search


keyboard_tab Fair Advertising 2006/0114 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2006/0114 MT cercato: 'bħal' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas bħal:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 273

 

Artikolu 3

Biex jiġi stabbilit jekk reklamar huwiex qarrieqi, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tiegħu kollha, u b’mod partikulari kull informazzjoni li jkollu dwar:

(a)

il-karatteristiċi tal-merkanzija jew servizzi, bħad-disponibbiltà tagħhom, in-natura, l-eżekuzzjoni, il-kompożizzjoni, il-metodu u d-data ta’ manifattura jew provvista, kemm ikunu adattati għall-iskop, l-użu, il-kwantita, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati normalment mistennija mill-użu tagħhom, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi materjali tat-testijiet jew kontrolli mwettqa fuq il-merkanzija jew servizzi;

(b)

il-prezz jew il-manjiera li bihom l-prezz jiġi kkalkolat, u l-kondizzjonijiet li bihom il-merkanzija tkun provduta jew is-servizzi jkunu mogħtija;

(ċ)

in-natura, l-attributi u d-drittijiet ta’ min jagħmel ir-reklam, bħall-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiki u l-pussess ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premjijiet u d-distinzjonijiet miksuba minnu.

Artikolu 4

Ir-reklamar komparattiv għandu, safejn il-paragun huwa konċernat, jiġi permess fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma jqarraqx fis-sens ta’ l-Artikoli 2(b), 3 u 8(1) ta’ din id-Direttiva jew ta' l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (7);

(b)

jagħmel paragun bejn merkanzija jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan;

(ċ)

jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi essenzjali, relevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta’ dawk il-merkanziji u servizzi, li jistgħu jinkludu l-prezz;

(d)

la jiskredita u lanqas imaqdar it-trade marks, l-ismijiet kummerċjali, jew marki oħra distintivi, il-merkanzija, is-servizzi, l-attivitajiet jew iċ-ċirkostanzi ta’ kompetitur;

(e)

jirreferi, għal prodotti b’titlu ta’ oriġini, f’kull każ għal prodotti bl-istess titlu;

(f)

ma jiħux vantaġġ żlealment mir-reputazzjoni ta’ trade mark, ta’ isem kummerċjali jew ta’ marki oħra distintivi ta’ kompetitur jew tat-titlu ta’ oriġini ta’ prodotti konkorrenti;

(g)

ma jippreżentax merkanzija jew servizzi bħala imitazzjonijiet jew repliki ta’ merkanzija jew servizzi li għandhom trade mark jew isem kummerċjali protett;

(h)

ma joħloqx konfużjoni bejn kummerċjanti, bejn dak li jirreklama u xi kompetitur jew bejn it-trade marks, ismijiet kummerċjali jew marki oħra distintivi, merkanzija jew servizzi tar-riklamant u dawk ta’ xi kompetitur.

Artikolu 6

Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll volontarju, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' reklamar qarrieqi jew komparattiv minn korpi awto-regolatorji u r-rikors għal korpi bħal dawn mill-persuni jew organizzazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) sakemm il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi jkunu addizzjonali għall-proċedimenti fil-qrati jew għall-proċedimenti amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi setgħat sabiex ikunu jistgħu fil-proċeduri ċivili jew amministrattivi msemmija fl-Artikolu 5:

(a)

jesiġu mir-reklamant prova ta' l-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-reklamar jekk, b'kont meħud ta' l-interessi leġittimi tar-reklamant u ta' kull parti oħra fil-proċedimenti, tali rekwiżit jidher xieraq fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari u fil-każ ta' reklamar komparattiv jesiġu mir-reklamant tali prova f'perjodu qasir ta' żmien;

u

(b)

jikkunsidraw pretensjonijiet fattwali bħala mhux eżatti jekk il-prova mitluba skond il-punt (a) ma tingħatax jew titqies bħala mhux suffiċjenti mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva.

Artikolu 10

Id-Direttiva 84/450/KEE hija b'dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi kif stabbilit fil-Parti B ta' l-Anness I.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.


whereas









keyboard_arrow_down