keyboard_tab Clausole e vendite online Direttiva EU 2019/2161 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
2019/2161 2011/83 2005/29 1998/6 1993/13
2019/2161 MT Art. 13 cercato: 'tal-konsumaturi' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl- ta’ 153
- dwar 44
- ġej: 37
- membri 37
- għandhom 35
- fejn 34
- kwalunkwe 33
- ewropew 30
- tal-parlament 29
- għal 29
- huwa 28
- tal-kunsill 28
- minn 26
- diġitali 24
- il-kummerċjant 24
- biex 22
- mill-kummerċjant 21
- l-artikolu 21
- penali 20
- tkun 19
- jiġu 18
- b’dan 17
- //ke 17
- il-paragrafu 16
- online 16
- l-istati 16
- għandu 16
- ksur 16
- reċess 16
- mingħajr 16
- nazzjonali 15
- jekk 14
- multi 14
- oħra 14
- informazzjoni 13
- disponibbli 13
- kummerċjant 13
- imposti 13
- tal-konsumatur 13
- skont 13
- sostitwit 13
- mhux 12
- applikabbli 12
- tal-konsumaturi 12
- permezz 12
- b’mod 12
- lill-konsumatur 12
- l-istati 11
- id-direttiva 11
- prodotti 11
“Artikolu 13
Penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:
(a) | in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur; |
(b) | kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi; |
(c) | kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant; |
(d) | il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli; |
(e) | penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transkonfinali fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4); |
(f) | kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali biex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali nazzjonali, jirrestrinġu l-impożizzjoni ta’ multi għal:
(a) | ksur tal-Artikoli 6, 7, 8, u 9 u tal-Anness I ta’ din id-Direttiva; u |
(b) | l-użu kontinwu min-naħa ta’ kummerċjant ta’ prattika kummerċjali li tkun konstata bħala li hija żleali mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew qorti, meta dik il-prattika kummerjċali ma tkunx ksur imsemmi fil-punt (a). |
4. Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni.
5. L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
(*4) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”."
(7) | l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
“Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:
(a) | in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-ksur; |
(b) | kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kummerċjant biex itaffi jew jirrimedja d-dannu mġarrab mill-konsumaturi; |
(c) | kwalunkwe ksur preċedenti mill-kummerċjant; |
(d) | il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat mill-kummerċjant minħabba l-ksur, jekk id-data rilevanti tkun disponibbli; |
(e) | penali imposti fuq il-kummerċjant għall-istess ksur fi Stati Membri oħra f’każijiet transfruntiera fejn informazzjoni dwar tali penali tkun disponibbli permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2); |
(f) | kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ. |
3. L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
(*2) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”."
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva 2005/29/KE
Id-Direttiva 2005/29/KE hija emendata kif ġej:
(1) | fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:
|
(2) | fl-Artikolu 3, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej: “5. Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet biex jipproteġu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prattiki ta’ bejgħ aggressivi jew qarrieqa fil-kuntest ta’ żjarat mhux mitluba minn kummerċjant fid-dar ta’ konsumatur jew vjaġġi promozzjonaliorganizzati minn kummerċjant bil-għan jew bl-effett li jippromwovi jew ibigħ prodotti lill-konsumaturi. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur. 6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali adottata fuq il-bażi tal-paragrafu 5 kif ukoll bi kwalunkwe tibdil sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti fuq sit web apposta.”; |
(3) | fl-Artikolu 6(2), jiżdied il-punt li ġej:
|
(4) | l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(5) | jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13 Penali 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-penali jiġu imposti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali biex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet kostituzzjonali nazzjonali, jirrestrinġu l-impożizzjoni ta’ multi għal:
4. Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni. 5. L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. (*4) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”." |
(7) | l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
“Artikolu 6a
Rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni addizzjonali għal kuntratti konklużi fuq swieq online
1. Qabel ma konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod, jew kwalunkwe offerta korrispondenti, f’suq online, il-fornitur tas-suq online għandu, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE, jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u li jinftiehem u b’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użati:
(a) | informazzjoni ġenerali, li ssir disponibbli fit-taqsima speċifika tal-interfaċċa online li tkun aċċessibbli direttament u faċilment mill-paġna fejn l-offerti jiġu ppreżentati, dwar il-parametri ewlenin li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni, kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2005/29/KE, ta’ offerti ppreżentati lill-konsumatur bħala riżultat tal-mistoqsija ta’ tfittxija u l-importanza relattiva ta’ dawk il-parametri meta mqabbla ma’ parametri oħra; |
(b) | jekk il-parti terza li toffri l-oġġetti, servizzi jew kontenut diġitali hijiex kummerċjant jew le, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ dik il-parti terza lill-fornitur tas-suq online; |
(c) | fejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali mhijiex kummerċjant, li d-drittijiet tal-konsumatur li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur ma japplikawx għall-kuntratt; |
