keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- artikolu 97
- ta’ 47
- diġitali 15
- ewropew 13
- dwar 13
- tal-kunsill 11
- subparagrafu 10
- tal-parlament 10
- punt 9
- oġġetti 9
- għandu 8
- il-bejjiegħ 7
- jekk 7
- ikun 7
- konformità 6
- tal-oġġetti 6
- applikabbli 6
- jkun 6
- tal-bejgħ 6
- id-direttiva 6
- nuqqas 5
- żmien 5
- //ke 5
- tal-konsumatur 5
- l-ewwel 5
- b’elementi 4
- pubblika 4
- it-tieni 4
- tal- 4
- raġonevolment 4
- l-oġġetti 4
- l-artikolu 4
- għal 4
- b’mod 4
- meta 4
- fir-rigward 4
- l-kuntratt 3
- id-direttiva 3
- tat- 3
- tal-provi 3
- tal-aġġornament 3
- ir-regolament 3
- d-direttiva 3
- kienet 3
- tal-kuntratt 3
- il-konsumatur 3
- ġie 3
- jipprevedi 3
- jista’ 3
- imsemmi 3
Artikolu 1
Suġġett u skop
L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li tipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, billi tistabbilixxi regoli komuni dwar ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-kuntratti ta’ bejgħ konklużi bejn bejjiegħa u konsumaturi, b’mod partikolari regoli dwar il-konformità tal-oġġetti mal-kuntratt, rimedji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità bħal din, il-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dawk ir-rimedji, u dwar garanziji kummerċjali.
Artikolu 7
Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità
1. Minbarra li jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità, l-oġġetti għandhom:
(a) | ikunu adattati għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw oġġetti tal-istess tip, b’kont meħud, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali eżistenti, ta’ kwalunkwe standard tekniku jew, fin-nuqqas ta’ tali standards tekniċi, il-kodiċi ta’ kondotta industrijali speċifiċi għas-settur applikabbli; |
(b) | fejn applikabbli, ikunu ta’ kwalità tal-kampjun jew il-mudell li l-bejjiegħ ikun qiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt u jikkorrispondu għad-deskrizzjoni tiegħu; |
(c) | jekk applikabbli, jiġu pprovduti flimkien ma’ tali aċċessorji, li jinkludu l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni jew struzzjonijiet oħra, kif il-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna li jirċievi; u |
(d) | jikkorrispondu għall-kwantità u jkollhom il-kwalitajiet u karatteristiċi oħrajn, inkluż f’termini ta’ durabbiltà, funzjonalità, kompatibbiltà u sigurtà, normali għal oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna fid-dawl tan-natura tal-oġġetti u ta’ kull dikjarazzjoni pubblika magħmula minn jew f’isem il-bejjiegħ jew persuni oħra f’ħoloq aktar preċedenti tal-katina tat-tranżazzjonijiet, inkluż il-produttur, partikolarment fir-reklamar jew fuq it-tikkettar. |
2. Il-bejjiegħ ma għandux ikun marbut b’dikjarazzjonijiet pubbliċi, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 jekk il-bejjiegħ juri li:
(a) | il-bejjiegħ ma kienx, u ma setax raġonevolment ikun, konxju tad-dikjarazzjoni pubblika inkwistjoni; |
(b) | sal-mument li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt, id-dikjarazzjoni pubblika kienet ġiet korretta bl-istess mod jew b’mod komparabbli bħal kif kienet saret; jew |
(c) | id-deċiżjoni li jinxtraw l-oġġetti ma setgħetx ġiet influwenzata mid-dikjarazzjoni pubblika. |
3. F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali, il-bejjiegħ għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat bl-aġġornamenti u jiġi fornut bihom, inklużi l-aġġornamenti tas-sigurtà meħtieġa biex dawk l-oġġetti jinżammu f’konformità, għall-perjodu ta’ żmien:
(a) | li konsumatur jista’ raġonevolment jistenna, fid-dawl tat-tip u l-iskop tal-oġġetti u l-elementi diġitali, u b’kont meħud taċ-ċirkustanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi att ta’ provvista wieħed għall-kontenut jew is-servizz diġitali; jew |
(b) | indikat fl-Artikolu 10(2) jew (5), kif applikabbli, meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi l-forniment kontinwu tal-kontenut jew is-servizz diġitali fuq tul ta’ żmien. |
4. Jekk il-konsumatur jonqos milli jinstalla l-aġġornamenti pprovduti f’konformità mal-paragrafu 3 fi żmien raġonevoli, il-bejjiegħ ma għandu jkun responsabbli għall-ebda nuqqas ta’ konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:
(a) | il-bejjiegħ ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u |
(b) | in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni ħażina mill-konsumatur tal-aġġornament ma kinux dovuti għal nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti lilu. |
5. Ma għandu jkun hemm l-ebda nuqqas ta’ konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 3 jekk, fil-mument meta jkun ġie konkluż il-kuntratt tal-bejgħ, il-konsumatur ikun ġie infurmat b’mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-oġġetti kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi għall-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 3 u l-konsumatur aċċetta dik id-devjazzjoni espliċitament u separatament fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ.
