Pratiche sleali 2005/0029 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- ta’ 13
- kummerċjali 10
- medju 4
- żleali 4
- għandhom 3
- x’aktarx 3
- il-prattiċi 3
- tkun 3
- sostanzjali 3
- distorsjoni 3
- b’mod 3
- għall-prattika 2
- prattika 2
- grupp 2
- partikolari 2
- konsumaturi 2
- artikolu 2
- tagħha 2
- permezz 2
- kollha 2
- tfixkel 2
- huwa 2
- bħala 2
- lista 2
- stqarrijiet 2
- aggressivi 2
- fl-artikoli 2
- stabbilit 2
- għandha 2
- biss 2
- dawk 2
- tal-prodott 2
- toħloq 2
- ikunu 2
- tikkawża 2
- fl-imġieba 2
- ekonomika 2
- fir-rigward 2
- prattiċi 2
- tal-konsumatur 2
- jieħu 2
- fl-istati 1
- deċiżjoni 1
- membri 1
- tapplika 1
- b’hekk 1
- waħdanija 1
- tista 1
- l-istess 1
- transazzjonali 1
Artikolu 5
Il-Projbizzjoni ta’ Prattiċi Kummerċjali Żleali
1. il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.
2. Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:
a) | hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, u |
b) | toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata, jew tal-membru medju tal-grupp meta xi prattika kummerċjali tkun diretta lejn grupp partikolari ta’ konsumaturi. |
3. Prattiċi kummerċjali li x’aktarx joħolqu distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika biss ta’ grupp identifikabbli b’mod ċar ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli għall-prattika jew għall-prodott li għalih din tirriferi minħabba l-mard mentali jew fiżiku, l-età jew il-kredulità tagħhom b’mod li l-kummerċjant jista’ raġonevolment ikun mistenni li jipprevedi, għandhom jiġu eżaminati mill-perspettiva ta’ membru medju ta’ dak il-grupp. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-prattika komuni u leġittima ta’ reklamar ta’ stqarrijiet eżaġerati jew stqarrijiet li mhumiex intiżi sabiex jittieħdu litteralment.
4. B’mod partikolari, ikunu żleali dawk il-prattiċi kummerċjali li
a) | jqarrqu kif stabbilit fl-Artikoli 6 u 7, jew |
b) | jkunu aggressivi kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 9. |
5. Fl-Anness I hemm lista ta’ dawk il-prattiċi kummerċjali li għandhom f’kull ċirkostanza jitqiesu bħala żleali. L-istess lista waħdanija għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista tiġi modifikata biss permezz ta’ revizjoni tad-Direttiva.
Sezzjoni 1
Prattiċi kummerċjali qarrieqa
Artikolu 8
il-prattiċi Kummerċjali Aggressivi
Prattika kummerċjali għandha titqies bħala aggressiva jekk, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha, permezz ta’ fastidju, kostrizzjoni, inkluż l-użu tal-forza fiżika, jew ta’ influwenza mhux xierqa, tfixkel b’mod sinifikanti jew x’aktarx tfixkel konsiderevolment il-libertà ta’ l-għażla jew l-imġieba tal-konsumatur medju fir-rigward tal-prodott u b’hekk tikkawża jew x’aktarx tikkawża li huwa jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.
whereas