keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf 2019/1150 MT cercato: 'membri' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- online 30
- kummerċjali 27
- tal-intermedjazzjoni 23
- tas-servizzi 23
- dwar 22
- għandhom 17
- tagħhom 16
- għandha 14
- membri 14
- ir-regolament 14
- biex 13
- ewropew 12
- tal-kunsill 12
- ikunu 12
- għandu 12
- minn 12
- kwalunkwe 12
- fil-paragrafu 11
- stabbiliti 11
- ta’ 10
- tal-medjazzjoni 10
- membru 9
- pubbliċi 9
- skont 9
- tal-parlament 9
- informazzjoni 9
- għal 9
- dawk 9
- bejn 8
- il-kummissjoni 8
- artikolu 8
- is-servizzi 8
- rilevanti 8
- bmod 7
- il-fornituri 7
- jekk 7
- fejn 7
- tal-utenti 7
- jipprovdu 7
- huma 6
- //ke 6
- korpi 6
- dawn 6
- tas- 6
- id-direttiva 5
- l-utenti 5
- mingħajr 5
- jissodisfaw 5
- tal-unjoni 5
- imsemmi 5
Artikolu 10
Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti bmezzi oħra
1. Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet differenti permezz ta mezzi oħra, għajr permezz ta dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.
2. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istati membri li hi fkonformità mal-liġi tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Artikolu 12
Medjazzjoni
1. Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jidentifikaw żewġ medjaturi jew iktar li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta kwalunkwe tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 11.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jidentifikaw biss lill-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom minn post barra l-Unjoni fejn ikun żgurat li l-utenti kummerċjali kkonċernati ma jiġux imċaħħda effettivament mill-benefiċċju tas-salvagwardji legali stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istati membri minħabba l-fatt li l-medjaturi jkun qed jipprovdu dawn is-servizzi minn barra l-Unjoni.
2. Il-medjaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) | ikunu imparzjali u indipendenti; |
(b) | is-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom ikunu affordabbli għal utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati; |
(c) | ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom bil-lingwa tat-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali kkonċernat; |
(d) | ikunu aċċessibbli faċilment, kemm fiżikament fil-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-utent kummerċjali, jew mill-bogħod permezz ta teknoloġiji tal-komunikazzjoni; |
(e) | ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed; |
(f) | ikunu jifhmu biżżejjed ir-relazzjonijiet kummerċjali ġenerali bejn in-negozji, li jippermettulhom jikkontribwixxu bmod effettiv biex jippruvaw isolvu t-tilwim. |
3. Minkejja n-natura volontarja tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede fkwalunkwe tentattiv ta medjazzjoni mwettaq skont dan l-Artikolu.
4. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni fkull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta dan il-każ inkwistjoni, bmod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet bmod relattiv għal xulxin.
5. Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin qabel, waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.
6. Jekk mitluba minn utent kummerċjali, qabel ma jidħlu jew waqt il-medjazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni, tal-utent kummerċjali, informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tal-medjazzjoni relatata mal-attivitajiet tiegħu.
7. L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 mgħandux japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
Artikolu 13
Medjaturi speċjalizzati
Il-Kummissjoni għandha, fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati membri, tinkoraġġixxi lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex, individwalment jew bmod konġunt, jistabbilixxu organizzazzjoni waħda jew iktar li jipprovdu servizzi tal-medjazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 12(2), għall-għan speċifiku li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta tilwim mal-utenti kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment ta dawk is-servizzi, filwaqt li titqies bmod partikolari n-natura transfruntiera tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Artikolu 14
Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi
1. L-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess leġittimu fli jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew fli jirrappreżentaw lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati membri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u informazzjoni ma Stati membri oħra, abbażi tar-reġistri ta atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali, fejn tali reġistri huma stabbiliti minn korpi pubbliċi jew awtoritajiet rilevanti.
3. L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżiti li ġejjin:
(a) | ikunu stabbiliti sew skont il-liġi ta Stat Membru; |
(b) | ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi li jirrappreżentaw fuq bażi sostnuta; |
(c) | ikunu mingħajr skop ta qligħ; |
(d) | it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom ma jiġix influwenzat bla bżonn minn kwalunkwe fornitur terz ta finanzjament, bmod partikolari minn fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online. |
Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandhom jiżvelaw bis-sħiħ u pubblikament informazzjoni dwar l-isħubija u s-sors tagħhom ta finanzjament.
4. Fl-Istati membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fdan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.
