keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ta’ 40
- kummerċjali 18
- tal-oġġetti 15
- diġitali 15
- tfisser 13
- għal 12
- tal-garanzija 11
- oġġetti 10
- kwalunkwe 10
- konformità 8
- minn 7
- għandha 6
- tkun 6
- għandu 5
- l-oġġetti 5
- il-persuna 5
- żmien 5
- mill-bejjiegħ 5
- lill-konsumatur 5
- nuqqas 5
- jkun 4
- jippermetti 4
- il-kundizzjonijiet 4
- persuna 4
- artikolu 4
- mill-konsumatur 4
- tagħhom 4
- skont 4
- oħra 4
- b’elementi 4
- ruħu 4
- stipulati 4
- l-artikolu 4
- servizz 4
- perjodu 4
- jekk 4
- fid-dikjarazzjoni 4
- il-kapaċità 4
- id-direttiva 4
- fejn 3
- dwar 3
- diġitali” 3
- mill-mument 3
- produttur 3
- tiġi 3
- tal-konsenja 3
- data 3
- ieħor 3
- mhux 3
- fir-reklamar 3
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kull kuntratt li bih il-bejjiegħ jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi sjieda ta’ oġġetti lil konsumatur, u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz tagħhom; |
(2) | “konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, li, b’rabta ma’ kuntratti koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għal skopijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; |
(3) | “bejjiegħ” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-fatt jekk hijiex ta’ sjieda privata jew pubblika, li qed taġixxi, inkluż permezz ta’ kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem dik il-persuna fiżika jew ġuridika jew għan-nom ta’ dik il-persuna, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta’ dik il-persuna, fir-rigward ta’ kuntratti koperti minn din id-Direttiva; |
(4) | “produttur” tfisser manifattur tal-oġġetti, importatur tal-oġġetti fl-Unjoni jew kwalunkwe persuna li ssostni li hija produttur billi tqiegħed isimha, it-trademark jew sinjal distintiv ieħor fuq l-oġġetti; |
(5) | “oġġetti” tfisser:
|
(6) | “kontenut diġitali” tfisser data li tiġi prodotta u pprovduta f’forma diġitali; |
(7) | “servizz diġitali” tfisser:
|
(8) | “kompatibbiltà” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jiffunzjonaw b’hardware jew software li normalment jintużaw magħhom oġġetti tal-istess tip, mingħajr il-bżonn li l-oġġetti, hardware jew software jiġu kkonvertiti; |
(9) | “funzjonalità” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fid-dawl tal-iskop tagħhom; |
(10) | “interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jiffunzjonaw b’hardware jew software differenti minn dawk li magħhom normalment jintużaw oġġetti tal-istess tip; |
(11) | “mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti li l-konsumatur jew il-bejjiegħ jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dik il-persuna b’mod li hu aċċessibbli għal referenza futura, għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni, u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna; |
(12) | “garanzija kummerċjali” tfisser kull impenn mill-bejjiegħ jew minn produttur (il-garanti) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligu legali tal-bejjiegħ dwar il-garanzija ta’ konformità, ta’ rimborż tal-prezz imħallas jew ta’ sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta’ oġġetti bi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kull rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu; |
(13) | “durabbiltà” tfisser il-kapaċità tal-oġġetti li jżommu l-funzjonijiet u l-prestazzjoni tagħhom f’użu normali; |
(14) | “mingħajr ħlas” tfisser ħielsa mill-ispejjeż neċessarji magħmula sabiex l-oġġetti jinġiebu f’konformità, b’mod partikolari l-ispejjeż tal-posta, tal-ġarr, tax-xogħol jew tal-materjali; |
(15) | “irkant pubbliku” tfisser metodu ta’ bejgħ fejn oġġetti u servizzi jkunu offruti minn bejjiegħ lill-konsumaturi, li jattendu jew jingħataw il-possibbiltà li jattendu l-irkant fiżikament, permezz ta’ proċedura ta’ offerti trasparenti u kompetittiva mmexxija minn irkantatur u fejn l-offerent rebbieħ ikun obbligat li jixtri l-oġġetti jew is-servizzi. |
Artikolu 8
Installazzjoni ħażina tal-oġġetti
Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jirriżulta mill-installazzjoni ħażina tal-oġġetti għandu jitqies bħala nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti jekk:
