keyboard_tab Digital Market Act 2022/1925 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 32 Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali
- 1 Artikolu 45 Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
KAPITOLU II
GWARDJANI
KAPITOLU III
PRATTIKI TA’ GWARDJANI LI JILLIMITAW IL-KONTESTABBILTÀ JEW LI HUMA INĠUSTI
KAPITOLU IV
INVESTIGAZZJONI TAS-SUQ
KAPITOLI V
SETGĦAT INVESTIGATTIVI, TA’ INFURZAR U TA’ MONITORAĠĠ
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ta’ 25
- preskrizzjoni 7
- għandu 6
- penali 6
- tkun 5
- meta 4
- mill-kummissjoni 4
- għall-impożizzjoni 3
- jiġi 3
- perjodiċi 3
- pagamenti 3
- multi 3
- għandha 3
- tal-Ġustizzja 3
- artikolu 2
- d-dekorrenza 2
- l-perjodu 2
- il-qorti 2
- proċedimenti 2
- perjodiku 2
- skont 2
- imponiet 2
- il-perjodu 2
- tal-perjodu 2
- ksur 2
- iżda 2
- mill-jum 2
- għandhom 2
- għal 2
- perjodu 2
- jibda 2
- jiddekorri 2
- biex 2
- il-ksur 2
- daqs 1
- mill-ġdid 1
- l-preskrizzjoni 1
- matulu 1
- interruzzjoni 1
- biż-żmien 1
- estiż 1
- tibda 1
- taż-żmien 1
- jiskadi 1
- sospiża 1
- pagament 1
- sal-jum 1
- mingħajr 1
- l-kummissjoni 1
- id-doppju 1
Artikolu 32
Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali
1. Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikoli 30 u 31 għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.
2. Iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-jum meta jitwettaq il-ksur. Iżda fil-każ ta’ ksur kontinwu u ripetut, iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-jum meta jieqaf il-ksur.
3. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjoni ta’ suq jew proċedimenti fir-rigward ta’ ksur għandha tinterrompi l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi interrott b’effett mid-data meta l-azzjoni tiġi notifikata lil mill-inqas waħda mill-impriżi jew mill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li tkun ipparteċipat fil-ksur. L-azzjonijiet li jinterrompu d-dekorrenza tal-perjodu għandhom jinkludu b’mod partikolari dan li ġej:
(a) | talbiet għal informazzjoni mill-Kummissjoni; |
(b) | awtorizzazzjonijiet bil-miktub biex jitwettqu spezzjonijiet maħruġa lill-uffiċjali tagħha mill-Kummissjoni; |
(c) | il-ftuħ ta’ proċediment mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20. |
4. Kull interruzzjoni għandha tibda d-dekorrenza taż-żmien mill-ġdid. Iżda l-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiskadi sal-jum meta jkun għadda perjodu daqs id-doppju tal-perjodu ta’ preskrizzjoni mingħajr ma l-Kummissjoni tkun imponiet multa jew pagament perjodiku ta’ penali. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż biż-żmien li matulu l-preskrizzjoni tkun ġiet sospiża skont il-paragrafu 5.
5. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta’ proċedimenti pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 45
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
F’konformità mal-Artikolu 261 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġuriżdizzjoni bla limiti biex tirrieżamina deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni tkun imponiet multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali. Din tista’ tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta’ penali imposti.
whereas