(13) | l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej: Artikolu 6 Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami Sat-28 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward: (a) | avvenimenti organizzati f’postijiet oħrajn għajr il-post tan-negozju tal-kummerċjant; u | (b) | każijiet ta’ oġġetti kummerċjalizzati bħala identiċi iżda li jkollhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti, inkluż jekk dawk il-każijiet għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti, inkluża projbizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE u jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-informazzjoni dwar id-differenzazzjoni tal-oġġetti. | Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, bi proposta leġislattiva.
Artikolu 3 Emendi għad-Direttiva 2005/29/KE Id-Direttiva 2005/29/KE hija emendata kif ġej: (1) | fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej: (a) | il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(c) | “prodott” tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inklużi proprjetà immobbli, servizzi diġitali u kontenut diġitali, kif ukoll drittijiet u obbligi;”; | | (b) | jiżdiedu l-punti li ġejjin: “(m) | “klassifikazzjoni” tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-kummerċjant, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal tali preżentazzjoni, organizzazzjoni jew komunikazzjoni; | (n) | “suq online” tfisser servizz bl-użu ta’ software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu, li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra.”; | | | (2) | fl-Artikolu 3, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej: “5. Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonaliorganizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. 6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata fuq il-bażi tal-paragrafu 5 kif ukoll bi kwalunkwe tibdil sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti fuq sit web apposta.”; | (3) | fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej: “(c) | kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett, fi Stat Membru wieħed, bħala identiku għal oġġett kummerċjalizzat fi Stati Membri oħra, meta dak l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew fil-karatteristiċi, sakemm dan ma jkunx ġustifikat minn fatturi leġittimi u oġġettivi.”; | | (4) | l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(d) | l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna u eżekuzzjoni, jekk dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;”; | | (ii) | jiżdied il-punt li ġej: “(f) | għal prodotti offruti fi swieq online, jekk il-parti terza li toffri l-prodotti hijiex kummerċjant jew le, abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online.”; | | | (b) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “4a. Meta l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jfittxu prodotti offruti minn kummerċjanti differenti jew minn konsumaturi abbażi ta’ tfittxija fl-għamla ta’ keyword, frażi jew input ieħor, irrispettivament minn fejn finalment jiġu konklużi t-tranżazzjonijiet, l-informazzjoni ġenerali, li tkun disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li hija aċċessibbli b’mod dirett u faċli mill-paġna fejn ir-riżultati tat-tfittxija jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri, meta mqabbla ma’ parametri oħrajn, għandha titqies bħala importanti. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-fornituri ta’ magni tat-tiftix online kif definiti fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). (*3) Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal- intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).”;" | (c) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “6. Fejn kummerċjant jipprovdi aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar prodotti, l-informazzjoni dwar jekk u kif il-kummerċjant jiżgura li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott, għandha titqies bħala importanti.”; | | (5) | jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 11a Rimedju 1. Il-konsumaturi li jsofru dannu minħabba prattiċi kummerċjali żleali għandu jkollhom aċċess għal rimedji proporzjonati u effettivi, inkluż kumpens għad-dannu mġarrab mill-konsumatur u, fejn rilevanti, tnaqqis fil-prezz jew it-terminazzjoni tal-kuntratt. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti ta’ dawk ir-rimedji. L-Istat Membri jistgħu jqisu, fejn xieraq, il-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħra. 2. Dawk ir-rimedji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rimedji oħra disponibbli għall-konsumaturi taħt id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali.”; | (6) | l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 13 Penali 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq: (a) | in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur; | (b) | kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi; | (c) | kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant; | (d) | il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli; | (e) | penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transkonfinali fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4); | (f) | kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ. | 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali biex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali nazzjonali, jirrestrinġu l-impożizzjoni ta’ multi għal: (a) | ksur tal-Artikoli 6, 7, 8, u 9 u tal-Anness I ta’ din id-Direttiva; u | (b) | l-użu kontinwu min-naħa ta’ kummerċjant ta’ prattika kummerċjali li tkun konstata bħala li hija żleali mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew qorti, meta dik il-prattika kummerjċali ma tkunx ksur imsemmi fil-punt (a). | 4. Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni. 5. L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. (*4) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”." | (7) | l-Anness I huwa emendat kif ġej: (a) | jiddaħħal il-punt li ġej: “11a. | Fejn il-kummerċjant jipprovdi riżultati tat-tiftix b’rispons għal mistoqsija ta’ tfittxija online minn konsumatur mingħajr ma juri b’mod ċar kwalunkwe riklam imħallas jew pagament speċifiku biex prodotti jiksbu klassifikazzjoni ogħla fir-riżultati tat-tiftix.”; | | (b) | jiddaħħlu l-punti li ġejjin: “23a. | Fejn il-kummerċjant ibigħ mill-ġdid biljetti ta’ avvenimenti lill-konsumaturi jekk il-kummerċjant ikun akkwistahom permezz ta’ mezzi awtomatizzati biex jevita kwalunkwe limitu impost fuq l-għadd ta’ biljetti li persuna tista’ tixtri jew kwalunkwe regola oħra applikabbli għax-xiri ta’ biljetti. | 23b. | Fejn il-kummerċjant jindika li reċensjonijiet ta’ prodotti jkunu saru minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodott mingħajr ma jieħu passi raġonevoli u proporzjonati biex jivverifika li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi. | 23c. | Fejn il-kummerċjant jissottometti jew jikkummissjona persuna ġuridika jew fiżika oħra biex tissottometti reċensjonijiet jew approvazzjonijiet foloz, jew jirrappreżenta b’mod ħażin reċensjonijiet tal-konsumaturi jew approvazzjonijiet fuq il-midja soċjali, sabiex jippromwovi prodotti.”. | | | Artikolu 4 Emendi għad-Direttiva 2011/83/UE Id-Direttiva 2011/83/UE hija emendata kif ġej: (1) | fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej: (a) | il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “(3) | “oġġetti” tfisser oġġetti kif definiti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5); | (*5) Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).”;" | (b) | jiddaħħal il-punt li ġej: “(4a) | “data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6); | (*6) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;" | (c) | il-punti (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej: “(5) | “kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li taħtu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala s-suġġett tiegħu kemm oġġetti kif ukoll servizzi; | (6) | “kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li taħtu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz, inkluż servizz diġitali, lill-konsumatur;”; | | (d) | il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(11) | “kontenut diġitali” tfisser kontenut diġitali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7); | (*7) Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).”;" | (e) | jiżdiedu l-punti li ġejjin: “(16) | “servizz diġitali” tfisser servizz diġitali kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770; | (17) | “suq online” tfisser servizz bl-użu ta’ software, inklużi sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f’ismu li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ kummerċjanti jew konsumaturi oħra; | (18) | “fornitu ta’ suq online” tfisser kwalunkwe kummerċjant li jipprovdi suq online lill-konsumaturi; | (19) | “kompaibbiltà” tfisser kompatibbiltà kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770; | (20) | “funzjonaità” tfisser funzjonalità kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE)2019/770; | (21) | “interoperabiltà” tfisser interoperabbiltà kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/770.”; | | | (2) | l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Din id-Direttiva għandha tapplika, taħt il-kundizzjonijiet u sal-punt stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur fejn il-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz. Hija għandha tapplika għal kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa ta’ fornituri pubbliċi, sa fejn dawn il-komoditajiet huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.”; | (b) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll f’każ fejn il-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali lill-konsumatur u l-konsumatur jipprovdi jew jimpenja ruħu li jipprovdi data personali lill-kummerċjant, ħlief fejn id-data personali pprovduta mill-konsumatur tkun ipproċessata esklussivament mill-kummerċjant għall-finijiet tal-provvista tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jew servizz diġitali skont din id-Direttiva jew għall-kummerċjant biex jikkonforma mar-rekwiżiti legali li għalihom ikun soġġett, u l-kummerċjant ma jipproċessa dik id-data għal ebda fini oħra.”; | (c) | il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(k) | għal servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19, 21 u 22;”; | | (ii) | jiżdied il-punt li ġej: “(n) | għal kwalunkwe oġġett mibjugħ permezz ta’ eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi.”; | | | | (3) | fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: (a) | il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(e) | flimkien ma’ tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;”; | | (b) | il-punti (g) u (h) huma sostitwit b’dan li ġej: “(g) | fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali; | (h) | fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom.”; | | | (4) | l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(c) | l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit kif ukoll in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-kummerċjant; barra minn hekk, fejn il-kummerċjant jipprovdi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni online li jiggarantixxu li l-konsumatur jista’ jżomm kwalunkwe korrispondenza bil-miktub, inklużi d-data u l-ħin ta’ tali korrispondenza, mal-kummerċjant fuq mezz li jservi għal