(8) Dawk ir-regoli jenħtieġ li jipprovdu wkoll inċentivi xierqa biex jiġu promossi l-korrettezza u t-trasparenza, speċjalment fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta siti web korporattivi fir-riżultati ta’ tiftix iġġenerati mill-magni tat-tiftix online.
Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ li jirrikonoxxu u jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa tal-pjattaformi online u jippermettu li jkun hemm kompetizzjoni tajba li twassal għal għażla akbar għall-konsumaturi.
Huwa xieraq li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li japplikaw il-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu jew jissanzjonaw imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.
- = -
(9) Peress li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online tipikament ikollhom dimensjoni globali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun japplika għall-fornituri ta dawk is-servizzi irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti fxi Stat Membru jew barra mill-Unjoni, diment li jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi.
L-ewwel nett, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jenħtieġ li jkunu stabbiliti fl-Unjoni.
It-tieni nett, permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jenħtieġ li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni mill-inqas għal parti mit-tranżazzjoni.
Sabiex jiġi ddeterminat jekk utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi humiex qed joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi aċċertat jekk huwiex evidenti li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jidderieġux l-attivitajiet tagħhom lejn il-konsumaturi li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar.
Dan il-kriterju jenħtieġ li jiġi interpretat bkonformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Dawn il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jinsabu fl-Unjoni, iżda la hu meħtieġ li jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fl-Unjoni u lanqas ma jeħtieġ ikollhom iċ-ċittadinanza ta xi Stat Membru.
Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika meta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, jew meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jużaw servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online li joffru prodotti jew servizzi esklussivament għal konsumaturi li jinsabu barra l-Unjoni jew għal persuni li mhumiex konsumaturi.
Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika irrispettivament mil-liġi li altrimenti tkun applikabbli għal kuntratt.
- = -
(11) Għalhekk eżempji ta servizzi tal-intermedjazzjoni online li jkopri dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu swieq tal-kummerċ elettroniku online, fosthom dawk kollaborattivi li fihom l-utenti kummerċjali jkunu attivi, servizzi tal-applikazzjonijiet online bħall-ħwienet tal-applikazzjonijiet, u s-servizzi online tal-midja soċjali, irrispettivament mit-teknoloġija li tintuża biex jingħataw tali servizzi.
Fdan is-sens, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jingħataw ukoll permezz tat-teknoloġija ta assistenza vokali.
Jenħtieġ ukoll li ma jkunx rilevanti jekk dawk it-tranżazzjonijiet bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi jinvolvux kwalunkwe ħlas monetarju jew jekk huma jiġux konklużi parzjalment offline.
Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online bejn il-pari mingħajr il-preżenza ta utenti kummerċjali, servizzi tal-intermedjazzjoni online purament minn negozju għal negozju li mhumiex offruti lill-konsumaturi, għodod tar-reklamar online u skambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi.
Għall-istess raġuni, is-servizzi tas-software għall-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix kif ukoll servizzi li jduru madwar software li jimblokka r-reklamar jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.
Il-funzjonalitajiet u l-interfaċċji teknoloġiċi li jorbtu biss il-hardware u l-applikazzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament, peress li normalment ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
Madankollu, tali funzjonalitajiet jew interfaċċi jistgħu jkunu direttament konnessi jew anċillari għal ċerti servizzi tal-intermedjazzjoni online u fejn dan ikun il-każ, il-fornituri rilevanti tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta trasparenza relatati mat-trattament differenzjat abbażi ta dawn il-funzjonalitajiet u l-interfaċċi.
Jenħtieġ li dan ir-Regolament lanqas ma jkun japplika għas-servizzi tal-pagament online għax dawn minnhom infushom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli, iżda huma awżiljarji bmod inerenti għat-tranżazzjoni għall-forniment ta prodotti u servizzi lill-konsumaturi kkonċernati.
- = -
(18) Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali.
Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kummerċjali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kwalunkwe bidla fdawk it-termini tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali kkonċernati fuq mezz durabbli u fi żmien perijodu ta notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta mill-inqas 15-il jum.
