(2) Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi.
Biex jitgawdew bmod sħiħ il-benefiċċji tal-ekonomija tal-pjattaformi online, huwa għalhekk importanti li l-impriżi jkunu jistgħu jafdaw lis-servizzi tal-intermedjazzjoni online li magħhom jidħlu frelazzjonijiet kummerċjali.
Dan huwa importanti l-iktar għaliex l-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-data, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta dawn l-utenti kummerċjali, b’mod partikolari tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta daqs medju (SMEs), fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi.
Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta dawk is-servizzi ta spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar li jippermettilhom biex, fil-fatt, iġibu ruħhom bmod unilaterali bmod li jista jkun inġust u li jista jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.
Pereżempju, bmod unilaterali, jistgħu jimponu prattiki fuq l-utenti kummerċjali li jitbiegħdu ħafna minn imġiba kummerċjali tajba, jew imorru kontra l-bona fide u n-negozjar ġust.
Dan ir-Regolament jindirizza tensjonijiet potenzjali bħal dawn fl-ekonomija tal-pjattaforma online.
- = -
(3) Il-konsumaturi laqgħu tajjeb l-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Huwa essenzjali li jkun hemm ekosistema online li tkun kompetittiva, ġusta u trasparenti, li fiha l-kumpaniji jġibu ruħhom bmod responsabbli, għal finijiet tal-benesseri tal-konsumaturi.
L-iżgurar tat-trasparenza ta u l-fiduċja fl-ekonomija tal-pjattaformi online frelazzjonijiet bejn negozju u ieħor, jista wkoll jgħin bmod indirett biex titjieb il-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija tal-pjattaformi online.
Madankollu, l-impatti diretti tal-iżvilupp tal-ekonomija tal-pjattaformi online fuq il-konsumaturi huma indirizzati minn liġi oħra tal-Unjoni, speċjalment l-acquis tal-konsumatur.
- = -
(8) Dawk ir-regoli jenħtieġ li jipprovdu wkoll inċentivi xierqa biex jiġu promossi l-korrettezza u t-trasparenza, speċjalment fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta siti web korporattivi fir-riżultati ta’ tiftix iġġenerati mill-magni tat-tiftix online.
Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ li jirrikonoxxu u jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa tal-pjattaformi online u jippermettu li jkun hemm kompetizzjoni tajba li twassal għal għażla akbar għall-konsumaturi.
Huwa xieraq li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li japplikaw il-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu jew jissanzjonaw imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.
- = -
(33) L-abbiltà ta aċċess għad-data, u tal-użu tagħha, inkluż tad-data personali, tista tippermetti l-ħolqien ta valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online, kemm bmod ġenerali kif ukoll għall-utenti kummerċjali u s-servizzi tal-intermedjazzjoni involuti.
Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-data, u l-użu tagħha.
Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-data attwali, jew ta kategoriji tad-data.
Madankollu, l-identifikazzjoni u l-aċċess għal kundizzjonijiet speċifiċi għal ċerti tipi ta data attwali li tista tkun rilevanti ħafna għall-utenti kummerċjali jistgħu jiġu inklużi wkoll fid-deskrizzjoni.
Tali data tista tinkludi kklassifikar u riċensjonijiet akkumulati minn utenti kummerċjali dwar is-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Kollox ma kollox, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tippermetti l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw id-data biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-data minn parti terza.
- = -
(44) Diversi fatturi, bħal mezzi finanzjarji limitati, il-biża ta ritaljazzjoni u l-għażla esklussiva ta liġijiet u d-dispożizzjonijiet tal-forum fit-termini u l-kundizzjonijiet, jistgħu jillimitaw l-effikaċja tal-possibbiltajiet eżistenti ta rimedju ġudizzjarju, bmod partikolari dawk li jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jaġixxu individwalment u bmod identifikabbli.
Biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva ta dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali skont il-liġi nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti proċedurali nazzjonali.
Jenħtieġ li azzjoni bħal din quddiem il-qrati nazzjonali jkollha l-għan li twaqqaf jew tipprojbixxi każijiet ta ksur tar-regoli stabbiliti fdan ir-Regolament u li tevita dannu futur li jista jxekkel ir-relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli fl-ekonomija tal-pjattaformi online.
Biex ikun żgurat li tali organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet jeżerċitaw dak id-dritt bmod effettiv u kif xieraq, dawn jenħtieġ li jissodisfaw ċerti kriterji.
Bmod partikolari, huma jeħtiġilhom jiġu debitament stabbiliti skont il-liġi ta Stat Membru, ikunu ta natura mingħajr skop ta qligħ u jilħqu l-objettivi tagħhom fuq bażi sostenibbli.
Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jipprevjenu kwalunkwe stabbiliment ta organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ad hoc għall-fini ta azzjoni speċifika jew azzjonijiet speċifiċi, jew għall-fini ta profitti.
- = -
(47) Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.
Fdan il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmira li tistabbilixxi netwerk ta skambju tal-informazzjoni wiesa billi tħeġġeġ korpi ta esperti, ċentri tal-eċċellenza kif ukoll l-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-pjattaformi Online.
Fl-istess ħin, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom fdan il-kuntest lill-Kummissjoni.
Fl-aħħar nett, dan l-eżerċizzju jenħtieġ li jibbenefika mit-trasparenza mtejba ġenerali fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-utenti kummerċjali u l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u bejn l-utenti ta’ siti web korporattivi u l-magni tat-tiftix online li dan ir-Regolament għandu l-għan li jikseb.
Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ monitoraġġ u rieżami bmod effettiv skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiġbor informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jikkooperaw in bona fide biex jiffaċilitaw il-ġbir ta tali data, fejn applikabbli.
- = -
(49) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa dan ir-Regolament minn żmien għal żmien u timmonitorja mill-qrib l-effetti tiegħu fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online, bmod partikolari bil-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal tibdil fid-dawl ta żviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali rilevanti.
Din l-evalwazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-effetti fuq l-utenti kummerċjali li jistgħu jirriżultaw mill-użu ġenerali tal-għażla esklużiva ta dispożizzjonijiet tal-liġi u tal-forum ftermini u kundizzjonijiet li huma unilateralment determinati mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Sabiex tinkiseb stampa wiesgħa tal-iżviluppi fis-settur, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis l-esperjenzi tal-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti.
Il-grupp ta esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-pjattaformi Online stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393 għandu rwol ewlieni biex jinforma l-evalwazzjoni ta dan ir-Regolament mill-Kummissjoni.
Jenħtieġ li l-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra bmod dovut l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp.
Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa.
Miżuri ulterjuri, inklużi ta natura leġislattiva, jistgħu jkunu xierqa jekk u fejn id-dispożizzjonijiet stabbiliti fdan ir-Regolament ikunu insuffiċjenti biex jindirizzaw bmod adegwat l-iżbilanċi u l-prattiki kummerċjali inġusti li jippersistu fis-settur.
- = -