(a) | l-installazzjoni tifforma parti mill-kuntratt tal-bejgħ u tkun saret mill-bejjiegħ jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu; jew |
(b) | l-installazzjoni, maħsuba biex titwettaq mill-konsumatur, tkun saret mill-konsumatur u l-installazzjoni ħażina kienet dovuta għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet għall-installazzjoni pprovduti mill-bejjiegħ jew, fil-każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, provdut mill-bejjiegħ jew mill-fornitur tal-kontenut jew is-servizz diġitali. |
Artikolu 11
Oneru tal-provi
1. Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fi żmien sena mill-mument li fih ikunu ġew konsenjati l-oġġetti għandu jkun preżunt li kien jeżisti fil-mument tal-konsenja, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor jew din il-preżunzjoni tkun inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew man-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Dan il-paragrafu għandu japplika għal oġġetti b’elementi diġitali wkoll.
2. Minflok il-perjodu ta’ sena stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodu ta’ sentejn mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti.
3. F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fuq perjodu ta’ żmien, l-oneru tal-provi fir-rigward ta’ jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx konformi fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(2) għandu jkun fuq il-bejjiegħ għal nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fil-perjodu imsemmi f’dak l-Artikolu.
Artikolu 17
Garanziji kummerċjali
1. Kwalunkwe garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti fuq il-garanti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali u r-reklamar assoċjat disponibbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt jew qablu. Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli oħra tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, fejn produttur joffri lill-konsumatur garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà għal ċerti oġġetti għal perjodu ta’ żmien partikolari, il-produttur għandu jkun responsabbli direttament lejn il-konsumatur tul il-perjodu kollu tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà għat-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-oġġetti skont l-Artikolu 14. Il-produttur jista’ joffri lill-konsumatur kundizzjonijiet aktar favorevoli fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà.
Jekk il-kundizzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali jkunu inqas vantaġġużi għall-konsumatur minn dawk stipulati fir-reklamar assoċjat, il-garanzija kummerċjali għandha tkun vinkolanti skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-reklamar relatat mal-garanzija kummerċjali, sakemm, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, ir-reklamar assoċjat ma jkunx ġie kkoreġut bl-istess mod jew b’mod komparabbli bħalma jkun sar.
2. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali għandha tiġi pprovduta lill-konsumatur fuq mezz durabbli mhux aktar tard mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali għandha tinkiteb b’lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Għandha tinkludi dan li ġej:
(a) | dikjarazzjoni ċara li l-konsumatur huwa intitolat bil-liġi għal rimedji mill-bejjiegħ bla ħlas fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti u li dawk ir-rimedji ma jkunux affettwati mill-garanzija kummerċjali; |
(b) | l-isem u l-indirizz tal-garanti; |
(c) | il-proċedura li trid tiġi segwita mill-konsumatur biex jikseb l-implimentazzjoni tal-garanzija kummerċjali; |
(d) | l-indikazzjoni tal-oġġetti li l-garanzija kummerċjali tapplika għalihom; u |
(e) | it-termini tal-garanzija kummerċjali. |
3. In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 ma jaffettwax in-natura vinkolanti tal-garanzija kummerċjali għall-garanti.
4. Stati Membri jistgħu jistipulaw regoli dwar aspetti oħra li jikkonċernaw il-garanziji kummerċjali u li mhumiex irregolati f’dan l-Artikolu, fosthom regoli dwar il-lingwa jew il-lingwi li bihom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali.
whereas