Perijodi ta avviż proporzjonati itwal ta aktar minn 15-il jum jenħtieġ li jingħataw meta l-bidliet proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali sabiex jikkonformaw mal-bidla, pereżempju billi jitolbuhom jagħmlu aġġustamenti tekniċi sinifikanti għall-prodotti u s-servizzi tagħhom.
Jenħtieġ li dak il-perijodu ta notifika ma jkunx japplika jekk, u sa fejn, dan jiġi rinunzjat bmod mhux ambigwu mill-utent kummerċjali kkonċernat jew meta, u sa fejn, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perijodu ta notifika tkun toħroġ minn obbligu legali jew regolatorju impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
Madankollu, tibdiliet editorjali proposti jenħtieġ li ma jkunux koperti mit-terminu "bidla" sakemm dawn ma jbiddlux il-kontenut jew it-tifsira tat-termini u l-kundizzjonijiet.
Ir-rekwiżit li jiġu nnotifikati l-bidliet proposti fuq mezz durabbli jenħtieġ li jippermetti lill-utenti kummerċjali biex jirrieżaminaw bmod effettiv dawn il-bidliet fi stadju aktar tard.
L-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jtemmu l-kuntratt tagħhom fi żmien 15-il jum mill-wasla ta-notifika ta’ kwalunkwe bidla, dment li ma japplikax perijodu iqsar tal-kuntratt, pereżempju li jirriżulta mil-liġi ċivili nazzjonali.
- = -
(20) Biex jitħarsu l-utenti kummerċjali u biex tiġi pprovduta ċertezza legali għaż-żewġ naħat, termini u kundizzjonijiet li ma jkunux konformi jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri, daqslikieku qatt ma eżistew, beffetti erga omnes u ex tunc.
Jenħtieġ li dan madankollu jikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi.
Il-bqija tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jinfirdu mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi.
Kull bidla li ssir ħesrem fit-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tista tfixkel bmod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti kummerċjali.
Għaldaqstant, biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi fuq l-utenti kummerċjali u jkun skoraġġit dan it-tip ta aġir, il-bidliet li jsiru bi ksur tal-obbligu li jingħata perijodu ta notifika stabbilit jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri, daqslikieku qatt ma eżistew, beffetti erga omnes u ex tunc.
- = -
(22) Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista jkollu raġunijiet leġittimi biex jiddeċiedi li jirrestrinġi, jissospendi jew itemm il-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix.
Jekk ma jkunux sospiżi, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu wkoll jirrestrinġu l-elenki individwali ta utenti kummerċjali; pereżempju, billi jitniżżlu l-isfel fil-klassifika jew billi tiġi affettwata b’mod negattiv l-apparenza tal-utenti kummerċjali (“dimming”) li tista tinkludi t-tniżżil l-isfel fl-ikklassifikar.
Madankollu, minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali kkonċernat, dawn jenħtieġ li, qabel jew fil-ħin li r-restrizzjoni jew is-sospensjoni jkollha effett, jiġu pprovduti bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.
Sabiex jiġi minimizzat l-impatt negattiv ta tali deċiżjonijiet fuq l-utenti kummerċjali, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jippermettu wkoll li jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għal dik id-deċiżjoni fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, li se jgħinu lill-utent kummerċjali, fejn dan ikun possibbli, biex tiġi stabbilita l-konformità mill-ġdid.
Barra minn hekk, meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jirrevoka d-deċiżjoni li tirrestrinġi, tissospendi jew ittemm, pereżempju minħabba li d-deċiżjoni tkun saret bi żball jew il-ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni ma jkunx twettaq in mala fede u jkun ġie rimedjat bmod sodisfaċenti, il-fornitur jenħtieġ li jintegra mill-ġdid l-utent kummerċjali kkonċernat mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utenti kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għad-data personali jew data oħra, jew it-tnejn, disponibbli qabel id-deċiżjoni.
- = -
(27) Il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jiżvelaw id-dettalji tal-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom, inkluż l-algoritmi, taħt dan ir-Regolament.
Il-kapaċità tagħhom li jaġixxu kontra l-manipulazzjoni bmala fede tal-ikklassifikar minn partijiet terzi, inkluż fl-interess tal-konsumaturi, jenħtieġ li daqstant ieħor ma tiddgħajjifx.
