search


Pratiche sleali 2005/0029 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2005/0029 MT cercato: 'jieħdu' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas jieħdu:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 100

 

Artikolu 13

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu nfurzati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

“Artikolu 9

Bejgħ mhux mitlub

Fid-dawl tal-projbizzjoni ta’ prattiki ta’ bejgħ mhux mitlub stabbilita fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (**), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jeżentaw lill-konsumatur mill-obbligu ta’ kwalunkwe ħlas f’każijiet ta’ kunsinna mhux mitluba, fejn in-nuqqas ta’ tweġiba ma jikkostitwixxix kunsens.

(**)  ĠU L 149 ta’ 11.6.2005, p. 22.”"

2)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/65/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Fid-dawl tal-projbizzjoni ta’ prattiki ta’ bejgħ mhux mitlub kif stabbilita fid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (***), u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-tiġdid taċitu ta’ kuntratti b’distanza, meta tali regoli jippermettu tiġdid taċitu, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jeżentaw lill-konsumatur mill-obbligu f’każijiet ta’ kunsinna mhux mitluba, fejn in-nuqqas ta’ tweġiba ma jikkostitwixxix kunsens.

(***)  ĠU L 149 ta’ 11.6.2005, p. 22.”"

Artikolu 17

Tagħrif

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jgħarrfu lill-konsumatur dwar il-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta’ kodiċijiet sabiex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta tagħom.


whereas









keyboard_arrow_down