search


keyboard_tab EIDAS 2014/0910 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2014/0910 MT cercato: 'fl-anness' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


just index fl-anness:

    KAPITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    KAPITOLU II
    IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA

    KAPITOLU III
    SERVIZZI FIDUĊJARJI

    TAQSIMA 1
    Dispożizzjonijiet ġenerali

    TAQSIMA 2
    Superviżjoni

    TAQSIMA 3
    Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati

    TAQSIMA 4
    Firem elettroniċi

    TAQSIMA 5
    Siġilli elettroniċi

    TAQSIMA 6
    Timbri tal-ħin elettroniċi

    TAQSIMA 7
    Servizzi elettroniċi ta’ konsenja rreġistrati

    TAQSIMA 8
    Awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku

    KAPITOLU IV
    DOKUMENTI ELETTRONIĊI

    KAPITOLU V
    DELEGA TA’ SETGĦA U DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI

    KAPITOLU VI
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas fl-anness:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 467

 

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘identifikazzjoni elettronika’ tfisser il-proċess tal-użu ta’ data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna f’forma elettronika li tkun tirrapreżenta b’mod esklussiv jew persuna fiżika jew ġuridika, jew persuna fiżika li tkun qed tirrappreżenta persuna ġuridika;

(2)

‘mezz ta’ identifikazzjoni elettronika’ tfisser unità fiżika u/jew mhux fiżika li jkun fiha data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna, u li tintuża għall-awtentikazzjoni ta’ servizzi online;

(3)

‘data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna’ tfisser sett ta’ data li permezz tagħha tkun tista’ tiġi stabbilita l-identità ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew ta’ persuna fiżika li tkun qed tirrappreżenta persuna ġuridika;

(4)

‘skema ta’ identifikazzjoni elettronika’ tfisser sistema għall-identifikazzjoni elettronika li skontha jinħarġu mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika lil persuni jew persuni ġuridiċi, jew persuni fiżiċi li jkunu qed jirrappreżentaw persuni ġuridiċi;

(5)

‘awtentikazzjoni’ tfisser proċess elettroniku li jippermetti l-konferma tal-identifikazzjoni elettronika ta’ persuna fiżika jew ġuridika; jew tal-oriġini u l-integrità ta’ data f’forma elettronika;

(6)

‘parti dipendenti’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tiddependi fuq l-identifikazzjoni elettronika jew servizz fiduċjarju;

(7)

‘korp tas-settur pubbliku’ tfisser Stat, awtorità reġjonali jew lokali, korp irregolat bid-dritt pubbliku jew assoċjazzjoni magħmula minn awtorità jew diversi tali awtoritajiet jew korp jew diversi tali korpi, jew entità privata mogħtija mandat minn tal-inqas waħda minn dawk l-awtoritajiet, il-korpi jew l-assoċjazzjonijiet biex tipprovdi servizzi pubbliċi meta taġixxi skont tali mandat;

(8)

‘korp irregolat mid-dritt pubbliku’ tfisser korp iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(9)

‘firmatarju’ tfisser persuna fiżika li toħloq firma elettronika;

(10)

‘firma elettronika’ tfisser data f’forma elettronika li tinhemeż ma’ data elettronika oħra jew tiġi assoċjata b’mod loġiku magħha u li tintuża mill-firmatarju biex jiffirma;

(11)

‘firma elettronika avvanzata’ tfisser firma elettronika li tissodisfa r-rekwiżitistabbiliti fl-Artikolu 26;

(12)

‘firma elettronika kwalifikata’ tfisser firma elettronika avvanzata li tkun maħluqa minn apparat għall-ħolqien tal-firem elettroniċi kwalifikati, u li tkun ibbażata fuq ċertifikat kwalifikat għall-firem elettroniċi;

(13)

‘data għall-ħolqien ta’ firma elettronika’ tfisser data unika li tintuża mill-firmatarju biex joħloq firma elettronika;

(14)

‘ċertifikat għall-firma elettronika’ tfisser attestazzjoni elettronika li tikkollega data ta’ validazzjoni tal-firma elettronika ma’ persuna fiżika u tikkonferma mill-inqas l-isem jew il-psewdonimu ta’ dik il-persuna;

(15)

‘ċertifikat kwalifikat għall-firma elettronika’ tfisser ċertifikat għall-firem elettroniċi, li jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat u jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-anness I;

(16)

‘servizz fiduċjarju’ tfisser servizz elettroniku normalment fornut għal remunerazzjoni li jikkonsisti minn:

