keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 50
- id-direttiva 18
- għandu 12
- kontenut 12
- għal 11
- mill-kummerċjant 10
- servizzi 10
- is-servizz 10
- kwalunkwe 9
- meta 9
- għandha 8
- personali 8
- minn 7
- ikun 7
- servizz 7
- fil-punt 7
- tal-artikolu 7
- tapplika 7
- mill-konsumatur 7
- jkun 6
- data 6
- dwar 6
- il-kontenut 6
- tad-direttiva 6
- tal-konsumatur 6
- jipprovdi 6
- il-kummerċjant 6
- mingħajr 6
- l-kontenut 6
- preġudizzju 5
- ta’ 5
- ewropew 5
- partikolari 5
- konformità 5
- tas-servizz 5
- fejn 5
- tal-unjoni 5
- għajr 5
- definit 5
- din 5
- lill-konsumatur 5
- //ke 4
- kuntratt 4
- tal-kuntratt 4
- jimpenja 4
- ruħu 4
- l-konsumatur 4
- pprovdut 4
- oħra 4
- juża 4
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kwalunkwe kuntratt li fih il-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas prezz.
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kummerċjant jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi kontenut diġitali jew servizz diġitali lill-konsumatur, u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief meta d-data personali pprovduta mill-konsumatur hija esklussivament ipproċessata mill-kummerċjant għall iskop ta’ provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali f'konformità ma' din id-Direttiva jew tippermetti lill-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom huwa soġġett il-kummerċjant, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda skop ieħor.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi żviluppat f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur.
3. Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 u 13, din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal kwalunkwe mezz tanġibbli li jservi esklussivament bħala trasportatur ta' kontenut diġitali.
4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali li huma inkorporati fl-oġġetti jew interkonnessi magħhom fis-sens tal-punt (3) tal-Artikolu 2 u li jiġu pprovduti mal-oġġetti taħt kuntratt ta' bejgħ, li jikkonċerna dawk l-oġġetti, irrispettivament minn jekk tali kontenut diġitali jew servizz diġitali huwiex ipprovdut mill-bejjiegħ jew minn parti terza. F'każ ta' dubju dwar jekk il-provvista ta' kontenut diġitali inkorporat jew interkonness jew servizz diġitali inkorporat jew interkonness jifformax parti mill-kuntratt ta' bejgħ, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun preżunt li jkun kopert mill-kuntratt ta' bejgħ.
5. Din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti li jirrigwardaw:
(a) | il-provvista ta' servizzi għajr servizzi diġitali, irrispettivament minn jekk jintużawx forom jew mezzi diġitali mill-kummerċjant biex jipproduċi l-output tas-servizz jew biex iwassal jew jittrażmettih lill-konsumatur; |
(b) | servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, bl-eċċezzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali indipendenti min-numru kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva. |
(c) | il-kura tas-saħħa kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE; |
(d) | is-servizzi tal-logħob tal-azzard, jiġifieri, servizzi li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta' fortuna, inkluż dawk b'element ta' ħila, bħal-lotteriji, il-logħob fil-każinò, il-logħob tal-poker u tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu mħatri, b'mezzi elettroniċi jew bi kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffaċilita l-komunikazzjoni u fuq it-talba individwali ta' benefiċjarju ta' tali servizzi; |
(e) | servizzi finanzjarji kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/65/KE; |
(f) | softwer offrut mill-kummerċjant taħt liċenzja ħielsa u b'sors miftuħ, fejn il-konsumatur ma jħallasx prezz u d-data personali pprovduta mill-konsumatur tiġi pproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-iskop tat-titjib tas-sigurtà, il-kompatibbiltà jew l-interoperabbiltà ta’ dik is-softwer speċifiku; |
(g) | il-provvista ta' kontenut diġitali fejn il-kontenut diġitali jkun magħmul disponibbli lill-pubbliku inġenerali għajr permezz tat-trażmissjoni ta' sinjali bħala parti minn spettaklu jew avveniment, bħal projezzjonijiet ċinematografiċi diġitali; |
(h) | kontenut diġitali previst f'konformità mad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) minn korpi tas-settur pubbliku tal-Istati Membri. |
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fejn kuntratt uniku bejn l-istess kummerċjant u l-istess konsumatur jinkludi f'pakkett elementi ta' provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali u elementi tal-provvista ta' servizzi jew oġġetti oħrajn, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-elementi tal-kuntratt li jikkonċernaw il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.
