keyboard_tab Contratti di vendita di beni conformi 2019/0771 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ta’ 21
- id-direttiva 15
- għandhom 9
- diġitali 8
- membri 8
- minn 7
- għal 7
- nazzjonali 6
- għandhiex 5
- kuntratti 5
- jiġu 5
- din 5
- l-istati 5
- tal-bejgħ 5
- artikolu 4
- dawn 4
- tapplika 4
- kontenut 4
- jekk 3
- parti 3
- jkun 3
- dwar 3
- il-miżuri 3
- jadottaw 3
- kwalunkwe 3
- taffettwa 3
- jinkludu 3
- jiżguraw 3
- meta 3
- skont 3
- tal-liġi 3
- għandha 3
- tal-kuntratt 2
- bejjiegħ 2
- oġġetti 2
- kopert 2
- għall-provvista 2
- leġittimu 2
- interess 2
- jkollhom 2
- organizzazzjonijiet 2
- l-istati 2
- quddiem 2
- l-libertà 2
- bejn 2
- konsumatur 2
- interkonness 2
- in-nullità 2
- ma’ 2
- bejgħ 2
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti ta’ bejgħ bejn konsumatur u bejjiegħ.
2. Kuntratti bejn konsumatur u bejjiegħ għall-provvista ta’ oġġetti li jridu jiġu manifatturati jew prodotti għandhom jitqiesu wkoll bħala kuntratti ta’ bejgħ għall-iskop ta’ din id-Direttiva.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti għall-provvista ta’ kontenut jew servizzi diġitali. Madankollu, għandha tapplika għal kontenut jew servizzi diġitali li jkunu inkorporati fl-oġġetti, jew interkonnessi magħhom, fis-sens tal-punt (5)(b) tal-Artikolu 2, u li jiġu pprovduti mal-oġġetti skont il-kuntratt tal-bejgħ, irrispettivament minn jekk tali kontenut jew servizz diġitali jkunx fornut mill-bejjiegħ jew minn parti terza. F’każ ta’ dubju dwar jekk il-provvista ta’ kontenut diġitali inkorporat jew interkonness jew servizz diġitali inkorporat jew interkonness jifformax parti mill-kuntratt tal-bejgħ, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun preżunt li jkun kopert mill-kuntratt tal-bejgħ.
4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
(a) | kwalunkwe mezz tanġibbli li jservi esklużivament bħala trasportatur għall-kontenut diġitali; jew |
(b) | kwalunkwe oġġett mibjugħ b’eżekuzzjoni jew bl-awtorità tal-liġi. |
5. L-Istati jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva kuntratti għall-bejgħ ta’:
(a) | oġġetti użata mibjugħa b’subbasta; u |
(b) | annimali ħajjin. |
Fil-każ imsemmi fil-punt (a), għandha titqiegħed faċilment għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi informazzjoni ċara u komprensiva li d-drittijiet li joħorġu minn din id-Direttiva ma japplikawx.
6. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà li l-Istati Membri jirregolaw l-aspetti tal-liġi ġenerali dwar il-kuntratti, bħar-regoli dwar it-tfassil, il-validità, in-nullità jew l-effetti tal-kuntratti, inklużi l-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta’ kuntratt, dment li dawn ma jkunux regolati f’din id-Direttiva, jew id-dritt għal kumpens għad-danni.
7. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà tal-Istati Membri li jippermettu lill-konsumaturi jagħżlu rimedju speċifiku, jekk in-nuqqas ta’ konformità tal-oġġetti jsir evidenti f’perjodu wara l-konsenja, li ma jaqbiżx it-30 jum. Barra minn hekk, din id-Direttiva m’ għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali mhux speċifiċi għal kuntratti tal-konsumatur li jipprovdu rimedji speċifiċi għal ċerti tipi ta’ difetti li ma kinux jidhru fil-mument tal-għeluq tal-kuntratt tal-bejgħ.
Artikolu 9
Drittijiet ta’ partijiet terzi
Meta restrizzjoni li tirriżulta minn ksur ta’ kwalunkwe dritt ta’ parti terza, b’mod partikolari drittijiet tal-proprjetà intellettwali, timpedixxi jew tillimita l-użu tal-oġġetti skont l-Artikoli 6 u 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta’ konformità previsti fl-Artikolu 13, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix in-nullità jew ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt tal-bejgħ f’każijiet bħal dawn.
Artikolu 19
Infurzar
1. L-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi li jiżguraw il-konformità ma’ din id-Direttiva.
2. Il-mezzi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew iktar minn fost dawn li ġejjin, kif tistabbilixxi l-liġi nazzjonali, jista’ jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jaraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva:
(a) | korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom; |
(b) | organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumatur; |
(c) | organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li tittieħed azzjoni. |
Artikolu 24
Traspożizzjoni
1. Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Jannar 2022.
whereas