search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'imġiba' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas imġiba:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 335

 

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta applikazzjoni

1.   L-għan ta dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa, korrettezza u possibbiltajiet ta rimedju effettiv.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz ta’ dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta dawk is-servizzi u irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal servizzi ta pagament online jew għal għodod tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi.

4.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li, bkonformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprojbixxi jew jissanzjona imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.

5.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni, bmod partikolari l-liġi tal-Unjoni applikabbli fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fmaterji ċivili, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni ta sigrieti kummerċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi finanzjarji.

Artikolu 7

Trattament differenzjat

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni ta kwalunkwe trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online, minn, min-naħa, jew dak il-fornitur stess jew minn xi utent kummerċjali kkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, mill-utenti kummerċjali oħrajn. Dik id-deskrizzjoni għandha tirreferi għall-kunsiderazzjonijiet prinċipali ekonomiċi, kummerċjali jew legali għal tali trattament differenzjat.

2.   Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu deskrizzjoni ta kwalunkwe trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta dawk il-magni tat-tiftix online minn, min-naħa, jew dak il-fornitur stess jew minn kwalunkwe utent ta siti web korporattivi kkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, mill-utenti ta siti web korporattivi oħra.

3.   Id-deskrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikopru bmod partikolari, meta applikabbli, kwalunkwe trattament differenzjat permezz ta miżuri speċifiċi meħuda mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornitur tal-magna tat-tiftix online, jew bl-imġiba tiegħu, relatati ma xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-aċċess li l-fornitur, jew li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta’ siti web korporattivi li dak il-fornitur jikkontrolla, jista jkollhom għal xi data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali, l-utenti ta siti web korporattivi jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi;

(b)

l-ikklassifikar jew settings oħra applikati mill-fornitur li jinfluwenzaw l-aċċess tal-konsumaturi għal prodotti jew servizzi offruti permezz ta dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn utenti kummerċjali oħrajn jew permezz ta dawk il-magni tat-tiftix online minn utenti ta siti web korporattivi oħra;

(c)

kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati;

(d)

l-aċċess għal servizzi, il-kundizzjonijiet jew kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta mitluba għall-użu ta servizzi jew funzjonalitajiet jew interfaċċi tekniċi li huma rilevanti għall-utent kummerċjali jew l-utent ta siti web korporattivi u li huma konnessi direttament jew anċillari għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati.

Artikolu 11

Sistema interna tat-trattament tal-ilmenti

1.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu sistema interna li tittratta l-ilmenti tal-utenti kummerċjali.

Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli faċilment u bla ħlas għall-utenti kummerċjali u għandha tiżgura trattament fperijodu ta żmien raġonevoli. Din għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta trasparenza u trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, u tittratta l-ilmenti bmod li jkun proporzjonat mal-importanza u l-kumplessità tagħhom. Din għandha tippermetti lill-utenti kummerċjali jressqu lmenti direttament lill-fornitur ikkonċernat brabta ma xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-allegat nuqqas ta konformità minn dak il-fornitur ma kwalunkwe obbligu legali stabbilit fdan ir-Regolament u li jaffettwa lill-utent kummerċjali li ppreżenta ilment (“l-ilmentatur”);

(b)

kwistjonijiet teknoloġiċi li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur;

(c)

miżuri meħuda minn dak il-fornitur, jew bl-imġiba tiegħu, li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur.

2.   Bħala parti mis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom:

(a)

jikkunsidraw kif xieraq l-ilmenti u s-segwitu li jaf ikollhom bżonn jagħtu lill-ilment biex il-kwistjoni tiġi indirizzata sew;

(b)

jipproċessaw l-ilmenti malajr u bmod effettiv, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni;

(c)

jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, bmod individwalizzat u mfassal blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli.

3.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-aċċess għas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom u t-tħaddim tagħha.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku. Huma għandhom jivverifikaw l-informazzjoni mill-inqas kull sena u fejn huma meħtieġa bidliet sinifikanti, huma għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta lmenti mressqa, it-tipi prinċipali ta ilmenti, il-perijodu medju taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u l-informazzjoni aggregata rigward l-eżitu tal-ilmenti.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar, skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.


whereas









keyboard_arrow_down