search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT cercato: 'għall-kontenut' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl
 

Artikolu 18

Skadenzi u mezzi ta' rimborż mill-kummerċjant

1.   Kwalunkwe rimborż li huwa dovut lill-konsumatur mill-kummerċjant, skont l-Artikolu 14(4) u (5) jew 16(1), minħabba tnaqqis fil-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt għandu jsir mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ, fi żmien 14-il jum mid-data li fiha l-kummerċjant jiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jinvoka d-dritt tal-konsumatur għal tnaqqis fil-prezz jew li jittermina l-kuntratt.

2.   Il-kummerċjant għandu jwettaq ir-rimborż billi juża l-istess mezz ta' ħlas bħalma uża l-konsumatur biex iħallas għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, sakemm il-konsumatur ma jaqbilx espressament mod ieħor, u dment li l-konsumatur ma jġarrab l-ebda tariffa bħala riżultat ta' tali rimborż.

3.   Il-kummerċjant ma għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-konsumatur fir-rigward tar-rimborż.

Artikolu 19

Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali

1.   Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-Artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika;

(b)

tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur;

(c)

il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u

(d)

fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4.

2.   Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.

3.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.


whereas









keyboard_arrow_down