(2) Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi.
Biex jitgawdew bmod sħiħ il-benefiċċji tal-ekonomija tal-pjattaformi online, huwa għalhekk importanti li l-impriżi jkunu jistgħu jafdaw lis-servizzi tal-intermedjazzjoni online li magħhom jidħlu frelazzjonijiet kummerċjali.
Dan huwa importanti l-iktar għaliex l-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-data, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta dawn l-utenti kummerċjali, b’mod partikolari tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta daqs medju (SMEs), fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi.
Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta dawk is-servizzi ta spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar li jippermettilhom biex, fil-fatt, iġibu ruħhom bmod unilaterali bmod li jista jkun inġust u li jista jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.
Pereżempju, bmod unilaterali, jistgħu jimponu prattiki fuq l-utenti kummerċjali li jitbiegħdu ħafna minn imġiba kummerċjali tajba, jew imorru kontra l-bona fide u n-negozjar ġust.
Dan ir-Regolament jindirizza tensjonijiet potenzjali bħal dawn fl-ekonomija tal-pjattaforma online.
- = -
(3) Il-konsumaturi laqgħu tajjeb l-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
huwa essenzjali li jkun hemm ekosistema online li tkun kompetittiva, ġusta u trasparenti, li fiha l-kumpaniji jġibu ruħhom bmod responsabbli, għal finijiet tal-benesseri tal-konsumaturi.
L-iżgurar tat-trasparenza ta u l-fiduċja fl-ekonomija tal-pjattaformi online frelazzjonijiet bejn negozju u ieħor, jista wkoll jgħin bmod indirett biex titjieb il-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija tal-pjattaformi online.
Madankollu, l-impatti diretti tal-iżvilupp tal-ekonomija tal-pjattaformi online fuq il-konsumaturi huma indirizzati minn liġi oħra tal-Unjoni, speċjalment l-acquis tal-konsumatur.
- = -
(8) Dawk ir-regoli jenħtieġ li jipprovdu wkoll inċentivi xierqa biex jiġu promossi l-korrettezza u t-trasparenza, speċjalment fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta siti web korporattivi fir-riżultati ta’ tiftix iġġenerati mill-magni tat-tiftix online.
Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ li jirrikonoxxu u jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa tal-pjattaformi online u jippermettu li jkun hemm kompetizzjoni tajba li twassal għal għażla akbar għall-konsumaturi.
huwa xieraq li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.
L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li japplikaw il-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu jew jissanzjonaw imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.
- = -
(19) Bmod ġenerali, is-sottomissjoni ta prodtti jew servizzi ġodda, inklużi applikazzjonijiet ta software, għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala azzjoni affermattiva ċara, li tirriżulta fir-rinunzja, mill-utent kummerċjali, tal-perijodu ta notifika meħtieġ għall-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet.
Madankollu, meta l-perijodu ta notifika raġonevoli u proporzjonat huwa ta aktar minn 15-il jum għax il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu lill-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti lill-prodotti jew lis-servizzi tiegħu, il-fatt li l-utent kummerċjali jippreżenta prodotti u servizzi ġodda jenħtieġ li ma jitqiesx bħala rinunzja awtomatika għall-perijodu ta notifika.
Jenħtieġ li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistenna li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu lill-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti meta, pereżempju, jitneħħew jew jiżdiedu karatteristiċi sħaħ tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li għalihom l-utenti kummerċjali kellhom aċċess, jew meta l-utenti kummerċjali jistgħu jkollhom bżonn jadattaw il-prodotti tagħhom jew jagħmlu riprogrammazzjoni tas-servizzi tagħhom biex ikunu jistgħu jkomplu joperaw permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
- = -
(24) L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi.
L-ikklassifikar jirreferi għall-prominenza relattiva tal-offerti tal-utenti kummerċjali jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, li jirriżultaw mill-użu ta sekwenzar algoritmiku, mekkaniżmi tal-ikklassifikar jew tar-riċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħra li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta dawn.
Il-prevedibbiltà tinvolvi li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeterminaw l-ikklassifikar bmod mhux arbitrarju.
Għalhekk, il-fornituri jenħtieġ li jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta fornituri differenti.
Id-disinn speċifiku ta dan l-obbligu ta trasparenza huwa importanti għall-utenti kummerċjali peress li jimplika l-identifikazzjoni ta sett limitat ta parametri li huma l-aktar rilevanti għal għadd possibbilment ferm akbar ta parametri li jkollhom xi impatt fuq l-ikklassifikar.
