(1) Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-intraprenditorija u ta mudelli kummerċjali ġodda, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku.
Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern.
Dawn jippermettu lill-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi, kif ukoll għax jiġu offruti prezzijiet kompetittivi online, iżda huma jżidu wkoll l-isfidi li jeħtieġ jiġu indirizzati sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.
- = -
(7) Jenħtieġ li jiġu stabbiliti sett ta regoli obbligatorji fil-livell ta Unjoni biex jiżguraw ambjent ta negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern.
Bmod partikolari, l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkollhom it-trasparenza xierqa, kif ukoll il-possibbiltajiet ta rimedju effettiv, mal-Unjoni kollha sabiex jiġi ffaċilitat in-negozju transfruntier fi ħdan l-Unjoni u bhekk jittejjeb il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u sabiex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni emerġenti possibbli fl-oqsma speċifiċi koperti b’dan ir-Regolament.
- = -
(9) Peress li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online tipikament ikollhom dimensjoni globali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun japplika għall-fornituri ta dawk is-servizzi irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti fxi Stat Membru jew barra mill-Unjoni, diment li jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi.
L-ewwel nett, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jenħtieġ li jkunu stabbiliti fl-Unjoni.
It-tieni nett, permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jenħtieġ li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni mill-inqas għal parti mit-tranżazzjoni.
sabiex jiġi ddeterminat jekk utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi humiex qed joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi aċċertat jekk huwiex evidenti li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jidderieġux l-attivitajiet tagħhom lejn il-konsumaturi li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar.
Dan il-kriterju jenħtieġ li jiġi interpretat bkonformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Dawn il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jinsabu fl-Unjoni, iżda la hu meħtieġ li jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fl-Unjoni u lanqas ma jeħtieġ ikollhom iċ-ċittadinanza ta xi Stat Membru.
Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika meta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, jew meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jużaw servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online li joffru prodotti jew servizzi esklussivament għal konsumaturi li jinsabu barra l-Unjoni jew għal persuni li mhumiex konsumaturi.
Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika irrispettivament mil-liġi li altrimenti tkun applikabbli għal kuntratt.
- = -
(17) Is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali online jista jkollhom importanza ekonomika sinifikanti kemm għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kif ukoll għall-utenti kummerċjali tagħhom.
sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali u għall-fehim aħjar tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jinkludu, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, informazzjoni ġenerali, jew aktar dettaljata, jekk ikunu jixtiequ, rigward l-effetti globali, jekk ikun hemm, ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet dwar is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utent kummerċjali.
Tali informazzjoni tista, inter alia, tinkludi informazzjoni bħall-użu ġenerali ta logos, trademarks jew ismijiet ta ditti.
- = -
(18) Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali.
Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kummerċjali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kwalunkwe bidla fdawk it-termini tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali kkonċernati fuq mezz durabbli u fi żmien perijodu ta notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta mill-inqas 15-il jum.
Perijodi ta avviż proporzjonati itwal ta aktar minn 15-il jum jenħtieġ li jingħataw meta l-bidliet proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali sabiex jikkonformaw mal-bidla, pereżempju billi jitolbuhom jagħmlu aġġustamenti tekniċi sinifikanti għall-prodotti u s-servizzi tagħhom.
Jenħtieġ li dak il-perijodu ta notifika ma jkunx japplika jekk, u sa fejn, dan jiġi rinunzjat bmod mhux ambigwu mill-utent kummerċjali kkonċernat jew meta, u sa fejn, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perijodu ta notifika tkun toħroġ minn obbligu legali jew regolatorju impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
Madankollu, tibdiliet editorjali proposti jenħtieġ li ma jkunux koperti mit-terminu "bidla" sakemm dawn ma jbiddlux il-kontenut jew it-tifsira tat-termini u l-kundizzjonijiet.
Ir-rekwiżit li jiġu nnotifikati l-bidliet proposti fuq mezz durabbli jenħtieġ li jippermetti lill-utenti kummerċjali biex jirrieżaminaw bmod effettiv dawn il-bidliet fi stadju aktar tard.
L-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jtemmu l-kuntratt tagħhom fi żmien 15-il jum mill-wasla ta-notifika ta’ kwalunkwe bidla, dment li ma japplikax perijodu iqsar tal-kuntratt, pereżempju li jirriżulta mil-liġi ċivili nazzjonali.
