keyboard_tab Diritto d'autore 2019/0790 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TITOLU II
MIŻURI LI JADATTAW L-EĊĊEZZJONIJIET U L-LIMITAZZJONIJIET GĦALL-AMBJENT DIĠITALI U TRANSFRUNTIER.
TITOLU III
MIŻURI BIEX JITTEJBU L-PRATTIKI TA' LIĊENZJAR U JIŻGURAW L-AĊĊESS USA' GĦALL-KONTENUT
KAPITOLU 1
Xogħlijiet u materjal ieħor li mhumiex fis-suq
KAPITOLU 2
Miżuri li jiffaċilitaw il-liċenzjar kollettiv
KAPITOLU 3
L-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi tal-video-on-demand u d-disponibbiltà tagħhom
KAPITOLU 4
Xogħlijiet ta' arti viżiva fid-dominju pubbliku
TITOLU IV
MIŻURI BIEX JINKISEB SUQ GĦAD-DRITTIJIET TAL-AWTUR LI JAĦDEM SEW
KAPITOLU 1
Drittijiet fil-pubblikazzjonijiet
KAPITOLU 2
Ċerti użi ta' kontenut protett minn servizzi online
KAPITOLU 3
Emunerazzjoni ġusta fil-kuntratti ta' sfruttament ta' awturi u artisti
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- tal-istampa 12
- previsti 9
- għandhom 6
- għandhomx 6
- fil-paragrafu 6
- id-drittijiet 5
- tagħhom 4
- jiġu 4
- pubblikazzjoni 4
- ieħor 4
- materjal 4
- fir-rigward 4
- l-użu 3
- pubblikazzjonijiet 3
- tal-pubblikazzjonijiet 3
- oħra 3
- tad-drittijiet 3
- subparagrafu 3
- japplikaw 3
- invokati 3
- mhux 2
- minn 2
- utenti 2
- id-drittijiet 2
- individwali 2
- ippubblikata 2
- inkorporati 2
- għal 2
- il-protezzjoni 2
- ġiet 2
- detenturi 2
- wara 2
- fl-ewwel 2
- jipprojbixxu 2
- jirċievu 2
- xogħlijiet 2
- biex 2
- tal-informazzjoni 2
- tad-direttiva 2
- //ke 2
- tkun 2
- membri 2
- l-istati 2
- min-naħa 2
- fornituri 2
- online 2
- servizz 2
- tas-soċjetà 2
- esklużiva 1
- mutatis 1
Artikolu 15
Il-protezzjoni tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa fir-rigward tal-użi online
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubblikaturi ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa stabbiliti fi Stat Membru bid-drittijiet previsti mill-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-użu online tal-pubblikazzjonijiet stampati tagħhom min-naħa ta' fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni.
Id-drittijiet previsti fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw għall-użi privati jew mhux kummerċjali ta' pubblikazzjonijiet tal-istampa minn utenti individwali.
Il-protezzjoni mogħtija taħt l-ewwel subparagrafu m'għandhiex tapplika għal atti ta' hyperlinking.
Id-drittijiet previsti fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw fir-rigward tal-użu ta' kliem individwali jew siltiet qosra ħafna ta' pubblikazzjoni tal-istampa.
2. id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom iħallu kif inhuma u m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw kwalunkwe dritt previst mil-liġi tal-Unjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet, fir-rigward ta' xogħolhom u materjal ieħor inklużi f'pubblikazzjoni tal-istampa. Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu invokati kontra dawn l-awturi u detenturi tad-drittijiet oħra u, b'mod partikolari, ma għandhomx jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jisfruttaw ix-xogħlijiet tagħhom u materjal ieħor indipendentement mill-pubblikazzjoni tal-istampa, li jkunu jinstabu fihom.
Meta xogħol jew materjal ieħor ikunu inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa fuq il-bażi ta' liċenzja mhux esklużiva, id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu invokati biex jipprojbixxu l-użu min-naħa ta' utenti awtorizzati oħra. Id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu invokati biex jipprojbixxu l-użu ta' xogħlijiet jew materjal ieħor li l-protezzjoni għalihom tkun skadiet.
3. L-Artikoli 5 sa 8 tad-Direttiva 2001/29/KE, id-Direttiva 2012/28/UE u d-Direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tad-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
4. id-drittijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiskadu sentejn wara li l-pubblikazzjoni tal-istampa tkun ġiet ippubblikata. Dak it-terminu għandu jiġi kkalkulat mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data li fiha ġiet ippubblikata dik il-pubblikazzjoni.
Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal pubblikazzjonijiet tal-istampa ppubblikati għall-ewwel darba qabel is-6 ta' Ġunju 2019..
5. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li awturi ta' xogħlijiet inkorporati f'pubblikazzjoni tal-istampa jirċievu sehem xieraq mid-dħul li l-pubblikaturi tal-istampa jirċievu għall-użu tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa tagħhom minn fornituri ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni.
whereas