żmien twil, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji ta’ dawk il-mezzi l-oħra; dawk il-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni pprovduti mill-kummerċjant għandhom jippermettu lill-konsumatur biex jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b’mod effikaċi miegħu; fejn applikabbli, il-kummerċjant għandu jagħti wkoll l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f’ismu jkun qed jaġixxi.”; | | (ii) | jiżdied il-punt li ġej: “(ea) | fejn applikabbli, li l-prezz kien personalizzat abbażi ta’ proċess deċiżjonali awtomatizzat;”; | | (iii) | il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(l) | tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għal oġġetti, kontenut diġitali u servizzi diġitali;”; | | (iv) | il-punti (r) u (s) huma sostitwiti b’dan li ġej: “(r) | fejn applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni, ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali; | (s) | fejn applikabbli, kwalunkwe kompatibbiltà u interoperabbiltà rilevanti ta’ oġġetti b’elementi diġitali, ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew li huwa jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaf bihom.”; | | | (b) | il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk il-kummerċjant ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur, mimlija kif suppost. Ir-referenzi għall-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum fil-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A) għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għal perjodu ta’ reċess ta’ 30 jum f’każijiet fejn l-Istati Membri jadottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a).”; | | (5) | jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online 1. Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, f’suq online, il-fornitur tas-suq online għandu, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u li jinftiehem u b’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użati: (a) | informazzjoni ġenerali, li ssir disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li tkun aċċessibbli direttament u faċilment mill-paġna fejn l-offerti jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni, kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/29/KE, ta’ offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri meta mqabbla ma’ parametri oħra; | (b) | jekk il-parti terza li toffri l-oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali hijiex kummerċjant jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online; | (c) | fejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali mhijiex kummerċjant, li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt; | (d) | fejn applikabbli, kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online, fejn tali informazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà li l-fornitur tas-suq online jew il-kummerċjant terz ikollu fir-rigward tal-kuntratt taħt xi liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali. | 2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, dan l-Artikolu ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal fornituri tas-swieq online. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”; | (6) | fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel tali talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil u jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.”; | (7) | l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: (a) | il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari, jew permezz tiegħu, qabel il-konklużjoni ta’ tali kuntratt, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, kif imsemmi, rispettivament, fil-punti (a), (b), (e), (h) u (o) tal-Artikolu 6(1), ħlief il-mudell tal-formola ta’ reċess kif stabbilit fl-Anness I(B) imsemmi fil-punt (h). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1), inkluż il-mudell tal-formola ta’ reċess, għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur b’mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”; | (b) | il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “8. Fejn konsumatur ikun irid li l-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel talba espressament u għandu jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.”; | | (8) | l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej: (a) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li taħthom il-perjodu ta’ reċess ta’ 14-il jum imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi estiż għal 30 jum għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali regoli għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”; | (b) | fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja: “2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiskadi wara 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont il-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu, 30 jum minn:”; | | (9) | fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum imsemmi fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a), 30 jum wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.”; | (10) | fl-Artikolu 13, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. 5. Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut, għajr data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, ħlief fejn tali kontenut: (a) | ma jkollux utilità lil hinn mill-kuntest tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant; | (b) | huwa relatat biss mal-attività tal-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali fornut mill-kummerċjant; | (c) | ġie aggregat ma’ data oħra mill-kummerċjant u ma jistax jiġi diżaggregat jew biss bi sforzi sproporzjonati; jew | (d) | ġie ġġenerat b’mod konġunt mill-konsumatur u oħrajn, u konsumaturi oħra jistgħu jkomplu jagħmlu użu mill-kontenut. | 6. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 5, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut, li mhuwiex data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta uża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant. 7. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f’format ta’ data li jintuża komunement u li jinqara mill-magni. 8. F’każ ta’ reċess mill-kuntratt, il-kummerċjant jista’ jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b’mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.”; | (11) | l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej: (a) | jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. F’każ li jirreċedi mill-kuntratt, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jqegħidhom għad-dispożizzjoni ta’ partijiet terzi.”; | (b) | fil-paragrafu 4, il-punt (b)(i) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(i) | il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu minn qabel għall-bidu tal-eżekuzzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 14-il jum jew ta’ 30 jum imsemmi fl-Artikolu 9;”; | | | (12) | l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej: (a) | l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej: (i) | il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(a) | kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz iżda, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, biss jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant;”; | | (ii) | il-punt (m) huwa sostitwit b’dan li ġej: “(m) | kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun inbdiet u, jekk il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’obbligu li jħallas, fejn: (i) | il-konsumatur ikun ta l-kunsens espliċitu minn qabel biex tinbeda l-eżekuzzjoni matul il-perjodu tad-dritt ta’ reċess; | (ii) | il-konsumatur ikun irrikonoxxa li b’dan huwa jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess; u | (iii) | il-kummerċjant ikun ipprovda l-konferma f’konformità mal-Artikolu 7(2) jew mal-Artikolu 8(7).”; | | | | (b) | jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ reċess stabbilit fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-ewwel paragrafu għal kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lil konsumaturi għall-fini li jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fil-konfront ta’ prattiki ta’ kummerċjalizzjoni jew bejgħ aggressivi jew qarrieqa. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz li jqiegħdu lill-konsumatur f’obbligu li jħallas fejn il-konsumatur ikun talab speċifikament żjara mill-kummerċjant bil-għan li jagħmel tiswijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess wara li s-servizz ikun twettaq b’mod sħiħ sakemm l-eżekuzzjoni tkun inbdiet bil-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur.”; | | (13) | l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej: Artikolu 6 Rappurtar mill-Kummissjoni u rieżami Sat-28 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward: (a) | avvenimenti organizzati f’postijiet oħrajn għajr il-post tan-negozju tal-kummerċjant; u | (b) | każijiet ta’ oġġetti kummerċjalizzati bħala identiċi iżda li jkollhom kompożizzjoni jew karatteristiċi differenti b’mod sinifikanti, inkluż jekk dawk il-każijiet għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti, inkluża projbizzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE u jekk humiex meħtieġa dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar l-informazzjoni dwar id-differenzazzjoni tal-oġġetti. | Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, bi proposta leġislattiva. Artikolu 9 Destinatarji Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2019. Għall-Parlament Ewropew Il-President D. M. SASSOLI Għall-Kunsill Il-President T. TUPPURAINEN (1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66. (2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019. (3) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22). (4) Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30). (5) Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27). (6) Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64). (7) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1). (8) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29). (9) Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal- intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57). (10) Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1). (11) Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1). (12) Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1). (13) Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, il-post ta’ residenza jew il-post ta’ stabbiliment fis-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60, I, 2.3.2018, p. 1). (14) Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1). (15) Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1). (16) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.) (17) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14. (18) Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
whereas
(2) Jenħtieġ li l-liġi għall-ħarsien tal-konsumatur tiġi applikata b’mod effettiv fl-Unjoni kollha. Madankollu, il-Kontroll tal-Idoneità komprensiv tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fl-2016 u fl-2017 fil-qafas tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) ikkonkluda li l-effettività tal-liġi ta’ protezzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni hija kompromessa minn nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni kemm fost il-kummerċjanti kif ukoll fost il-konsumaturi u li mezzi eżistenti ta’ rimedju jistgħu jiġu sfruttati aktar ta’ spiss.
