keyboard_tab Digital Market Act 2022/1925 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 4 Artikolu 50 Proċedura ta’ kumitat
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
KAPITOLU II
GWARDJANI
KAPITOLU III
PRATTIKI TA’ GWARDJANI LI JILLIMITAW IL-KONTESTABBILTÀ JEW LI HUMA INĠUSTI
KAPITOLU IV
INVESTIGAZZJONI TAS-SUQ
KAPITOLI V
SETGĦAT INVESTIGATTIVI, TA’ INFURZAR U TA’ MONITORAĠĠ
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ta’ 8
- għandha 7
- tal-kumitat 4
- jekk 3
- għandu 3
- l-opinjoni 3
- nru / 3
- tar-regolament 3
- għandhom 3
- ir-regolament 3
- hekk 3
- il-kummissjoni 3
- kumitat 3
- tevalwa 2
- l-artikolu 2
- ewropew 2
- soċjali 2
- l-evalwazzjonijiet 2
- kull 2
- individwali 2
- jivvalutaw 2
- flimkien 2
- fejn 2
- artikolu 2
- japplika 2
- kontestabbli 2
- il-kummissjoni 2
- tkun 2
- l-utenti 2
- minn 2
- il-paragrafu 2
- ġusti 2
- issir 2
- għal 2
- referenza 2
- jiġi 2
- fejn 2
- jistax 1
- pjattaforma 1
- ewlenin 1
- tas-servizzi 1
- il-lista 1
- rigward 1
- inkluż 1
- r-regoli 1
- modifikati 1
- jiġu 1
- tal-artikolu 1
- jeħtieġx 1
- fl-artikolu 1
Artikolu 50
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat (“il-kumitat Konsultattiv għas-Swieq Diġitali”). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tittermina mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-President tal-kumitat hekk jiddeċiedi, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob li jsir hekk.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-opinjoni tal-kumitat lid-destinatarju ta’ deċiżjoni individwali, flimkien ma’ dik id-deċiżjoni. Għandha tippubblika l-opinjoni flimkien mad-deċiżjoni individwali, filwaqt li tqis l-interess leġittimu fil-protezzjoni tas-segretezza professjonali.
Artikolu 53
Rieżami
1. Sat-3 ta' Mejju 2026, u sussegwentement kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2. L-evalwazzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk intlaħqux l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament li jiżgura swieq kontestabbli u ġusti u jivvalutaw l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-utenti kummerċjali, speċjalment l-SMEs, u l-utenti finali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 jistax jiġi estiż għas-servizzi ta’ networking soċjali online.
3. L-evalwazzjonijiet għandhom jistabbilixxu jekk jeħtieġx jiġu modifikati r-regoli, inkluż rigward il-lista tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma stipulata fl-Artikolu 2, punt (2), l-obbligi stipulati fl-Artikoli 5, 6 u 7 u l-infurzar tagħhom, biex jiġi żgurat li s-swieq diġitali madwar l-Unjoni jkunu kontestabbli u ġusti. Wara l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jistgħu jinkludu proposti leġiżlattivi.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti li jkollhom li tintalab mill-Kummissjoni bl-iskop li jitħejja r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
whereas