Din id-deskrizzjoni motivata jenħtieġ li tgħin lill-utenti kummerċjali biex itejbu l-preżentazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew xi karatteristiċi inerenti ta dawk il-prodotti jew is-servizzi.
Il-kunċett ta parametri prinċipali jenħtieġ li jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar.
- = -
(27) Il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jiżvelaw id-dettalji tal-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom, inkluż l-algoritmi, taħt dan ir-Regolament.
Il-kapaċità tagħhom li jaġixxu kontra l-manipulazzjoni bmala fede tal-ikklassifikar minn partijiet terzi, inkluż fl-interess tal-konsumaturi, jenħtieġ li daqstant ieħor ma tiddgħajjifx.
Deskrizzjoni ġenerali tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar jenħtieġ li tissalvagwardja dawk l-interessi, filwaqt li tipprovdi lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi fehim adegwat tal-funzjonament tal-ikklassifikar fil-kuntest tal-użu tagħhom ta servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni ta tiftix online.
Biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv ta dan ir-Regolament jenħtieġ li l-kunsiderazzjoni tal-interessi kummerċjali tal-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online ma għandha, għalhekk, qatt twassal għal rifjut li jiġu żvelati l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar.
Fdan ir-rigward, filwaqt li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-deskrizzjoni mogħtija jenħtieġ li, tal-inqas tkun ibbażata fuq data reali dwar ir-rilevanza tal-parametri ta kklassifikar użati.
- = -
(29) Jenħtieġ li t-terminu ta’ prodotti u servizzi anċillari jinftiehem bħala prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi immedjatament qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online sabiex jikkomplementaw il-prodott jew is-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali.
Prodotti u servizzi anċillari jirreferu għall-prodotti li tipikament jiddependu fuq, u huma direttament relatati mal-prodott jew servizz primarju sabiex ikunu jistgħu jiffunzjonaw.
Għalhekk, it-terminu jenħtieġ li jeskludi prodotti u servizzi li huma biss qed jinbiegħu addizzjonalment għall-prodott jew servizz inkwistjoni iżda mingħajr ma jkunu komplementari fin-natura tagħhom.
Eżempji ta’ servizzi anċillari jinkludu servizzi ta’ tiswija għal prodott speċifiku jew għal prodotti finanzjarji bħal assigurazzjoni għall-kiri tal-karozza offruti sabiex jikkomplimentaw il-prodotti jew is-servizzi speċifiċi offruti mill-utent kummerċjali.
Bl-istess mod, prodotti anċillari jistgħu jinkludu prodotti li jikkomplimentaw il-prodott speċifiku li qed jiġi offrut mill-utent kummerċjali billi jikkostitwixxu “upgrade” jew għodda ta’ personalizzazzjoni marbuta ma’ dak il-prodott speċifiku.
Fornituri ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi li huma anċillari għal prodott jew servizz li qiegħed jinbiegħ minn utent kummerċjali, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom, jenħtieġ li jistabbilixxu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom deskrizzjoni tat-tip ta’ prodotti u servizzi anċillari li qed jiġu offruti.
Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli fit-termini u l-kundizzjonijiet sew jekk il-prodott jew servizz anċillari qiegħed jiġi pprovdut mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online nnifsu sew jekk minn parti terza.
Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tinftiehem biżżejjed sabiex utent kummerċjali jkun jista’ jifhem jekk kwalunkwe prodott jew servizz huwiex qiegħed jinbiegħ bħala anċillari għal prodott jew servizz tal-utent kummerċjali.
Dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li mhux neċessarjament tinkludi l-prodott jew is-servizz speċifiku, iżda pjuttost it-tip tal-prodott li qed jiġi offrut bħala komplimentari għall-prodott primarju tal-utent kummerċjali.
Barra minn hekk, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinkludi fiċ-ċirkustanzi kollha jekk u taħt liema kundizzjonijiet utent kummerċjali jista’ joffri l-prodott jew s-servizz anċillari tiegħu stess flimkien mal-prodott jew servizz primarju li huwa qiegħed joffri permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
- = -
(31) Meta fornitur ta’ magna tat-tiftix online nnifsu joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tal-magna tat-tiftix online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta utent ta siti web korporattivi li hu jikkontrolla, dak il-fornitur jista jikkompeti direttament ma utenti ta siti web korporattivi oħra tal-magna tat-tiftix online li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur.