- = -
(21) sabiex jiġi żgurat li l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet kummerċjali offruti mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-fornituri ta dawn is-servizzi jenħtieġ li ma jipprevenux kompletament lill-utenti kummerċjali tagħhom milli juru l-identità tan-negozjar tagħhom bħala parti mill-offerta jew mill-preżenza tagħhom għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti.
Madankollu, din il-projbizzjoni ta interferenza jenħtieġ li ma tinftiehemx bħala dritt li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw bmod unilaterali l-preżentazzjoni tal-offerta jew tal-preżenza tagħhom fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti.
- = -
(22) Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista jkollu raġunijiet leġittimi biex jiddeċiedi li jirrestrinġi, jissospendi jew itemm il-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix.
Jekk ma jkunux sospiżi, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu wkoll jirrestrinġu l-elenki individwali ta utenti kummerċjali; pereżempju, billi jitniżżlu l-isfel fil-klassifika jew billi tiġi affettwata b’mod negattiv l-apparenza tal-utenti kummerċjali (“dimming”) li tista tinkludi t-tniżżil l-isfel fl-ikklassifikar.
Madankollu, minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali kkonċernat, dawn jenħtieġ li, qabel jew fil-ħin li r-restrizzjoni jew is-sospensjoni jkollha effett, jiġu pprovduti bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.
sabiex jiġi minimizzat l-impatt negattiv ta tali deċiżjonijiet fuq l-utenti kummerċjali, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jippermettu wkoll li jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għal dik id-deċiżjoni fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, li se jgħinu lill-utent kummerċjali, fejn dan ikun possibbli, biex tiġi stabbilita l-konformità mill-ġdid.
Barra minn hekk, meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jirrevoka d-deċiżjoni li tirrestrinġi, tissospendi jew ittemm, pereżempju minħabba li d-deċiżjoni tkun saret bi żball jew il-ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni ma jkunx twettaq in mala fede u jkun ġie rimedjat bmod sodisfaċenti, il-fornitur jenħtieġ li jintegra mill-ġdid l-utent kummerċjali kkonċernat mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utenti kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għad-data personali jew data oħra, jew it-tnejn, disponibbli qabel id-deċiżjoni.
- = -
(23) It-terminazzjoni tas-servizzi kollha tal-intermedjazzjoni online u t-tħassir ta data relatat ipprovdut għall-użu jew iġġenerat permezz tal-forniment ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jirrappreżentaw telf ta informazzjoni essenzjali li jista jkollu impatt sinifikanti fuq l-utenti kummerċjali u jista jfixkel ukoll il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw kif jixraq id-drittijiet l-oħra mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament.
Għalhekk, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat dikjarazzjoni tar-raġunijiet fuq mezz durabbli, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu.
Madankollu, fkażijiet fejn obbligu legali jew regolatorju jirrikjedi li fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jtemm il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan il-perijodu ta notifika jenħtieġ li ma japplikax.
Bl-istess mod, il-perijodu ta notifika ta 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jinvoka d-drittijiet ta terminazzjoni skont il-liġi nazzjonali bkonformità mal-liġi tal-Unjoni li jippermettu t-terminazzjoni immedjata fejn, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ speċifiku u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interessi taż-żewġ partijiet, ma jistax jiġi raġonevolment mistenni li jkompli r-relazzjoni kuntrattwali sat-tmiem miftiehem jew sal-iskadenza ta perijodu ta notifika.
Fl-aħħar nett, il-perijodu ta notifika ta 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri ksur ripetut tat-termini u l-kundizzjonijiet.
Id-diversi eċċezzjonijiet għall-perijodu ta notifika ta 30 jum jistgħu bmod partikolari jinħolqu brabta mal-kontenut illeċitu jew mhux xieraq, is-sikurezza ta prodott jew servizz, il-falsifikazzjoni, il-frodi, il-malware, l-ispam, il-ksur tad-data, riskji oħra ta ċibersigurtà jew l-adegwatezza tal-prodott jew is-servizz għall-minorenni.
sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li, fejn ikun raġonevoli u teknikament fattibbli, ineħħu biss prodotti jew servizzi individwali ta utent kummerċjali.
It-terminazzjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tikkostitwixxi l-aktar miżura severa.
