Artikolu 15
Tnaqqis fil-prezz
It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-oġġetti li jkun irċieva l-konsumatur meta mqabbel mal-valur li kien ikollhom l-oġġetti kieku kienu konformi.
whereas
(60) Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jirregolaw il-konsegwenzi tat-terminazzjoni għajr dawk previsti f’din id-Direttiva, bħall-konsegwenzi għal tnaqqis fil-valur tal-oġġetti jew għall-qerda u t-telf tagħhom.
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jirregolaw l-modalitajiet għar-rimborż tal-prezz lill-konsumatur, pereżempju il-modalitajiet li jikkonċernaw il-mezzi li għandhom jintużaw għal tali rimborż jew dwar spejjeż u tariffi possibbli li jistgħu jiġġarrbu bħala riżultat tar-rimborż.
Jenħtieġ li l-Istati Membri, pereżempju, ikollhom ukoll il-libertà li jipprevedu ċerti limiti ta’ żmien għar-rimborż tal-prezz jew għar-ritorn tal-oġġetti.
- = -