(a)

il-ħolqien, il-verifika, u l-validazzjoni ta’ firem elettroniċi, siġilli elettroniċi jew timbri tal-ħin elettroniċi, servizzi elettroniċi ta’ konsenja li huma reġistrati u ċertifikati marbuta ma’ dawk is-servizzi, jew

(b)

il-ħolqien, il-verifika u l-validazzjoni ta’ ċertifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi, jew

(c)

il-preservazzjoni ta’ firem, siġilli jew ċertifikati elettroniċi marbuta ma’ dawn is-servizzi;

(17)

‘servizz fiduċjarju kwalifikat’ tfisser servizz fiduċjarju li jkun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stipulati f’dan ir-Regolament;

(18)

‘korp tal-valutazzjoni tal-konformità’ tfisser korp definit fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li huwa akkreditat f’konformità ma’ dak ir-Regolament bħala kompetenti biex iwettaq valutazzjoni tal-konformità ta’ fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li jipprovdi;

(19)

‘fornitur ta’ servizzi fiduċjarji’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz fiduċjarju wieħed jew aktar, jew bħala fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati jew mhux kwalifikati;

(20)

‘fornitur ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat’ tfisser fornitur ta’ servizz fiduċjarj li jipprovdi servizz fiduċjarju kwalifikat wieħed jew aktar u li jingħata lilu l-istatus kwalifikat mill-korp superviżorju;

(21)

‘prodott’ tfisser hardware jew software, jew komponenti rilevanti ta’ hardware jew software, li jkunu maħsuba biex jintużaw għal forniment ta’ servizzi fiduċjarji;

(22)

‘apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi’ tfisser software jew hardware konfigurat użat għall-ħolqien ta’ firma elettronika;

(23)

‘apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi’ tfisser apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-anness II;

(24)

‘kreatur ta’ siġill’ tfisser persuna ġuridika li toħloq siġill elettroniku;

(25)

‘siġill elettroniku’ tfisser id-data fil-forma elettronika li tiġi mehmuża jew assoċjata loġikament ma’ data oħra f’forma elettronika biex jiġu żgurati l-oriġini u l-integrità ta’ din tal-aħħar;

(26)

‘siġill elettroniku avvanzat’ tfisser siġill elettroniku, li jkun jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 36;

(27)

‘siġill elettroniku kwalifikat’ tfisser siġill elettroniku avvanzat, li jinħoloq minn apparat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi kwalifikat, u li jkun ibbażat fuq ċertifikat kwalifikat ta’ siġill elettroniku;

(28)

‘data għall-ħolqien ta’ siġill elettroniku’ tfisser data unika, li tintuża mill-kreatur tas-siġill elettroniku biex joħloq siġill elettroniku;

(29)

‘ċertifikat għas-siġill elettroniku’ tfisser attestazzjoni elettronika li tikkollega data ta’ validazzjoni ta’ siġill elettroniku ma’ persuna fiżika u tikkonferma l-isem ta’ dik il-persuna;

(30)

‘ċertifikat kwalifikat għas-siġill elettroniku’ tfisser ċertifikat għal siġill elettroniku, li jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat u jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-anness III;

(31)

‘apparat għall-ħolqien ta’ siġill elettroniku’ tfisser software jew hardware konfigurat użat għall-ħolqien ta’ siġill elettroniku;

(32)

‘apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ siġill elettroniku’ tfisser apparat għall-ħolqien ta’ siġill elettroniku li jissodisfa mutatis mutandis ir-rekwiżiti stipulati fl-anness II;

(33)

‘timbru tal-ħin elettroniku’ tfisser data fil-forma elettronika li torbot data oħra f’forma elettronika ma’ ħin partikolari u b’hekk tiġi stabbilita evidenza li din tal-aħħar kienet teżisti f’dak il-ħin;

(34)

‘timbru tal-ħin elettroniku kwalifikat’ tfisser timbru tal-ħin elettroniku li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 42;

(35)

‘dokument elettroniku’ tfisser kwalunkwe kontenut maħżun f’forma elettronika, b’mod partikolari bħala test jew reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva;

(36)

‘servizz elettroniku ta’ konsenja rreġistrat’ tfisser servizz li permezz tiegħu tkun possibbli t-trasmissjoni ta’ data bejn partijiet terzi b’mezzi elettroniċi u jipprovdi evidenza relatata mal-ġestjoni tad-data trasmessa, inkluż prova li d-data ntbagħtet u ġiet riċevuta, u li jipproteġi d-data trasmessa kontra r-riskju ta’ telf, serq, ħsara jew kwalunkwe bidla mhux awtorizzata;

(37)

‘servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat’ tfisser servizz elettroniku ta’ konsenja elettronika rreġistrat li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 44;

(38)

’ ċertifikat tal-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi’ tfisser attestazzjoni li permezz tagħha tkun possibbli l-awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku u jorbot is-sit elettroniku mal-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jkun inħareġ iċ-ċertifikat;

(39)

‘ċertifikat kwalifikat għall-awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku’ tfisser ċertifikat għall-awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku, li jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat u jissodisfa r-rekwiżiti stipulat fl-anness IV;

(40)

‘data ta’ validazzjoni’ tfisser data li tintuża għall-validazzjoni ta’ firma elettronika jew ta’ siġill elettroniku;

(41)

‘validazzjoni’ tfisser il-proċess ta’ verifika u konferma li firma elettronika jew siġill huwa validu.