5. L-Istati membri jistgħu jaħtru lil:
(a) | organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw mill-inqas ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 fuq talba ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet; |
(b) | korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4 |
li jingħataw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-fini ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korpi pubbliċi maħtura.
6. Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi maħtura skont il-paragrafu 5. Dik il-lista għandha tispeċifika l-fini ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bidliet għal din il-lista għandhom ikunu ppubblikati mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, lista aġġornata għandha tkun imfassla u ppubblikata kull sitt xhur.
7. Il-qrati għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fil-paragrafu 6 bħala prova tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku, mingħajr preġudizzju tad-dritt tal-qorti li teżamina jekk il-fini tar-rikorrent jiġġustifikax it-teħid ta azzjoni fkaż speċifiku.
8. Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jqajmu xi tħassib rigward il-konformità, minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3, jew, minn korp pubbliku, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4, l-Istat Membru li ħatar dik l-organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku skont il-paragrafu 5 għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn adatt, jirrevoka l-ħatra jekk ma jkunx hemm konformità ma kriterju wieħed jew aktar.
9. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta siti web korporattivi biex jibdew kwalunkwe azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, li hija bbażata fuq drittijiet individwali u għandha l-għan li twaqqaf kwalunkwe nuqqas ta konformità, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.
Artikolu 15
Infurzar
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura infurzar adegwat u effettiv ta dan ir-Regolament.
2. L-Istati membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jistipulaw il-miżuri applikabbli għall-ksur ta dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-miżuri previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 16
Monitoraġġ
Il-Kummissjoni, fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati membri, għandha timmonitorja mill-qrib l-impatt ta dan ir-Regolament fuq ir-relazzjonijiet bejn is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom u bejn il-magni tat-tiftix online u l-utenti tas-siti web korporattivi tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tiġbor informazzjoni rilevanti biex timmonitorja l-bidliet fdawn ir-relazzjonijiet, inkluż billi twettaq studji rilevanti. L-Istati membri għandhom jassistu lill-Kummissjoni billi jipprovdu, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni rilevanti miġbura inkluż dwar każijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni tista għall-finijiet ta dan l-Artikolu u tal-Artikolu 18, tfittex li tiġbor informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Artikolu 18
Rieżami
1. Sat-13 ta’ Jannar 2022, u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2. L-ewwel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament għandha ssir, bmod partikolari, fid-dawl tal-aspetti li ġejjin:
(a) | il-valutazzjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 u tal-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online; |
(b) | il-valutazzjoni tal-impatt u tal-effikaċja ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta stabbilit biex jitjiebu l-korrettezza u t-trasparenza; |
(c) | l-investigazzjoni ulterjuri tal-problemi kkawżati mid-dipendenza tal-utenti kummerċjali mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u l-problemi kkawżati mill-prattiki kummerċjali inġusti min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u għad-determinazzjoni ulterjuri tal-punt sa liema tali prattiki għadhom mifruxin; |
(d) | l-investigazzjoni ta jekk il-kompetizzjoni bejn il-prodotti jew is-servizzi offruti minn utent kummerċjali u l-prodotti jew is-servizzi offruti jew ikkontrollati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tikkostitwixxix kompetizzjoni ġusta u jekk il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jużawx ħażin id-data privileġġjata fdan ir-rigward; |
(e) | il-valutazzjoni tal-effett ta dan ir-Regolament dwar kwalunkwe żbilanċ possibbli fir-relazzjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi operattivi u l-utenti kummerċjali tagħhom; |
(f) | il-valutazzjoni ta jekk il-kamp ta applikazzjoni ta dan ir-Regolament, speċjalment għal dak li għandu xjaqsam mad-definizzjoni ta "utent kummerċjali", huwiex adatt biex ma jinkoraġġix impjieg indipendenti fittizju. |
L-ewwel evalwazzjoni u l-evalwazzjonijiet sussegwenti għandhom jistabbilixxu jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. Wara l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha twettaq miżuri xierqa li jistgħu jinkludu proposti leġislattivi.
3. L-Istati membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom li tintalab mill-Kummissjoni bl-iskop li jitfassal ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
4. Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis fost l-oħrajn l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online. Għandha tqis ukoll il-kontenut u l-funzjonament ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta msemmi fl-Artikolu 17, meta xieraq.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan għandu japplika mit-12 ta’ Lulju 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 177.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019… (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(5) Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta konoxxenza u ta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni ta persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(8) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(9) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(10) Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta medjazzjoni fmaterji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).
(11) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 37).
(12) Id-Direttiva 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta Jannar 2004 fuq il-kontroll ta konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar il-mergers) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).
whereas