- = -
(16) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm rimedji disponibbli għal konsumaturi li jsofru dannu minn prattiki kummerċjali żleali biex jiġu eliminati l-effetti kollha ta’ dawk il-prattiki żleali. Qafas ċar għal rimedji individwali jkun jiffaċilita l-infurzar privat. Il-konsumatur jenħtieġ li jkollu aċċess għal kumpens għad-danni u, fejn rilevanti, għal tnaqqis fil-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt, b’mod proporzjonat u effettiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli jżommu jew jintroduċu drittijiet għal rimedji oħrajn bħat-tiswija jew is-sostituzzjoni għall-konsumaturi li jsofru minn prattiċi kummerċjali żleali biex tiġi żgurata t-tneħħija sħiħa tal-effetti ta’ tali prattiki. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammux milli jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-effetti tar-rimedji għall-konsumaturi. Fl-applikazzjoni tar-rimedji, jistgħu, fejn xieraq, jittieħdu inkunsiderazzjoni l-gravità u n-natura tal-prattika kummerċjali żleali, id-dannu mġarrab mill-konsumatur u ċirkostanzi rilevanti oħrajn, bħall-kondotta ħażina tal-kummerċjant jew il-ksur tal-kuntratt.
- = -
(17) Il-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumaturi u l-kummerċjalizzazzjoni u l-evalwazzjoni parallela tad-Direttiva 2011/83/UE identifikaw ukoll numru ta’ oqsma fejn ir-regoli eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jenħtieġ li jiġu mmodernizzati. Fid-dawl tal-iżvilupp kontinwu tal-għodod diġitali, huwa meħtieġ l-aġġustament tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.
- = -
(18) Il-klassifikazzjoni ogħla jew kwalunkwe pożizzjonament prominenti ta’ offerti kummerċjali fi ħdan ir-riżultati tat-tiftix online mill-fornituri tal-funzjonalità tat-tiftix online għandhom impatt importanti fuq il-konsumaturi.
- = -
(40) Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni taħt l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumatur dwar il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant. Il-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità tal-liġi dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni juru li dik l-informazzjoni hija l-aktar rilevanti fl-istadju prekuntrattwali, li huwa regolat mid-Direttiva 2011/83/UE. Ir-rekwiżit li tiġi pprovduta dik l-informazzjoni fi stediniet għax-xiri fl-istadju ta’ reklamar taħt id-Direttiva 2005/29/KE għandu għalhekk jiħassar.