- = -
(29) Jenħtieġ li t-terminu ta’ prodotti u servizzi anċillari jinftiehem bħala prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi immedjatament qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online sabiex jikkomplementaw il-prodott jew is-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali.
Prodotti u servizzi anċillari jirreferu għall-prodotti li tipikament jiddependu fuq, u huma direttament relatati mal-prodott jew servizz primarju sabiex ikunu jistgħu jiffunzjonaw.
Għalhekk, it-terminu jenħtieġ li jeskludi prodotti u servizzi li huma biss qed jinbiegħu addizzjonalment għall-prodott jew servizz inkwistjoni iżda mingħajr ma jkunu komplementari fin-natura tagħhom.
Eżempji ta’ servizzi anċillari jinkludu servizzi ta’ tiswija għal prodott speċifiku jew għal prodotti finanzjarji bħal assigurazzjoni għall-kiri tal-karozza offruti sabiex jikkomplimentaw il-prodotti jew is-servizzi speċifiċi offruti mill-utent kummerċjali.
Bl-istess mod, prodotti anċillari jistgħu jinkludu prodotti li jikkomplimentaw il-prodott speċifiku li qed jiġi offrut mill-utent kummerċjali billi jikkostitwixxu “upgrade” jew għodda ta’ personalizzazzjoni marbuta ma’ dak il-prodott speċifiku.
Fornituri ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi li huma anċillari għal prodott jew servizz li qiegħed jinbiegħ minn utent kummerċjali, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom, jenħtieġ li jistabbilixxu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom deskrizzjoni tat-tip ta’ prodotti u servizzi anċillari li qed jiġu offruti.
Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli fit-termini u l-kundizzjonijiet sew jekk il-prodott jew servizz anċillari qiegħed jiġi pprovdut mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online nnifsu sew jekk minn parti terza.
Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tinftiehem biżżejjed sabiex utent kummerċjali jkun jista’ jifhem jekk kwalunkwe prodott jew servizz huwiex qiegħed jinbiegħ bħala anċillari għal prodott jew servizz tal-utent kummerċjali.
Dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li mhux neċessarjament tinkludi l-prodott jew is-servizz speċifiku, iżda pjuttost it-tip tal-prodott li qed jiġi offrut bħala komplimentari għall-prodott primarju tal-utent kummerċjali.
Barra minn hekk, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinkludi fiċ-ċirkustanzi kollha jekk u taħt liema kundizzjonijiet utent kummerċjali jista’ joffri l-prodott jew s-servizz anċillari tiegħu stess flimkien mal-prodott jew servizz primarju li huwa qiegħed joffri permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
- = -
(32) Jenħtieġ li fdan ir-Regolament jiġu indirizzati termini kuntrattwali speċifiċi, bmod partikolari fsitwazzjonijiet ta setgħa ta negozjar żbilanċjata, sabiex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet kuntrattwali jitwettqu in bona fide u abbażi ta negozjar ġust.
Il-prevedibbiltà u t-trasparenza jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jingħataw opportunità reali biex isiru familjari mal-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet, li allura jenħtieġ li ma jiġux imposti beffett retroattiv sakemm ma jkunux ibbażati fuq obbligu legali jew regolatorju jew ikunu ta benefiċċju għal dawk l-utenti kummerċjali.
L-utenti kummerċjali jenħtieġ li, barra minn hekk, ikunu offruti ċarezza dwar il-kundizzjonijiet li taħthom ir-relazzjoni kummerċjali tagħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tista tintemm.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiżguraw li l-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni huma dejjem proporzjonati u jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr diffikultà bla bżonn.
Fl-aħħar nett, l-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkunu infurmati bmod sħiħ dwar kwalunkwe aċċess li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iżommu, wara l-iskadenza tal-kuntratt, għall-informazzjoni li l-utenti kummerċjali jipprovdu jew jiġġeneraw fil-kuntest tal-użu tagħhom tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
- = -
(34) Fl-istess linja, huwa importanti għall-utenti kummerċjali li jifhmu jekk il-fornitur jikkondividix ma partijiet terzi xi data ġġenerata permezz tal-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni mill-utent kummerċjali.