(d) | fejn applikabbli, kif l-obbligi relatati mal-kuntratt huma kondiviżi bejn il-parti terza li toffri l-oġġetti, is-servizzi jew il-kontenut diġitali u l-fornitur tas-suq online, fejn tali informazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà li l-fornitur tas-suq online jew il-kummerċjant terz ikollu fir-rigward tal-kuntratt taħt xi liġi oħra tal-Unjoni jew nazzjonali. |
2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE, dan l-Artikolu ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali għal fornituri tas-swieq online. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.”;
(6) | fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Fejn konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, fejn dawn ma jkunux għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), u l-kuntratt ipoġġi lill-konsumatur taħt obbligu li jħallas, il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel tali talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil u jitlob lill-konsumatur jirrikonoxxi li, ladarba tkun saret l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant, il-konsumatur ma jkollux iżjed id-dritt ta’ reċess.”; |
(7) | l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(8) | l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(9) | fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum imsemmi fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum, jew, f’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu adottaw regoli skont l-Artikolu 9(1a), 30 jum wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.”; |
(10) | fl-Artikolu 13, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. Fir-rigward tad-data personali tal-konsumatur, il-kummerċjant għandu jikkonforma mal-obbligi applikabbli taħt ir-Regolament (UE) 2016/679. 5. Il-kummerċjant għandu jżomm lura milli juża kwalunkwe kontenut, għajr data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovdut mill-kummerċjant, ħlief fejn tali kontenut:
6. Ħlief fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 5, il-kummerċjant għandu, fuq talba tal-konsumatur, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur kwalunkwe kontenut, li mhuwiex data personali, li jkun ġie pprovdut jew maħluq mill-konsumatur meta uża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali pprovduti mill-kummerċjant. 7. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jirkupra dak il-kontenut diġitali mingħajr ħlas, mingħajr tfixkil mill-kummerċjant, fi żmien raġonevoli u f’format ta’ data li jintuża komunement u li jinqara mill-magni. 8. F’każ ta’ reċess mill-kuntratt, il-kummerċjant jista’ jipprevjeni kwalunkwe użu ulterjuri tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali mill-konsumatur, b’mod partikolari billi jagħmel il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali inaċċessibbli għall-konsumatur jew jiddiżattiva l-kont tal-utent tal-konsumatur, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6.”; |
(11) | l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(12) | l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(13) | l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 24 Penali 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji mhux eżawrjenti u indikattivi li ġejjin jitqiesu għall-impożizzjoni ta’ penali, fejn xieraq:
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkollhom jiġu imposti penali skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2017/2394, huma jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti multi permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew li jinbdew proċedimenti legali sabiex jiġu imposti multi, jew it-tnejn li huma, fejn l-ammont massimu ta’ tali multi jkun tal-inqas 4 % tal-fatturat annwali tal-kummerċjant fl-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati. 4. Għal każijiet fejn ikollha tiġi imposta multa skont il-paragrafu 3, iżda ma tkunx disponibbli informazzjoni dwar il-fatturat annwali tal-kummerċjant, l-Istati Membri għandhom jintroduċu l-possibbiltà li jimponu multi, li l-ammont massimu tagħhom għandu jkun tal-inqas EUR 2 miljuni. 5. L-Istati Membri għandhom, sat-28 ta’ Novembru 2021, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. (*8) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta ’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).”;" |
(14) | fl-Artikolu 29, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Fejn Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 9(1a), l-Artikolu 9(3), u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 16, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan sat-28 ta’ Novembru 2021, kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”; |
(15) | l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 9
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019.
(3) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(4) Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
(5) Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).
(6) Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(7) Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(8) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
(9) Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal- intermedjazzjoni online (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57).
(10) Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).
(11) Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).
(12) Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).
(13) Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, il-post ta’ residenza jew il-post ta’ stabbiliment fis-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60, I, 2.3.2018, p. 1).
(14) Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(15) Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).
(16) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.)
(17) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(18) Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
whereas