keyboard_tab Fair Advertising 2006/0114 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ta’ 5
- artikolu 2
- tiegħu 2
- bihom 2
- il-merkanzija 2
- ir-riżultati 2
- kummerċjali 2
- in-natura 2
- tagħhom 2
- dawn 2
- servizzi 2
- korpi 2
- l-karatteristiċi 2
- għall-proċedimenti 2
- jiġi 2
- reklamar 2
- qarrieqi 2
- jkunu 2
- fit-tieni 1
- msemmija 1
- amministrattivi 1
- minnu 1
- miksuba 1
- d-distinzjonijiet 1
- il-premjijiet 1
- intellettwali 1
- industrijali 1
- proprjetà 1
- drittijiet 1
- id-direttiva 1
- l-pussess 1
- il-proċedimenti 1
- il-kwalifiki 1
- l-assi 1
- bħall-identità 1
- ir-reklam 1
- jagħmel 1
- d-drittijiet 1
- sakemm 1
- teskludix 1
- imsemmija 1
- r-rikors 1
- organizzazzjonijiet 1
- mill-persuni 1
- il-korpi 1
- addizzjonali 1
- subparagrafu 1
- l-artikolu 1
- bħal 1
- għal 1
Artikolu 3
Biex jiġi stabbilit jekk reklamar huwiex qarrieqi, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tiegħu kollha, u b’mod partikulari kull informazzjoni li jkollu dwar:
(a) | il-karatteristiċi tal-merkanzija jew servizzi, bħad-disponibbiltà tagħhom, in-natura, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, il-metodu u d-data ta’ manifattura jew provvista, kemm ikunu adattati għall-iskop, l-użu, il-kwantita, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati normalment mistennija mill-użu tagħhom, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi materjali tat-testijiet jew kontrolli mwettqa fuq il-merkanzija jew servizzi; |
(b) | il-prezz jew il-manjiera li bihom l-prezz jiġi kkalkolat, u l-kondizzjonijiet li bihom il-merkanzija tkun provduta jew is-servizzi jkunu mogħtija; |
(ċ) | in-natura, l-attributi u d-drittijiet ta’ min jagħmel ir-reklam, bħall-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiki u l-pussess ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premjijiet u d-distinzjonijiet miksuba minnu. |
Artikolu 6
Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll volontarju, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' reklamar qarrieqi jew komparattiv minn korpi awto-regolatorji u r-rikors għal korpi bħal dawn mill-persuni jew organizzazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) sakemm il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi jkunu addizzjonali għall-proċedimenti fil-qrati jew għall-proċedimenti amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.
whereas