L-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva ma għandux japplika meta pakkett fis-sens tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jinkludi elementi ta' servizz ta' aċċess għall-internet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew servizz ta' komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 107(2) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-effetti li t-terminazzjoni ta' element wieħed tal-pakkett ta' kuntratti jista' jkollha fuq l-elementi tal-pakkett ta' kuntratti għandu jiġi regolat mil-liġi nazzjonali.
7. Jekk xi dispożizzjoni ta' din id-Direttiva tmur kontra dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola settur jew suġġett speċifiku, id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni tieħu preċedenza fuq din id-Direttiva.
8. Il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personaligħandha tapplika għal kwalunkwe data personali pproċessata b'rabta mal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1.
B'mod partikolari, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Fil-każ ta' kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, din tal-aħħar għandha tipprevali.
9. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, b'mod partikolari d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).
10. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà li l-Istati Membri jirregolaw l-aspetti tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, bħar-regoli dwar it-tfassil, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti, inkluż il-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' kuntratt dment li dawn mhumiex regolati f'din id-Direttiva, jew id-dritt għal kumpens għad-danni.
Artikolu 7
Rekwiżiti soġġettivi għall-konformità
Sabiex jikkonforma mal-kuntratt, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu, b'mod partikolari, fejn applikabbli:
(a) | ikun tad-deskrizzjoni, il-kwantità u l-kwalità, u għandu jkollu funzjonalità, kompatibbiltà, interoperabbiltà u karatteristiċi oħra, kif jirrikjedi l-kuntratt; |
(b) | ikun tajjeb għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġu l-konsumatur u li l-konsumatur għarraf lill-kummerċjant dwaru sa mhux aktar tard mill-mument meta ġie konkluż il-kuntratt u f’liema rigward l-kummerċjant ta l-aċċettazzjoni tiegħu; |
(c) | ikun ipprovdut mal-aċċessorji kollha, istruzzjonijiet, inkluża l-installazzjoni, u l-assistenza lill-klijent kif jirrikjedi l-kuntratt; u |
(d) | ikun aġġornat kif stipulat mill-kuntratt. |
Artikolu 16
Obbligi tal-kummerċjant fil-każ ta' terminazzjoni
1. Fil-każ tat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-ħlasijiet kollha fil-qafas tal-kuntratt.
Madankollu, f'każijiet fejn il-kuntratt jipprevedi l-provvista tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali bi skambju ma' ħlas ta' prezz u fuq perjodu ta' żmien, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien f'konformità għal perjodu ta' żmien qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jirrimborża lill-konsumatur għall-parti proporzjonata biss mill-prezz imħallas li jikkorrispondi għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità, u kwalunkwe parti mill-prezz imħallas bil-quddiem mill-konsumatur għal kwalunkwe perjodu mill-kuntratt li jkun fadal li kieku l-kuntratt ma ġiex terminat.
2. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi li japplikaw taħt ir-Regolament (UE) 2016/679.
3. Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġiet ipprovduta jew maħluqa mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, minbarra meta tali kontenut:
(a) | ma jkollu l-ebda utilità barra l-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant; |
(b) | ikun relatat mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant; |
(c) | ikun ġie aggregat ma' data oħra mill-kummerċjant u ma jkunx jista' jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew |
(d) | ikun ġie ġġenerat b'mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jkunu kapaċi jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut. |
4. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut għajr data personali li ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant.
Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f'format ta' data li jintuża komunement u li jinqara minn magna.
5. Il-kummerċjant jista' jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b'mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.
Artikolu 25
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2024, tirrieżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew. Ir-rapport għandu jeżamina, fost l-oħrajn, il-każ għall-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali għajr dak kopert minn din id-Direttiva, inkluż ipprovduti bi skambju ma' riklami.
whereas