- = -
(47) Il-konsumaturi qegħdin jistrieħu dejjem aktar fuq ir-reċensjonijiet u l-approvazzjonijiet tal-konsumaturi meta jieħdu deċiżjonijiet rigward xiri. Għalhekk, meta l-kummerċjanti jipprovdu aċċess għal reċensjonijiet tal-konsumatur dwar il-prodotti, dawn jenħtieġ li jinfurmaw lill-konsumaturi jekk hemmx proċessi jew proċeduri fis-seħħ biex jiżguraw li r-reċensjonijiet ippubblikati joriġinaw minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw il-prodotti. Jekk dawn il-proċessi jew proċeduri jkunu fis-seħħ, jenħtieġ li l-kummerċjanti jipprovdu informazzjoni dwar kif isiru l-verifiki u jipprovdu informazzjoni ċara lill-konsumaturi dwar kif jiġu pproċessati r-reċensjonijiet, pereżempju jekk jintwerewx ir-reċensjonijiet kollha, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, jew jekk dawk ir-reċensjonijiet ikunux ġew sponsorjati jew influwenzati minn relazzjoni kuntrattwali ma’ kummerċjant. Barra minn hekk, jenħtieġ li għalhekk titqies li hija prattika kummerċjali żleali li l-konsumaturi jiġu mqarrqa billi jiġi ddikjarat li reċensjonijiet dwar prodott ġew sottomessi minn konsumaturi li fil-fatt użaw jew xtraw dak il-prodott meta ma jkun ittieħed l-ebda pass raġonevoli u proporzjonat biex jiġi żgurat li dawn joriġinaw minn tali konsumaturi. Tali miżuri jistgħu jinkludu mezzi tekniċi biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-persuna li tagħmel ir-reċensjoni, pereżempju, billi tintalab informazzjoni biex jiġi vverifikat li l-konsumatur ikun fil-fatt uża jew xtara l-prodott.
- = -
(51) L-Artikolu 16 tal-Karta jiggarantixxi l-libertà tal-intrapriża skont id-dritt tal-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. Madankollu, il-kummerċjalizzazzjoni madwar l-Istati Membri ta’ oġġetti bħala identiċi meta fir-realtà jkunu differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew karatteristiċi li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi u jwassluhom biex jieħdu deċiżjoni tranżazzjonali li ma kinux jieħdu f’sitwazzjoni oħra.
- = -
(53) Madankollu, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni espliċita, l-esperjenza ta’ infurzar uriet li jista’ ma jkunx ċar għall-konsumaturi, kummerċjanti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti liema prattiki kummerċjali jistgħu jmorru kontra d-Direttiva 2005/29/KE. Għalhekk, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi emendata biex tiġi żgurata ċertezza legali kemm għall-kummerċjanti kif ukoll għall-awtoritajiet tal-infurzar billi tiġi indirizzata b’mod espliċitu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġett bħala identiku għal oġġett ikkumerċjalizzat fi Stati Membri oħra, fejn dak l-oġġett ikun differenti b’mod sinifikanti fil-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw u jindirizzaw fuq bażi ta’ każ b’każ tali prattiki skont id-Direttiva 2005/29/KE, kif emendata minn din id-Direttiva. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tqis jekk tali differenzazzjoni tkunx faċilment identifikabbli mill-konsumaturi, id-dritt ta’ kummerċjant li jadatta għal oġġetti tal-istess marka fi swieq ġeografiċi differenti minħabba fatturi leġittimi u oġġettivi, bħal liġi nazzjonali, disponibbiltà jew l-istaġunalità tal-materja prima jew strateġiji volontarji bil-għan li jtejbu l-aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa u nutrittiv, kif ukoll id-dritt tal-kummerċjanti li joffru oġġetti tal-istess marka f’pakketti ta’ piż jew volum differenti fi swieq ġeografiċi differenti. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivvalutaw jekk tali differenzazzjoni hijiex faċilment identifikabbli mill-konsumaturi billi jħarsu lejn id-disponibbiltà u l-adegwatezza tal-informazzjoni. Huwa importanti li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-differenzazzjoni tal-oġġetti minħabba fatturi leġittimi u oġġettivi. Il-kummerċjanti jenħtieġ li jkunu liberi li jipprovdu din l-informazzjoni b’modi differenti li jippermettu lill-konsumaturi jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa. Il-kummerċjanti jenħtieġ li ġeneralment jippreferu alternattivi għall-għoti ta’ informazzjoni fuq it-tikketta tal-oġġetti. Ir-regoli settorjali rilevanti tal-Unjoni u r-regoli dwar il-moviment liberu tal-oġġetti jenħtieġ li jiġu rispettati.