Artikolu 11
Oneru tal-provi
1. Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fi żmien sena mill-mument li fih ikunu ġew konsenjati l-oġġetti għandu jkun preżunt li kien jeżisti fil-mument tal-konsenja, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor jew din il-preżunzjoni tkun inkompatibbli man-natura tal-oġġetti jew man-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Dan il-paragrafu għandu japplika għal oġġetti b’elementi diġitali wkoll.
2. Minflok il-perjodu ta’ sena stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu perjodu ta’ sentejn mill-mument tal-konsenja tal-oġġetti.
3. F’każ ta’ oġġetti b’elementi diġitali meta l-kuntratt tal-bejgħ jipprevedi provvista kontinwa tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali fuq perjodu ta’ żmien, l-oneru tal-provi fir-rigward ta’ jekk il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kienx konformi fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(2) għandu jkun fuq il-bejjiegħ għal nuqqas ta’ konformità li jimmanifesta ruħu fil-perjodu imsemmi f’dak l-Artikolu.
Artikolu 25
Rieżami
Sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha dwar ir-rimedji u l-oneru tal-provi – anki fir-rigward ta’ oġġetti użati u oġġetti mibjugħa f’irkanti pubbliċi – u l-garanzija kummerċjali tal-produttur dwar id-durabbiltà, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta, b’mod partikolari, jekk l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tad-Direttiva (UE) 2019/770 tiżgurax qafas konsistenti u koerenti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern fir-rigward tal-provvista ta’ kontenut diġitali, servizzi diġitali u oġġetti b’elementi diġitali f’konformità mal-prinċipji li jirregolaw il-politiki tal-Unjoni. Jekk ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi.
Artikolu 27
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 2019.
(3) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
(4) Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(6) Id- Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali (Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
ANNESS
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Direttiva 1999/44/KE | Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) | Artikolu 1 |
Artikolu 1(2) (a) | Artikolu 2, punt (2) |
Artikolu 1(2) (b), l-ewwel inċiż | Artikolu 3(4)(b) |
Artikolu 1(2) (b), it-tieni u t-tielet inċiż | Artikolu 2, punt (5)(a) |
Artikolu 1(2) (c) | Artikolu 2, punt (3) |
Artikolu 1(2) (d) | Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 1(2) (e) | Artikolu 2, punt (12) |
Artikolu 1(3) | Artikolu 2, punt (15) u l-Artikolu 3(5)(a) |
Artikolu 1(4) | Artikolu 3(2) |
Artikolu 2(1) | Artikolu 5 |
Artikolu 2(2) (a) | Artikolu 6, punt (a) u l-Artikolu 7(1) (b) |
Artikolu 2(2) (b) | Artikolu 6, punt (b) |
Artikolu 2(2) (c) | Artikolu 7(1)(a) |
Artikolu 2(2) (d) | Artikolu 7(1)(d) |
Artikolu 2(3) | Artikolu 7(5) |
Artikolu 2(4) | Artikolu 7(2) |
Artikolu 2(5) | Artikolu 8 |
Artikolu 3(1) | Artikolu 10(1) |
Artikolu 3(2) | Artikolu 13(1) |
Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(1)(a) |
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu | Artikolu 13(2) |
Artikolu 3(3), it-tielet subparagrafu | Artikolu 14(1)(b) u (c) |
Artikolu 3(4) | Artikolu 2, punt (14) |
Artikolu 3(5) | Artikolu 13(4) |
Artikolu 3(6) | Artikolu 13(5) |
Artikolu 4 | Artikolu 18 |
Artikolu 5(1) | Artikolu 10(1), (2), (3), (4) u (5) |
Artikolu 5(2) | Artikolu 12 |
Artikolu 5(3) | Artikolu 11 |
Artikolu 6(1) | Artikolu 17(1) |
Artikolu 6(2) | Artikolu 17(2) |
Artikolu 6(3) | Artikolu 17(2) |
Artikolu 6(4) | Artikolu 17(4) |
Artikolu 6(5) | Artikolu 17(3) |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 21(1) |
Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 10(6) |
Artikolu 7(2) | — |
Artikolu 8(1) | Artikolu 3(6) u (7) |
Artikolu 8(2) | Artikolu 4 |
Artikolu 9 | Artikoli 19 u 20 |
Artikolu 10 | Artikolu 22 |
Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 24(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 24(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 11(2) | Artikolu 24(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 12 | Artikolu 25 |
Artikolu 13 | Artikolu 26 |
Artikolu 14 | Artikolu 27 |
whereas