Jenħtieġ li, bmod partikolari, l-utenti kummerċjali jiġu mgħarrfa dwar kwalunkwe kondiviżjoni ta data ma partijiet terzi li sseħħ għal finijiet li mhumiex meħtieġa għall-funzjonament adatt tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online; pereżempju fejn il-fornitur irendi d-data fi flus taħt kunsiderazzjonijiet kummerċjali.
sabiex l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet disponibbli biex jinfluwenzaw tali kondiviżjoni tad-data, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkunu espliċiti wkoll dwar kwalunkwe possibbiltà li ma jipparteċipawx fil-kondiviżjoni tad-data meta dawn ikunu jeżistu taħt ir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-utent kummerċjali.
- = -
(40) Permezz tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jiksbu mezz għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bmod sodisfaċenti, mingħajr il-bżonn li jintużaw proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jkunu twal u għaljin.
Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiffaċilitaw il-medjazzjoni, bmod partikolari, billi jidentifikaw minn tal-inqas żewġ medjaturi pubbliċi jew privati li magħhom ikunu lesti jimpenjaw ruħhom.
L-għan li tiġi rikjesta l-identifikazzjoni ta’ għadd minimu ta medjaturi huwa sabiex tiġi ssalvagwardjata n-newtralità tal-medjaturi.
Il-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn post barra mill-Unjoni jenħtieġ li jiġu identifikati biss meta jkun żgurat li l-użu ta dawn is-servizzi bl-ebda mod ma jċaħħdu lill-utenti kummerċjali kkonċernati minn xi protezzjoni legali offruta lilhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri, inkluż ir-rekwiżiti ta dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u s-sigrieti kummerċjali.
Biex ikunu aċċessibbli, ġusti, u kemm jista jkun rapidi, effiċjenti u effettivi, dawn il-medjaturi jenħtieġ jissodisfaw ċerti kriterji stabbiliti.
Madankollu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jenħtieġ li jibqgħu liberi biex jidentifikaw bmod konġunt kwalunkwe medjatur tal-għażla tagħhom wara li tkun inqalgħet tilwima bejniethom.
F’konformità mad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament jenħtieġ li tkun proċess volontarju fis-sens li l-partijiet stess ikunu inkarigati mill-proċess u jkunu jistgħu jibdew u jitterminaw fi kwalunkwe ħin.
Minkejja n-natura volontarja tagħha, il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jeżaminaw in bona fide t-talbiet għal involviment fil-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament.
- = -
(47) Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.
Fdan il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmira li tistabbilixxi netwerk ta skambju tal-informazzjoni wiesa billi tħeġġeġ korpi ta esperti, ċentri tal-eċċellenza kif ukoll l-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online.
Fl-istess ħin, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom fdan il-kuntest lill-Kummissjoni.
Fl-aħħar nett, dan l-eżerċizzju jenħtieġ li jibbenefika mit-trasparenza mtejba ġenerali fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-utenti kummerċjali u l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u bejn l-utenti ta’ siti web korporattivi u l-magni tat-tiftix online li dan ir-Regolament għandu l-għan li jikseb.
sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ monitoraġġ u rieżami bmod effettiv skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiġbor informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jikkooperaw in bona fide biex jiffaċilitaw il-ġbir ta tali data, fejn applikabbli.
- = -
(49) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa dan ir-Regolament minn żmien għal żmien u timmonitorja mill-qrib l-effetti tiegħu fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online, bmod partikolari bil-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal tibdil fid-dawl ta żviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali rilevanti.
Din l-evalwazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-effetti fuq l-utenti kummerċjali li jistgħu jirriżultaw mill-użu ġenerali tal-għażla esklużiva ta dispożizzjonijiet tal-liġi u tal-forum ftermini u kundizzjonijiet li huma unilateralment determinati mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
sabiex tinkiseb stampa wiesgħa tal-iżviluppi fis-settur, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis l-esperjenzi tal-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti.
Il-grupp ta esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393 għandu rwol ewlieni biex jinforma l-evalwazzjoni ta dan ir-Regolament mill-Kummissjoni.
Jenħtieġ li l-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra bmod dovut l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp.
Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa.
Miżuri ulterjuri, inklużi ta natura leġislattiva, jistgħu jkunu xierqa jekk u fejn id-dispożizzjonijiet stabbiliti fdan ir-Regolament ikunu insuffiċjenti biex jindirizzaw bmod adegwat l-iżbilanċi u l-prattiki kummerċjali inġusti li jippersistu fis-settur.
- = -
(51) Minħabba li l-għan ta dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fi ħdan is-suq intern, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fdak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.
- = -