keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT cercato: 'jinqala' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- tal-intermedjazzjoni 12
- kummerċjali 12
- online 12
- tas-servizzi 12
- tal-medjazzjoni 10
- ikunu 6
- bmod 5
- jipprovdu 5
- tagħhom 5
- barra 4
- biex 4
- għandhom 4
- s-servizzi 3
- minn 3
- is-servizzi 3
- il-fornitur 3
- bejn 3
- skont 3
- il-fornituri 3
- tal-partijiet 3
- l-artikolu 2
- jissodisfaw 2
- waqt 2
- partikolari 2
- l-unjoni 2
- l-utenti 2
- kkonċernati 2
- fil-liġi 2
- membri 2
- għandu 2
- fil-paragrafu 2
- ir-rekwiżiti 2
- tentattiv 2
- dawk 2
- totali 2
- qabel 2
- għal 2
- kapaċi 2
- raġonevoli 2
- tal-utent 2
- permezz 2
- proporzjon 2
- fl-artikolu 2
- n-natura 2
- medjazzjoni 2
- artikolu 2
- msemmija 2
- mal-utenti 2
- brabta 2
- jinqala 2
Artikolu 12
Medjazzjoni
1. Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jidentifikaw żewġ medjaturi jew iktar li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta kwalunkwe tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 11.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jidentifikaw biss lill-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom minn post barra l-Unjoni fejn ikun żgurat li l-utenti kummerċjali kkonċernati ma jiġux imċaħħda effettivament mill-benefiċċju tas-salvagwardji legali stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istati Membri minħabba l-fatt li l-medjaturi jkun qed jipprovdu dawn is-servizzi minn barra l-Unjoni.
2. Il-medjaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) | ikunu imparzjali u indipendenti; |
(b) | is-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom ikunu affordabbli għal utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati; |
(c) | ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom bil-lingwa tat-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali kkonċernat; |
(d) | ikunu aċċessibbli faċilment, kemm fiżikament fil-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-utent kummerċjali, jew mill-bogħod permezz ta teknoloġiji tal-komunikazzjoni; |
(e) | ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed; |
(f) | ikunu jifhmu biżżejjed ir-relazzjonijiet kummerċjali ġenerali bejn in-negozji, li jippermettulhom jikkontribwixxu bmod effettiv biex jippruvaw isolvu t-tilwim. |
3. Minkejja n-natura volontarja tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede fkwalunkwe tentattiv ta medjazzjoni mwettaq skont dan l-Artikolu.
4. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni fkull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta dan il-każ inkwistjoni, bmod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet bmod relattiv għal xulxin.
5. Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin qabel, waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.
6. Jekk mitluba minn utent kummerċjali, qabel ma jidħlu jew waqt il-medjazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni, tal-utent kummerċjali, informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tal-medjazzjoni relatata mal-attivitajiet tiegħu.
7. L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 mgħandux japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
Artikolu 13
Medjaturi speċjalizzati
Il-Kummissjoni għandha, fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tinkoraġġixxi lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex, individwalment jew bmod konġunt, jistabbilixxu organizzazzjoni waħda jew iktar li jipprovdu servizzi tal-medjazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 12(2), għall-għan speċifiku li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta tilwim mal-utenti kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment ta dawk is-servizzi, filwaqt li titqies bmod partikolari n-natura transfruntiera tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
whereas