- = -
(54) Filwaqt li bejgħ lil hinn mill-post tan-negozju huwa mezz leġittimu ta’ bejgħ u stabbilit sew, bħal bejgħ fi stabbiliment kummerċjali tal-kummerċjant u bħall-bejgħ mill-bogħod, xi prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ta’ bejgħ partikolarment aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta’ żjarat f’dar ta’ konsumatur jew ta’ vjaġġi promozzjonali kif imsemmi fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE jistgħu jpoġġu lill-konsumaturi taħt pressjoni biex jixtru oġġetti jew servizzi li huma kieku ma kinux jixtru jew ma kinux jixtru bi prezzijiet eċċessivi, li spiss jinvolvu ħlas immedjat. Tali prattiki spiss ikunu mmirati lejn anzjani jew konsumaturi vulnerabbli oħra. Xi Stati Membri jqisu li dawk il-prattiċi mhumiex mixtieqa u jemmnu li huwa meħtieġ li ċerti forom u aspetti ta’ bejgħ lil hinn mill-post tan-negozju jiġu ristretti fis-sens tad-Direttiva 2011/83/UE, bħall-kummerċjalizzazzjoni aggressiva u qarrieqa jew il-bejgħ ta’ prodott fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba fid-dar tal-konsumatur jew ta’ vjaġġi promozzjonali. Fejn tali restrizzjonijiet jiġu adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-protezzjoni tal-konsumatur, bħall-interess pubbliku jew rispett tal-ħajja privata tal-konsumaturi kif protett mill-Artikolu 7 tal-Karta, dawn jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE.
- = -
(55) B’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u biex jiġi ffaċilitat l-infurzar, jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-Direttiva 2005/29/KE hija mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali biex jipproteġu aktar l-interessi leġittimi tal-konsumaturi kontra prattiki kummerċjali żleali fir-rigward ta’ żjarat mhux mitluba li jsiru fid-djar tagħhom minn kummerċjant biex joffri jew ibiegħ prodotti jew vjaġġi promozzjonali organizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jiġu promossi jew jinbiegħu prodotti lill-konsumaturi fejn tali dispożizzjonijiet huma ġġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Kwalunkwe tali dispożizzjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata u mhux diskriminatorja u jenħtieġ li ma tipprojbixxix dawk il-mezzi ta’ bejgħ bħala tali. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati mill-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jiddefinixxu l-ħin tal-ġurnata li fih ma jkunux permessi ż-żjarat fid-djar tal-konsumaturi mingħajr it-talba espliċita tagħhom jew jipprojbixxu tali żjarat meta l-konsumatur ikun indika b’mod ċar li tali żjarat mhumiex aċċettabbli jew jippreskrivu l-proċedura ta’ ħlas. Barra minn hekk, tali dispożizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu regoli aktar protettivi fl-oqsma armonizzati mid-Direttiva 2011/83/UE. Id-Direttiva 2011/83/UE jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata biex tippermetti lill-Istati Membri jadottaw miżuri nazzjonali biex jipprovdu perjodu itwal għad-dritt ta’ reċess u jidderogaw minn eċċezzjonijiet speċifiċi mid-dritt ta’ reċess. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa li jinnotifikaw kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata f’dan ir-rigward lill-Kummissjoni biex din tkun tista’ tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-partijiet interessati kollha u tissorvelja n-natura proporzjonata u l-legalità ta’ dawk il-miżuri.
- = -
(57) Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax aspetti tal-liġi kuntrattwali nazzjonali li mhumiex regolati minnha. Għaldaqstant, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun bla preġudizzju għal-liġi kuntrattwali nazzjonali li tirregola, pereżempju, il-konklużjoni jew il-validità ta’ kuntratt f’każijiet bħal nuqqas ta’ kunsens jew attività kummerċjali mhux awtorizzata.
- = -
| |