search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT cercato: 'ssir' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas ssir:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 192

 

Artikolu 17

Obbligi tal-konsumatur fil-każ ta' terminazzjoni

1.   Wara li l-kuntratt jiġi terminat, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi.

2.   Fejn il-kontenut diġitali jkun ġie pprovdut fuq mezz tanġibbli, fuq talba u bi spejjeż tal-kummerċjant, il-konsumatur għandu jirritorna l-mezz tanġibbli lill-kummerċjant, mingħajr dewmien bla bżonn. Jekk il-kummerċjantjiddeċiedi li jitlob lura l-mezz tanġibbli, dik it-talba għandha ssir fi żmien 14-il jum mill-jum li fih il-kummerċjantjiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt.

3.   Il-konsumatur ma għandu jkun responsabbli li jħallas għal ebda użu li jsir mill-kontenut diġitali jew servizz diġitali fil-perjodu qabel ma jiġi terminat il-kuntratt li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.

Artikolu 19

Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali

1.   Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-Artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika;

(b)

tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur;

(c)

il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u

(d)

fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4.

2.   Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.

3.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu publikati uffiċjalament. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali li sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2022 bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 19 u 20 ta’ din id-Direttiva li għandhom japplikaw biss għall-kuntratti konklużi minn dik id-data.


whereas









keyboard_arrow_down