Fdawn is-sitwazzjonijiet bmod partikolari, hu importanti li l-fornitur tal-magna tat-tiftix online jaġixxi bmod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta kwalunkwe trattament differenzjat, permezz ta mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, li jaf ikun jagħti brabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess jew permezz ta’ utent ta sit web korporattiv li huwa jikkontrolla, meta mqabbla ma dawk offruti mill-utenti ta siti web korporattivi li qed jikkompetu miegħu.
Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ li jkun japplika fil-livell tal-magni tat-tiftix online ġenerali, u mhux fil-livell ta prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta dawk is-servizzi.
- = -
(34) Fl-istess linja, huwa importanti għall-utenti kummerċjali li jifhmu jekk il-fornitur jikkondividix ma partijiet terzi xi data ġġenerata permezz tal-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni mill-utent kummerċjali.
Jenħtieġ li, bmod partikolari, l-utenti kummerċjali jiġu mgħarrfa dwar kwalunkwe kondiviżjoni ta data ma partijiet terzi li sseħħ għal finijiet li mhumiex meħtieġa għall-funzjonament adatt tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online; pereżempju fejn il-fornitur irendi d-data fi flus taħt kunsiderazzjonijiet kummerċjali.
Sabiex l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet disponibbli biex jinfluwenzaw tali kondiviżjoni tad-data, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkunu espliċiti wkoll dwar kwalunkwe possibbiltà li ma jipparteċipawx fil-kondiviżjoni tad-data meta dawn ikunu jeżistu taħt ir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-utent kummerċjali.
- = -
(40) Permezz tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jiksbu mezz għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bmod sodisfaċenti, mingħajr il-bżonn li jintużaw proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jkunu twal u għaljin.
Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiffaċilitaw il-medjazzjoni, bmod partikolari, billi jidentifikaw minn tal-inqas żewġ medjaturi pubbliċi jew privati li magħhom ikunu lesti jimpenjaw ruħhom.
L-għan li tiġi rikjesta l-identifikazzjoni ta’ għadd minimu ta medjaturi huwa sabiex tiġi ssalvagwardjata n-newtralità tal-medjaturi.
Il-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn post barra mill-Unjoni jenħtieġ li jiġu identifikati biss meta jkun żgurat li l-użu ta dawn is-servizzi bl-ebda mod ma jċaħħdu lill-utenti kummerċjali kkonċernati minn xi protezzjoni legali offruta lilhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri, inkluż ir-rekwiżiti ta dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u s-sigrieti kummerċjali.
Biex ikunu aċċessibbli, ġusti, u kemm jista jkun rapidi, effiċjenti u effettivi, dawn il-medjaturi jenħtieġ jissodisfaw ċerti kriterji stabbiliti.
Madankollu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jenħtieġ li jibqgħu liberi biex jidentifikaw bmod konġunt kwalunkwe medjatur tal-għażla tagħhom wara li tkun inqalgħet tilwima bejniethom.
F’konformità mad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament jenħtieġ li tkun proċess volontarju fis-sens li l-partijiet stess ikunu inkarigati mill-proċess u jkunu jistgħu jibdew u jitterminaw fi kwalunkwe ħin.
Minkejja n-natura volontarja tagħha, il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jeżaminaw in bona fide t-talbiet għal involviment fil-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament.
- = -
(41) Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni.
Għal dan il-għan, il-medjatur jenħtieġ li jissuġġerixxi liema proporzjon hu raġonevoli fdak il-każ individwali.
Fid-dawl tal-ispejjeż u tal-piż amministrattiv assoċjati mal-ħtieġa li jiġu identifikati medjaturi fit-termini u l-kundizzjonijiet, jixraq li jiġi eżentat minn dak l-obbligu kwalunkwe fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online li huwa intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.
Ir-regoli ta konsolidazzjoni stipulati fdik ir-Rakkomandazzjoni jiżguraw li tiġi prevenuta kwalunkwe evażjoni ta’ dak l-obbligu.
Madankollu, dan jenħtieġ li ma jaffettwax id-dritt ta tali intrapriżi li jidentifikaw medjaturi fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom li jikkonformaw mal-kriterji stipulati fdan ir-Regolament.
- = -