search


keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2019/2161 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13

2019/2161 MT Art. 8 . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas :


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 198

 

“Artikolu 8b

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu tali penali għal sitwazzjonijiet fejn il-klawżoli kuntrattwali huma b’mod espliċitu definiti bħala inġusti fiċ-ċirkostanzi kollha fil-liġi nazzjonali jew fejn bejjiegħ jew fornitur ikompli juża klawżoli kuntrattwali li ġew konstatati bħala li huma inġusti f’deċiżjoni finali meħuda skont l-Artikolu 7(2).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-bejjiegħ jew fornitur biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-bejjiegħ jew fornitur;

(d)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-bejjiegħ jew fornitur dovuti għall-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(e)

penali imposti fuq il-bejjiegħ jew fornitur għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(f)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati.

5.   Għall-każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 4, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-bejjiegħ jew fornitur, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.

6.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

“Artikolu 8

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:

(a)

in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant;

(d)

il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli;

(e)

penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(f)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.   L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

(*2)  Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”."

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


whereas









keyboard_arrow_down