search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'relattiva' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas relattiva:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 376

 

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

"utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe individwu privat li jaġixxi fkapaċità kummerċjali jew professjonali li, jew kwalunkwe persuna ġuridika li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(2)

"servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(b)

ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

(c)

jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornitur ta dawn is-servizzi u dawk l-utenti kummerċjali li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi;

(3)

"fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, servizzi tal-intermedjazzjoni online lill-utenti kummerċjali;

(4)

"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li qed taġixxi għal finijiet li ma għandhomx xjaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(5)

"magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li jippermetti lill-utenti jdaħħlu talbiet biex iwettqu tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha, jew tas-siti web blingwa partikolari kollha, abbażi ta talba dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta kelma muftieħ, talba bil-vuċi, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura riżultati fi kwalunkwe format ta fejn tista tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

(6)

"fornitur tal-magna tat-tiftix online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, magni tat-tiftix online lill-konsumaturi;

(7)

"utent ta sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża interfaċċa online, jiġifieri kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu u applikazzjonijiet, inklużi applikazzjonijiet mobbli, biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(8)

"ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix permezz ta magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

(9)

"kontroll" tfisser proprjetà ta impriża, jew l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (13);

(10)

"termini u kundizzjonijiet" tfisser kull terminu u kundizzjoni jew speċifikazzjoni, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tiegħu, u huma determinati bmod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, bl-evalwazzjoni ta’ dik d-determinazzjoni unilaterali abbażi ta valutazzjoni ġenerali, li għaliha d-daqs relattiv tal-partijiet ikkonċernati, il-fatt li negozjati seħħu, jew li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu kienu soġġetti għal tali negozjati u ddeterminati flimkien mill-fornituri rilevanti u l-utent tan-negozju ma huwiex, minnu nnifsu, deċiżiv.

(11)

"prodotti u servizzi anċillari" tfisser prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online flimkien u komplementari għall-prodott jew għas-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(12)

"medjazzjoni" tfisser kwalunkwe proċess strutturat kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/52/KE;

(13)

"mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utenti kummerċjali jaħżnu informazzjoni indirizzata personalment lilhom bmod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta żmien adegwat għall-finijiet ta informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

Artikolu 5

Ikklassifikar

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta dawk il-parametri prinċipali meta mqabbla ma parametri oħra.

2.   Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali, li bmod individwali jew kollettiv huma l-aktar sinifikanti fli jiddeterminaw l-ikklassifikar u l-importanza relattiva ta dawk il-parametri prinċipali, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli, dwar il-magni tat-tiftix online ta dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata.

3.   Meta l-parametri prinċipali jinkludu l-possibbiltà li jinfluwenzaw l-ikklassifikar brimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa mill-utenti kummerċjali jew mill-utenti ta siti web korporattivi lill-fornitur rispettiv, dak il-fornitur għandu jistabbilixxi wkoll deskrizzjoni ta dawk il-possibbiltajiet u tal-effetti ta tali rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Meta fornitur ta magna tat-tiftix online jkun biddel l-ordni tal-ikklassifikar fkaż speċifiku jew neħħa mil-lista sit web partikolari wara notifika ta parti terza, il-fornitur għandu joffri l-possibbiltà biex l-utent ta siti web korporattivi jispezzjona l-kontenut tan-notifika.

5.   Id-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu biżżejjed biex l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jkunu jistgħu jiksbu għarfien xieraq ta jekk il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar jikkunsidrax dawn li ġejjin, u jekk iva kif u sa liema punt:

(a)

il-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magna tat-tiftix online;

(b)

ir-rilevanza ta dawk il-karatteristiċi għal dawk il-konsumaturi;

(c)

fir-rigward tal-magna tat-tiftix online, il-karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat mill-utenti ta siti web korporattivi.

6.   Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma għandhomx jintalbu jiżvelaw algoritmi jew kwalunkwe informazzjoni li, bċertezza raġonevoli, tirriżulta fli tippermetti li l-konsumaturi jiġu mqarrqa jew issirilhom ħsara permezz tal-manipulazzjoni tar-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943.

7.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online mar-rekwiżiti ta dan l-Artikolu u l-infurzar tagħhom, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rekwiżiti tat-trasparenza stabbiliti fdan l-Artikolu permezz ta linji gwida.


whereas









keyboard_arrow_down