search


keyboard_tab Fair Advertising 2006/0114 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2006/0114 MT cercato: 'direttiva' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index direttiva:


whereas direttiva:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 399

 

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-direttiva huwa li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u mill-konsegwenzi żleali tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-reklamar komparattiv.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-direttiva:

(a)

“reklamar” tfisser l-għemil ta’ rappreżentazzjoni fi kwalunkwe forma b’konnessjoni ma’ kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni sabiex jippromwovi l-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;

(b)

“reklamar qarrieqi” tfisser kull reklamar li, bi kwalunkwe mod, inkluża l-preżentazzjoni tiegħu, iqarraq jew probabbilment iqarraq bil-persuni li lejhom ikun indirizzat jew li għandhom jasal u li, minħabba n-natura qarrieqa tiegħu, probabbilment jaffettwa l-imġiba ekonomika tagħhom jew li, għal dawk ir-raġunijiet, jagħmel ħsara jew probabbilment jagħmel ħsara lil xi kompetitur;

(ċ)

“reklamar komparattiv” tfisser kull reklamar li espliċitament jew b'deduzzjoni jidentifika kompetitur jew merkanzija jew servizzi offruti minn kompetitur;

(d)

“kummerċjant” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal skopijiet konnessi mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;

(e)

“sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh.

Artikolu 4

Ir-reklamar komparattiv għandu, safejn il-paragun huwa konċernat, jiġi permess fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma jqarraqx fis-sens ta’ l-Artikoli 2(b), 3 u 8(1) ta’ din id-direttiva jew ta' l-Artikoli 6 u 7 tad-direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (7);

(b)

jagħmel paragun bejn merkanzija jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan;

(ċ)

jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi essenzjali, relevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta’ dawk il-merkanziji u servizzi, li jistgħu jinkludu l-prezz;

(d)

la jiskredita u lanqas imaqdar it-trade marks, l-ismijiet kummerċjali, jew marki oħra distintivi, il-merkanzija, is-servizzi, l-attivitajiet jew iċ-ċirkostanzi ta’ kompetitur;

(e)

jirreferi, għal prodotti b’titlu ta’ oriġini, f’kull każ għal prodotti bl-istess titlu;

(f)

ma jiħux vantaġġ żlealment mir-reputazzjoni ta’ trade mark, ta’ isem kummerċjali jew ta’ marki oħra distintivi ta’ kompetitur jew tat-titlu ta’ oriġini ta’ prodotti konkorrenti;

(g)

ma jippreżentax merkanzija jew servizzi bħala imitazzjonijiet jew repliki ta’ merkanzija jew servizzi li għandhom trade mark jew isem kummerċjali protett;

(h)

ma joħloqx konfużjoni bejn kummerċjanti, bejn dak li jirreklama u xi kompetitur jew bejn it-trade marks, ismijiet kummerċjali jew marki oħra distintivi, merkanzija jew servizzi tar-riklamant u dawk ta’ xi kompetitur.

Artikolu 6

Din id-direttiva ma teskludix il-kontroll volontarju, li l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' reklamar qarrieqi jew komparattiv minn korpi awto-regolatorji u r-rikors għal korpi bħal dawn mill-persuni jew organizzazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) sakemm il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi jkunu addizzjonali għall-proċedimenti fil-qrati jew għall-proċedimenti amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.

Artikolu 8

1.   Din id-direttiva ma tipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet bl-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva, fir-rigward ta’ reklamar qarrieqi, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri.

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal reklamar komparattiv sa fejn jirrigwarda l-paragun.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva għandhom japplikaw mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar reklamar għal prodotti u/jew servizzi speċifiċi jew għal restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq reklamar f'media partikulari;

3.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva dwar reklamar komparattiv m'għandhomx jobbligaw lill-Istati Membri li, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet ta' reklamar rigward ċerti merkanziji jew servizzi, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività kummerċjali, industrijali, ta' sengħa jew professjonali, sabiex jippermetu reklamar komparattiv rigward dawk il-merkanziji jew servizzi. Fejn dawn il-projbizzjonijiet ikunu limitati għal media partikulari, din id-direttiva għandha tapplika għall-media li ma tkunx regolata minn dawn il-projbizzjonijiet.

4.   Xejn f'din id-direttiva m'għandu jżomm lill-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, milli iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq l-użu ta' paraguni fir-reklamar ta' servizzi professjonali, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività professjonali.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali kollha tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat b’din id-direttiva.

Artikolu 10

Id-direttiva 84/450/KEE hija b'dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi kif stabbilit fil-Parti B ta' l-Anness I.

Ir-referenzi magħmula għad-direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala magħmula għal din id-direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 11

Din id-direttiva tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 12

Din id-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 12 ta' Diċembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

M. PEKKARINEN


(1)  Opinjoni ta' l-26 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novemberu 2006

(3)  ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17. direttiva kif emendata l-aħħar mid-direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(4)  Ara l-Anness I, Parti A.

(5)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(6)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1. direttiva kif emendata mid-direttiva 92/10/KEE (ĠU L 6, 11.1.1992, p. 35).

(7)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.


ANNESS I

PARTI A

direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha

direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE

(ĠU L 250, tas-19.9.1984, p. 17)

 

direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 290, tas-23.10.1997, p. 18)

 

direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22)

l-Artikolu 14 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 10)

direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ Applikazzjoni

84/450/KEE

L-1 ta’ Ottubru, 1986

97/55/KE

It-23 ta’ April 2000

2005/29/KE

12 ta’ Ġunju 2007

12 ta’ Diċembru 2007


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

direttiva 84/450/KEE

Din id-direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(2a)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(e)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 3a(1)

Artikolu 4

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju

Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu punt (a)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu punt (b)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem finali

Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju

Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem finali

Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu kliem introduttorju

Artikolu 5(4) kliem introduttorju

Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu l-ewwel inċiż

Artikolu 5(4) (a)

Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu it-tieni inċiż

Artikolu 5(4) (b)

Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(5)

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(6)

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(3)

Artikolu 7(5)

Artikolu 8(4)

Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 12

Anness I

Anness II


whereas









keyboard_arrow_down