search


keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0771 MT cercato: 'tard' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas tard:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 255

 

Artikolu 6

Rekwiżiti soġġettivi għall-konformità

Sabiex ikunu konformi mal-kuntratt tal-bejgħ, l-oġġetti għandhom, b’mod partikolari, fejn ikun applikabbli:

(a)

ikunu tad-deskrizzjoni, it-tip, il-kwantità u l-kwalità, u jkollhom il-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-karatteristiċi l-oħra, kif jirrikjedi l-kuntratt tal-bejgħ;

(b)

ikunu tajbin għal kull għan partikolari li għalih ikun jeħtieġhom il-konsumatur u li l-konsumatur ikun għarraf bih lill-bejjiegħ mhux aktar tard mill-ħin meta jkun ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ, u li fir-rigward tiegħu l-bejjiegħ ikun aċċetta;

(c)

jiġu kkonsenjati mal-aċċessorji kollha u istruzzjoni, inkluż dwar l-installazzjoni, kif stipulat fil-kuntratt tal-bejgħ; u

(d)

jiġu fornuti b’aġġornamenti kif stipulat fil-kuntratt tal-bejgħ.

Artikolu 17

Garanziji kummerċjali

1.   Kwalunkwe garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti fuq il-garanti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali u r-reklamar assoċjat disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt jew qablu. Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli oħra tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, fejn produttur joffri lill-konsumatur garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà għal ċerti oġġetti għal perjodu ta’ żmien partikolari, il-produttur għandu jkun responsabbli direttament lejn il-konsumatur tul il-perjodu kollu tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà għat-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-oġġetti skont l-Artikolu 14. Il-produttur jista’ joffri lill-konsumatur kundizzjonijiet aktar favorevoli fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà.

Jekk il-kundizzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali jkunu inqas vantaġġużi għall-konsumatur minn dawk stipulati fir-reklamar assoċjat, il-garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-reklamar relatat mal-garanzija kummerċjali, sakemm, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, ir-reklamar assoċjat ma jkunx ġie kkoreġut bl-istess mod jew b’mod komparabbli bħalma jkun sar.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur fuq mezz durabbli mhux aktar tard mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali għandha tinkiteb b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

dikjarazzjoni ċara li l-konsumatur huwa intitolat bil-liġi għal rimedji mill-bejjiegħ bla ħlas fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti u li dawk ir-rimedji ma jkunux affettwati mill-garanzija kummerċjali;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-garanti;

(c)

il-proċedura li trid tiġi segwita mill-konsumatur biex jikseb l-implimentazzjoni tal-garanzija kummerċjali;

(d)

l-indikazzjoni tal-oġġetti li l-garanzija kummerċjali tapplika għalihom; u

(e)

it-termini tal-garanzija kummerċjali.

3.   In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 ma jaffettwax in-natura vinkolanti tal-garanzija kummerċjali għall-garanti.

4.   Stati Membri jistgħu jistipulaw regoli dwar aspetti oħra li jikkonċernaw il-garanziji kummerċjali u li mhumiex irregolati f’dan l-Artikolu, fosthom regoli dwar il-lingwa jew il-lingwi li bihom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali.

Artikolu 25

Rieżami

Sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha dwar ir-rimedji u l-oneru tal-provi – anki fir-rigward ta’ oġġetti użati u oġġetti mibjugħa f’irkanti pubbliċi – u l-garanzija kummerċjali tal-produttur dwar id-durabbiltà, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta, b’mod partikolari, jekk l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tad-Direttiva (UE) 2019/770 tiżgurax qafas konsistenti u koerenti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern fir-rigward tal-provvista ta’ kontenut diġitali, servizzi diġitali u oġġetti b’elementi diġitali f’konformità mal-prinċipji li jirregolaw il-politiki tal-Unjoni. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi.


whereas









keyboard_arrow_down