Deskrizzjoni ġenerali tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar jenħtieġ li tissalvagwardja dawk l-interessi, filwaqt li tipprovdi lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi fehim adegwat tal-funzjonament tal-ikklassifikar fil-kuntest tal-użu tagħhom ta servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni ta tiftix online.
Biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv ta dan ir-Regolament jenħtieġ li l-kunsiderazzjoni tal-interessi kummerċjali tal-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online ma għandha, għalhekk, qatt twassal għal rifjut li jiġu żvelati l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar.
Fdan ir-rigward, filwaqt li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-deskrizzjoni mogħtija jenħtieġ li, tal-inqas tkun ibbażata fuq data reali dwar ir-rilevanza tal-parametri ta kklassifikar użati.
- = -
(32) Jenħtieġ li fdan ir-Regolament jiġu indirizzati termini kuntrattwali speċifiċi, bmod partikolari fsitwazzjonijiet ta setgħa ta negozjar żbilanċjata, sabiex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet kuntrattwali jitwettqu in bona fide u abbażi ta negozjar ġust.
Il-prevedibbiltà u t-trasparenza jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jingħataw opportunità reali biex isiru familjari mal-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet, li allura jenħtieġ li ma jiġux imposti beffett retroattiv sakemm ma jkunux ibbażati fuq obbligu legali jew regolatorju jew ikunu ta benefiċċju għal dawk l-utenti kummerċjali.
L-utenti kummerċjali jenħtieġ li, barra minn hekk, ikunu offruti ċarezza dwar il-kundizzjonijiet li taħthom ir-relazzjoni kummerċjali tagħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tista tintemm.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiżguraw li l-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni huma dejjem proporzjonati u jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr diffikultà bla bżonn.
Fl-aħħar nett, l-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkunu infurmati bmod sħiħ dwar kwalunkwe aċċess li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iżommu, wara l-iskadenza tal-kuntratt, għall-informazzjoni li l-utenti kummerċjali jipprovdu jew jiġġeneraw fil-kuntest tal-użu tagħhom tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
- = -
(42) Peress li jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkunu dejjem meħtieġa jidentifikaw il-medjaturi li magħhom huma disposti jimpenjaw ruħhom, u jenħtieġ li jkunu obbligati jidħlu in bona fide fkwalunkwe tentattiv ta medjazzjoni mwettaq skont dan ir-Regolament, dawn l-obbligi jenħtieġ li jkun stabbilit btali mod li jimpedixxi l-abbuż tas-sistema ta medjazzjoni min-naħa tal-utenti kummerċjali.
Jenħtieġ li l-utenti kummerċjali jkunu obbligati wkoll jidħlu fmedjazzjoni in bona fide.
Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jkunux obbligati jidħlu fmedjazzjoni meta utent kummerċjali jippreżenta każ dwar suġġett li fir-rigward tiegħu tali utent kummerċjali jkun preċedentement ippreżenta każ għal medjazzjoni u fejn il-medjatur ikun iddetermina fdak il-każ li l-utent kummerċjali ma jkunx aġixxa in bona fide.
Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jkollhomx l-obbligu li jidħlu fmedjazzjoni mal-utenti kummerċjali li jkunu għamlu tentattivi ta medjazzjoni ripetuti li fallew.
Dawn is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali jenħtieġ li ma jillimitawx il-kapaċità tal-utent kummerċjali li jippreżenta każ għal medjazzjoni meta, kif iddeterminat mill-medjatur, is-suġġett tal-medjazzjoni mhuwiex relatat mal-każijiet preċedenti.
- = -
(46) L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw infurzar adegwat u effikaċji ta dan ir-Regolament.
Diġà jeżistu sistemi differenti ta infurzar fl-Istati Membri, u jenħtieġ li dawn ma jkunux obbligati jistabbilixxu korpi nazzjonali ġodda tal-infurzar.
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-opzjoni li jinkarigaw l-awtoritajiet eżistenti, inkluż il-qrati, bl-infurzar ta dan ir-Regolament.
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jobbligax lill-Istati Membri jipprevedu infurzar ex officio jew li jimponu multi.
- = -