 3
- milli 3
- il-kontenut 3
- lura 3
- użu 3
- ikun 3
- jiġi 3
- talba 2
- jżomm 2
- il-kummerċjant 2
- obbligi 2
- oħra 2
- kontenut 2
- l-mezz 2
- għajr 2
- jista 2
- artikolu 2
- kienx 2
- qabel 2
- tal-kummerċjant 2
- fil-każ 2
- terminazzjoni 2
- jirrimborża 2
Artikolu 16
Obbligi tal-kummerċjant fil-każ ta' terminazzjoni
1. Fil-każ tat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-ħlasijiet kollha fil-qafas tal-kuntratt.
Madankollu, f'każijiet fejn il-kuntratt jipprevedi l-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali bi skambju ma' ħlas ta' prezz u fuq perjodu ta' żmien, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien f'konformità għal perjodu ta' żmien qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-parti proporzjonata biss mill-prezz imħallas li jikkorrispondi għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità, u kwalunkwe parti mill-prezz imħallas bil-quddiem mill-konsumatur għal kwalunkwe perjodu mill-kuntratt li jkun fadal li kieku l-kuntratt ma ġiex terminat.
2. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi li japplikaw taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.
3. Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġiet ipprovduta jew maħluqa mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, minbarra meta tali kontenut:
(a) | ma jkollu l-ebda utilità barra l-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant; |
(b) | ikun relatat mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant; |
(c) | ikun ġie aggregat ma' data oħra mill-kummerċjant u ma jkunx jista' jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew |
(d) | ikun ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jkunu kapaċi jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut. |
4. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.
Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f'format ta' data li jintuża komunement u li jinqara minn magna.
5. Il-kummerċjant jista' jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.
Artikolu 17
Obbligi tal-konsumatur fil-każ ta' terminazzjoni
1. Wara li l-kuntratt jiġi terminat, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi.
2. Fejn il-kontenut diġitali jkun ġie pprovdut fuq mezz tanġibbli, fuq talba u bi spejjeż tal-kummerċjant, il-konsumatur għandu jirritorna l-mezz tanġibbli lill-kummerċjant, mingħajr dewmien bla bżonn. Jekk il-kummerċjantjiddeċiedi li jitlob lura l-mezz tanġibbli, dik it-talba għandha ssir fi żmien 14-il jum mill-jum li fih il-kummerċjantjiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt.
3. Il-konsumatur ma għandu jkun responsabbli li jħallas għal ebda użu li jsir mill-kontenut diġitali jew servizz diġitali fil-perjodu qabel ma jiġi terminat il-kuntratt li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.
whereas