(13) | l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej: Artikolu 6 Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami Sat-28 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward: (a) | avvenimenti organizzati f’postijiet oħrajn għajr il-post tan-negozju tal-kummerċjant; u | (b) | każijiet ta’ oġġetti kummerċjalizzati bħala identiċi iżda li jkollhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti, inkluż jekk dawk il-każijiet għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti, inkluża projbizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE u jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-informazzjoni dwar id-differenzazzjoni tal-oġġetti. | Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, bi proposta leġislattiva.
Artikolu 3 Emendi għad-Direttiva 2005/29/KE Id-Direttiva 2005/29/KE hija emendata kif ġej: (1) | fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej: (a) | il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(c) | “prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inklużi proprjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;”; | | (b) | jiżdiedu l-punti li ġejjin: “(m) | “klassifikazzjoni” tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-kummerċjant, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni; | (n) | “suq online” tfisser servizz bl-użu ta’ software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu, li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra.”; | | | (2) | fl-Artikolu 3, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej: “5. Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonaliorganizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. 6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata fuq il-bażi tal-paragrafu 5 kif ukoll bi kwalunkwe tibdil sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti fuq sit web apposta.”; | (3) | fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej: “(c) | kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett, fi Stat Membru wieħed, bħala identiku għal oġġett kummerċjalizzat fi Stati Membri oħra, meta dak l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi, sakemm dan ma jkunx ġustifikat minn fatturi leġittimi u oġġettivi.”; | | (4) | l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(d) | l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna u eżekuzzjoni, jekk dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;”; | | (ii) | jiżdied il-punt li ġej: “(f) | għal prodotti offruti fi swieq online, jekk il-parti terza li toffri l-prodotti hijiex kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online.”; | | | (b) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “4a. Meta l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jfittxu prodotti offruti minn kummerċjanti differenti jew minn konsumaturi abbażi ta’ tfittxija fl-għamla ta’ keyword, frażi jew input ieħor, irrispettivament minn fejn finalment jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet, l-informazzjoni ġenerali, li tkun disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li hija aċċessibbli b’mod dirett u faċli mill-paġna fejn ir-riżultati tat-tfittxija jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri, meta mqabbla ma’ parametri oħrajn, għandha titqies bħala importanti. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-fornituri ta’ magni tat-tiftix online kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). (*3) Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal- intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).”;" | (c) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “6. Fejn kummerċjant jipprovdi aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar prodotti, l-informazzjoni dwar jekk u kif il-kummerċjant jiżgura li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott, għandha titqies bħala importanti.”; | | (5) | jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online 1. Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, f’suq online, il-fornitur tas-suq online għandu, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u li jinftiehem u b’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użati: (a) | informazzjoni ġenerali, li ssir disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li tkun aċċessibbli direttament u faċilment mill-paġna fejn l-offerti jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni, kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/29/KE, ta’ offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri meta mqabbla ma’ parametri oħra; | (b) | jekk il-parti terza li toffri l-oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali hijiex kummerċjant jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online; | (c) | fejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali mhijiex kummerċjant, li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt; | (d) | fejn applikabbli, kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online, fejn tali informazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà li l-fornitur tas-suq online jew il-kummerċjant terz ikollu fir-rigward tal-kuntratt taħt xi liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali. | 2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, dan l-Artikolu ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal fornituri tas-swieq online. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”; | (6) | fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel tali talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil u jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.”; | (7) | l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari, jew permezz tiegħu, qabel il-konklużjoni ta’ tali kuntratt, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, kif imsemmi, rispettivament, fil-punti (a), (b), (e), (h) u (o) tal-Artikolu 6(1), ħlief il-mudell tal-formola ta’ reċess kif stabbilit fl-Anness I(B) imsemmi fil-punt (h). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1), inkluż il-mudell tal-formola ta’ reċess, għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur b’mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”; | (b) | il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “8. Fejn konsumatur ikun irid li l-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel talba espressament u għandu jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.”; | | (8) | l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej: (a) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li taħthom il-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi estiż għal 30 jum għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali regoli għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”; | (b) | fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja: “2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiskadi wara 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, 30 jum minn:”; | | (9) | fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum imsemmi fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a), 30 jum wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.”; | (10) | fl-Artikolu 13, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. 5. Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut, għajr data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, ħlief fejn tali kontenut: (a) | ma jkollux utilità lil hinn mill-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant; | (b) | huwa relatat biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant; | (c) | ġie aggregat ma’ data oħra mill-kummerċjant u ma jistax jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew | (d) | ġie ġġenerat b’mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jistgħu jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut. | 6. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 5, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut, li mhuwiex data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta uża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant. 7. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f’format ta’ data li jintuża komunement u li jinqara mill-magni. 8. F’każ ta’ reċess mill-kuntratt, il-kummerċjant jista’ jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b’mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.”; | (11) | l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej: (a) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. F’każ li jirreċedi mill-kuntratt, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jqegħidhom għad-dispożizzjoni ta’ partijiet terzi.”; | (b) | fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(i) | il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu minn qabel għall-bidu tal-eżekuzzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 14-il jum jew ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9;”; | | | (12) | l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej: (a) | l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(a) | kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz iżda, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, biss jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant;”; | | (ii) | il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(m) | kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, fejn: (i) | il-konsumatur ikun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex tinbeda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu tad-dritt ta’ reċess; | (ii) | il-konsumatur ikun irrikonoxxa li b’dan huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess; u | (iii) | il-kummerċjant ikun ipprovda l-konferma f’konformità mal-Artikolu 7(2) jew mal-Artikolu 8(7).”; | | | | (b) | jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ reċess stabbilit fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-ewwel paragrafu għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fil-konfront ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz li jqiegħdu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess wara li s-servizz ikun twettaq b’mod sħiħ sakemm l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur.”; | | (13) | l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 24 Penali 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq: (a) | in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur; | (b) | kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi; | (c) | kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant; | (d) | il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli; | (e) | penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8); | (f) | kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ. | 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. 4. Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni. 5. L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. (*8) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta ’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”;" | (14) | fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fejn Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(1a), l-Artikolu 9(3), u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 16, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sat-28 ta’ Novembru 2021, kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”; | (15) | l-Anness I huwa emendat kif ġej: (a) | il-parti A hija emendata kif ġej: (i) | it-tielet paragrafu taħt “Dritt ta’ reċess” huwa sostitwit b’dan li ġej: “Biex teżerċita d-dritt ta’ reċess, għandek tinfurmana [2] bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi minn dan il-kuntratt permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita (eż. ittra mibgħuta bil-posta jew posta elettronika). Tista’ tuża l-formola standard ta’ reċess mehmuża, iżda din mhijiex obbligatorja. [3]”; | (ii) | il-punt 2 taħt “Istruzzjonijiet biex timla l-formola” jinbidel b’dan li ġej: “[2.] Daħħal ismek, l-indirizz ġeografiku tiegħek, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.”; | | (b) | fil-parti B, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej: “Lil [hawnhekk, l-isem tal-kummerċjant, l-indirizz ġeografiku u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant jiddaħħlu mill-kummerċjant]:”. | | Artikolu 5 Informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ċ-ċittadini li jfittxu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur jew dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti, jibbenefikaw minn punt ta’ aċċess online, permezz tal-gateway diġitali unika stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18)li jippermettilhom: (a) | jaċċessaw informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni b’mod ċar, li jinftiehem u jkun faċilment aċċessibbli; u | (b) | jippreżentaw ilment permezz tal-pjattaforma għar-riżoluzzjoni online għat-tilwim stabbilita taħt ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 u liċ-ċentru kompetenti tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur, skont il-partijiet involuti. |
whereas
(27) Il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi jekk parti terza li toffri oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali tkunx kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni li saret lilhom mill-parti terza. Meta l-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali tiddikjara li l-istatus tagħha mhuwiex ta’ kummerċjant, il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jipprovdu dikjarazzjoni qasira li turi li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt konkluż. Barra minn hekk, il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu infurmati dwar kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-partijiet terzi li joffru l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornituri tas-swieq online. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata b’mod ċar u komprensibbli u mhux biss fit-termini u kundizzjonijiet standard jew dokumenti kuntrattwali simili. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal fornituri tas-swieq online jkunu proporzjonati. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li joħolqu bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-fornituri tas-swieq online. Jenħtieġ li fornituri tas-swieq online ma jkollhomx bżonn jelenkaw drittijiet speċifiċi tal-konsumaturi meta jinfurmaw lill-konsumaturi dwar in-nonapplikabbiltà tagħhom. Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-konsumatur previsti fid-Direttiva 2011/83/UE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 6(1) tagħha. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta dwar ir-responsabbiltà għall-iżgurar tad-drittijiet tal-konsumatur tiddependi fuq l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-fornituri tas-swieq online u l-kummerċjanti rilevanti ta’ terzi persuni. Il-fornitur tas-suq online jista’ jindika li kummerċjant terz huwa unikament responsabbli biex ikunu żgurati d-drittijiet tal-konsumatur, jew jista’ jiddeskrivi r-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu stess fejn dak il-fornitur jassumi r-responsabbiltà għal ċerti aspetti tal-kuntratt, pereżempju, għall-kunsinna jew matul l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess.
- = -
|