search


keyboard_tab Media online 2019/0789 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0789 MT Art. 3 . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas :


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 156

 

Artikolu 3

L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-“pajjiż tal-oriġini” għas-servizzi online anċillari

1.   L-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, u tad-disponibbiltà lill-pubbliku ta' xogħlijiet jew materjal protett ieħor, b'mezzi bil-fili jew mingħajr fili, b'tali mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jaċċessawhom minn post u f'ħin magħżul individwalment minnhom, li jseħħu waqt il-forniment lill-pubbliku:

(a)

programmi tar-radju, u

(b)

programmi tat-televiżjoni li huma:

(i)

programmi ta' aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti, jew

(ii)

produzzjonijiet proprji tal-organizzazzjoni tax-xandir iffinanzjati b'mod sħiħ,

fil-każ ta' servizz online anċillari minn organizzazzjoni tax-xandir jew taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħha, kif ukoll fil-każ tal-atti tar-riproduzzjoni ta' tali xogħlijiet jew materjal protett ieħor li huma meħtieġa għall-forniment ta' tali servizz online, l-aċċess għalih jew l-użu tiegħu għall-istess programmi, għandhom jitqiesu, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawk l-atti, li qed iseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha.

Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal xandiriet ta' avvenimenti u xogħlijiet sportivi u materjal protett ieħor inkluż fihom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-iffissar tal-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet li għalihom japplika l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-partijiet jikkunsidraw l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari, bħal karatteristiċi tas-servizz, inkluż it-tul ta' żmien tad-disponibbiltà online tal-programmi pprovduti f'dak is-servizz, l-udjenza, u l-verżjonijiet lingwistiċi pprovduti.

L-ewwel subparagrafu m'għandux jipprekludi il-kalkolu tal-ammont tal-ħlasijiet, fuq il-bażi tad-dħul tal-organizzazzjoni tax-xandir.

3.   Il-prinċipju tal-pajjiż ta' oriġini stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà kuntrattwali tad-detenturi tad-drittijiet u tal-organizzazzjonijiet tax-xandir biex jaqblu, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, li jillimitaw l-isfruttament ta' dawk id-drittijiet, inklużi dawk stabbiliti fid-Direttiva 2001/29/KE.

KAPITOLU III

Ritrażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju


whereas









keyboard_arrow_down