search


keyboard_tab REGIS - Reg. Intermediation Services 2019/1150 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/1150 MT cercato: 'uffiċjali' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


index uffiċjali:


whereas uffiċjali:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 361

 

Artikolu 14

Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi

1.   L-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess leġittimu fli jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew fli jirrappreżentaw lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u informazzjoni ma Stati Membri oħra, abbażi tar-reġistri ta atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali, fejn tali reġistri huma stabbiliti minn korpi pubbliċi jew awtoritajiet rilevanti.

3.   L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu stabbiliti sew skont il-liġi ta Stat Membru;

(b)

ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi li jirrappreżentaw fuq bażi sostnuta;

(c)

ikunu mingħajr skop ta qligħ;

(d)

it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom ma jiġix influwenzat bla bżonn minn kwalunkwe fornitur terz ta finanzjament, bmod partikolari minn fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online.

Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandhom jiżvelaw bis-sħiħ u pubblikament informazzjoni dwar l-isħubija u s-sors tagħhom ta finanzjament.

4.   Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fdan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru lil:

(a)

organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw mill-inqas ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 fuq talba ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet;

(b)

korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4

li jingħataw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-fini ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korpi pubbliċi maħtura.

6.   Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi maħtura skont il-paragrafu 5. Dik il-lista għandha tispeċifika l-fini ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fIl-Ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bidliet għal din il-lista għandhom ikunu ppubblikati mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, lista aġġornata għandha tkun imfassla u ppubblikata kull sitt xhur.

7.   Il-qrati għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fil-paragrafu 6 bħala prova tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku, mingħajr preġudizzju tad-dritt tal-qorti li teżamina jekk il-fini tar-rikorrent jiġġustifikax it-teħid ta azzjoni fkaż speċifiku.

8.   Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jqajmu xi tħassib rigward il-konformità, minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3, jew, minn korp pubbliku, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4, l-Istat Membru li ħatar dik l-organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku skont il-paragrafu 5 għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn adatt, jirrevoka l-ħatra jekk ma jkunx hemm konformità ma kriterju wieħed jew aktar.

9.   Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta siti web korporattivi biex jibdew kwalunkwe azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, li hija bbażata fuq drittijiet individwali u għandha l-għan li twaqqaf kwalunkwe nuqqas ta konformità, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fIl-Ġurnal uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan għandu japplika mit-12 ta’ Lulju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 177.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019… (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta konoxxenza u ta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni ta persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(8)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(10)  Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta medjazzjoni fmaterji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).

(11)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 37).

(12)  Id-Direttiva 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta Jannar 2004 fuq il-kontroll ta konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar il-mergers) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).


whereas









keyboard_arrow_down