(15) Biex jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta relazzjoni kuntrattwali jkunu jippermettu li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-użu, it-terminazzjoni u s-sospensjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u jiksbu l-prevedibbiltà fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jenħtieġ li jitfasslu blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli.
Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ma jitqisux li tfasslu blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli meta dawn ikunu vagi, mhux speċifiċi jew mingħajr ċertu dettall dwar kwistjonijiet kummerċjali importanti u għalhekk jonqsu milli jagħtu livell raġonevoli ta prevedibbiltà lill-utenti kummerċjali fejn jidħlu l-aktar aspetti importanti tar-relazzjoni kuntrattwali.
Barra minn hekk, lingwaġġ qarrieqi jenħtieġ li ma jitqiesx sempliċi u intelliġibbli.
- = -
(21) Sabiex jiġi żgurat li l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet kummerċjali offruti mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-fornituri ta dawn is-servizzi jenħtieġ li ma jipprevenux kompletament lill-utenti kummerċjali tagħhom milli juru l-identità tan-negozjar tagħhom bħala parti mill-offerta jew mill-preżenza tagħhom għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti.
Madankollu, din il-projbizzjoni ta interferenza jenħtieġ li ma tinftiehemx bħala dritt li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw bmod unilaterali l-preżentazzjoni tal-offerta jew tal-preżenza tagħhom fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti.
- = -
(24) L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi.
L-ikklassifikar jirreferi għall-prominenza relattiva tal-offerti tal-utenti kummerċjali jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, li jirriżultaw mill-użu ta sekwenzar algoritmiku, mekkaniżmi tal-ikklassifikar jew tar-riċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħra li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta dawn.
Il-prevedibbiltà tinvolvi li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeterminaw l-ikklassifikar bmod mhux arbitrarju.
Għalhekk, il-fornituri jenħtieġ li jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta fornituri differenti.
Id-disinn speċifiku ta dan l-obbligu ta trasparenza huwa importanti għall-utenti kummerċjali peress li jimplika l-identifikazzjoni ta sett limitat ta parametri li huma l-aktar rilevanti għal għadd possibbilment ferm akbar ta parametri li jkollhom xi impatt fuq l-ikklassifikar.
Din id-deskrizzjoni motivata jenħtieġ li tgħin lill-utenti kummerċjali biex itejbu l-preżentazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew xi karatteristiċi inerenti ta dawk il-prodotti jew is-servizzi.
Il-kunċett ta parametri prinċipali jenħtieġ li jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar.
- = -
(25) Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw bmod attiv l-ikklassifikar mar-rimunerazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni tal-effetti relattivi tagħhom.
Fdan ir-rigward, ir-rimunerazzjoni tista tirreferi għal ħlasijiet magħmula bil-għan ewlieni jew uniku li jittejjeb l-ikklassifikar, kif ukoll għal rimunerazzjoni indiretta fl-għamla tal-aċċettazzjoni minn utent kummerċjali ta obbligi addizzjonali ta kwalunkwe tip li jista jkollhom dan it-titjib bħala l-effett prattiku tagħhom, bħall-użu ta servizzi li huma anċillari jew ta’ kwalunkwe karatteristiċi primjum.
Il-kontenut tad-deskrizzjoni, inkluż l-għadd u t-tip tal-parametri prinċipali, jista għaldaqstant ivarja ħafna skont is-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online, iżda jenħtieġ li din id-deskrizzjoni tipprovdi lill-utenti kummerċjali fehim sew ta kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online.
L-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi tal-utenti kummerċjali, l-użu ta edituri u l-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw l-ikklassifikar ta dawk il-prodotti jew servizzi, l-ilħuq tal-impatt tar-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar kif ukoll l-elementi li mhumiex relatati, jew inkella huma biss relatati bmod remot mal-prodott jew is-servizz innifsu, bħall-karatteristiċi tal-preżentazzjoni tal-offerta online, jistgħu jkunu eżempji ta parametri prinċipali li, meta jiġu inklużi fdeskrizzjoni ġenerali tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli, jenħtieġ li jgħinu lill-utenti kummerċjali jiksbu l-fehim adegwat meħtieġ tal-funzjonament tiegħu.
- = -
(26) Bl-istess mod, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, notevolment ta dawk is-siti web li permezz tagħhom l-impriżi joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti ta siti web korporattivi.
Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tal-magni tat-tiftix online jipprovdu deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tas-siti web, kollha indiċjati, u l-importanza relattiva ta dawk il-parametri prinċipali fil-konfront ta parametri oħrajn, inkluż dawk tal-utenti ta siti web korporattivi kif ukoll ta siti web oħrajn.
Minbarra l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi, fil-każ tal-magni tat-tiftix online, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tippermetti li l-utenti ta siti web korporattivi jiksbu fehim adegwat jekk humiex qed jitqiesu ċerti karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat, bħalma huma l-ottimizzazzjoni tagħhom biex jidhru fuq it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli, u jekk iva kif u sa liema punt.
Jenħtieġ li tinkludi wkoll spjegazzjoni ta kwalunkwe possibbiltà li l-utenti ta’ siti web korporattivi jinfluwenzaw bmod attiv l-ikklassifikar permezz ta rimunerazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni tal-effetti relattivi ta dan.
Fin-nuqqas ta relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tal-magni tat-tiftix online u l-utenti ta siti web korporattivi, dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-pubbliku bmod viżibbli u faċilment aċċessibbli fuq il-magna tat-tiftix online rilevanti.
Jenħtieġ li ma jinftiehemx li ż-żoni tas-siti web li jirrikjedu lill-utenti biex jilloggjaw jew jirreġistraw huma faċilment u pubblikament disponibbli fdan is-sens.
- = -
(27) Il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jiżvelaw id-dettalji tal-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom, inkluż l-algoritmi, taħt dan ir-Regolament.
Il-kapaċità tagħhom li jaġixxu kontra l-manipulazzjoni bmala fede tal-ikklassifikar minn partijiet terzi, inkluż fl-interess tal-konsumaturi, jenħtieġ li daqstant ieħor ma tiddgħajjifx.
Deskrizzjoni ġenerali tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar jenħtieġ li tissalvagwardja dawk l-interessi, filwaqt li tipprovdi lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi fehim adegwat tal-funzjonament tal-ikklassifikar fil-kuntest tal-użu tagħhom ta servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni ta tiftix online.
Biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv ta dan ir-Regolament jenħtieġ li l-kunsiderazzjoni tal-interessi kummerċjali tal-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online ma għandha, għalhekk, qatt twassal għal rifjut li jiġu żvelati l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar.
Fdan ir-rigward, filwaqt li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-deskrizzjoni mogħtija jenħtieġ li, tal-inqas tkun ibbażata fuq data reali dwar ir-rilevanza tal-parametri ta kklassifikar użati.
- = -
(28) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida biex tassisti lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-trasparenza tal-ikklassifikar stabbiliti minn dan ir-Regolament.
Jenħtieġ li dan l-isforz jgħin biex jiġi ottimizzat il-mod li bih il-parametri ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifikar jiġu identifikati u ppreżentati lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi.
- = -