keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 42
- is-servizz 16
- konformità 11
- mingħajr 10
- dwar 10
- l-kuntratt 10
- il-modifika 9
- modifika 8
- l-kontenut 8
- jiġi 8
- jittermina 8
- minn 6
- żmien 6
- jekk 6
- mal-paragrafu 6
- il-konsumatur 6
- għandu 6
- il-kontenut 6
- l-artikoli 4
- skont 4
- addizzjonali 4
- spejjeż 4
- intitolat 4
- l-artikolu 4
- ikun 4
- jkun 4
- japplikaw 4
- infurmat 4
- meta 4
- mill-konsumatur 4
- għal 4
- lill-konsumatur 4
- negattiv 4
- meta 4
- jżomm 4
- impatt 4
- il-kummerċjant 4
- tal-konsumatur 3
- artikolu 3
- huwa 3
- kontenut 3
- mill-kummerċjant 2
- jkunx 2
- nuqqas 2
- servizz 2
- regoli 2
- jibqa 2
- ippermetta 2
- għandhomx 2
- għall-kontenut 2
Artikolu 19
Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali
1. Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-Artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika; |
(b) | tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur; |
(c) | il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u |
(d) | fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4. |
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.
3. Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.
Artikolu 1
Suġġett u skop
L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li tipprevedi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, billi tistabbilixxi regoli komuni dwar ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw kuntratti bejn kummerċjanti u konsumaturi għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali, b'mod partikolari, regoli dwar:
— | il-konformità ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali mal-kuntratt, |
— | rimedji fil-każ ta' nuqqas ta' tali konformità jew nuqqas ta' provvista u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawk ir-rimedji, u dwar |
— | il-modifika ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali. |

whereas