Artikolu 28

Ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi

1.   Iċ-ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-anness I.

2.   Iċ-ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit obbligatorju li jeċċedi r-rekwiżiti stabbiliti fl-anness I.

3.   Ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi jistgħu jinkludu attributi speċifiċi addizzjonali mhux obbligatorji. Dawk l-attributi ma għandhomx jaffettwaw l-interoperabbiltà u r-rikonoxximent tal-firem elettroniċi kwalifikati.

4.   Jekk ċertifikat kwalifikat għal firem elettroniċi jkun ġie revokat wara l-attivazzjoni inizjali, huwa għandu jitlef il-validità tiegħu mill-mument tar-revoka tiegħu, u l-istatus tiegħu ma għandu jitreġġa’ lura fl-ebda ċirkostanza.

5.   Soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli nazzjonali dwar is-sospensjoni temporanja ta’ ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika:

(a)

jekk ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika jkun ġie sospiż temporanjament, dak iċ-ċertifikat għandu jitlef il-validità tiegħu għall-perijodu ta’ sospensjoni.

(b)

il-perijodu ta’ sospensjoni għandu jiġi indikat b’mod ċar fil-bażi tad-data taċ-ċertifikati u l-istatus ta’ sospensjoni għandu jkun viżibbli, matul il-perijodu ta’ sospensjoni, mis-servizz li jipprovdi l-informazzjoni dwar l-istatus taċ-ċertifikat.

6.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-anness I meta ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 29

Rekwiżiti għal apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi

1.   L-apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-anness II.

2.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-anness II fejn apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 30

Ċertifikazzjoni ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi

1.   Il-konformità ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi mar-rekwiżiti mniżżla fl-anness II għandha tkun ċertifikata minn korpi pubbliċi jew privati adatti magħżula mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-korp pubbliku jew privat imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

3.   Iċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

proċess ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà mwettaq f’konformità ma’ wieħed mill-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni inklużi fil-lista stabbilita skont it-tieni subparagrafu, jew

(b)-

proċess ieħor li mhuwiex il-proċess imsemmi fil-punt (a), dment li dan juża livelli komparabbli ta’ sigurtà u dment li l-korp pubbliku jew privat imsemmi fil-paragrafu 1 jinnotifika lill-Kummissjoni b’dak il-proċess. Dak il-proċess jista’ jintuża biss fin-nuqqas ta’ standards imsemmija fil-punt (a) jew meta jkun qed isir il-proċess ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà msemmi fil-punt (a).

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta’ standards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 47 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji speċifiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-korpi magħżula msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 38

Ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi

1.   Iċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-anness III.

2.   Iċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit obbligatorju li jeċċedi r-rekwiżiti stabbiliti fl-anness III.

3.   Iċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi jistgħu jinkludu attributi speċifiċi addizzjonali mhux obbligatorji. Dawk l-attributi ma għandhomx jaffettwaw l-interoperabbiltà u r-rikonoxximent tas-siġilli elettroniċi kwalifikati.

4.   Jekk ċertifikat kwalifikat għal siġill elettroniku jkun ġie revokat wara l-attivazzjoni inizjali, dan għandu jitlef il-validità tiegħu mill-mument tar-revoka tiegħu, u l-istatus tiegħu fl-ebda ċirkostanza ma għandu jitreġġa’ lura.

5.   Soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin l-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli nazzjonali dwar is-sospensjoni temporanja ta’ ċertifikat kwalifikat għas-siġilli elettroniċi:

(a)

jekk ċertifikat kwalifikat għas-siġill elettroniku jkun ġie sospiż temporanjament, dak iċ-ċertifikat għandu jitlef il-validità tiegħu għall-perijodu ta’ sospensjoni;

(b)

il-perijodu ta’ sospensjoni għandu jiġi indikat b’mod ċar fil-bażi tad-data taċ-ċertifikati u l-istatus ta’ sospensjoni għandu jkun viżibbli, matul il-perijodu ta’ sospensjoni, mis-servizz li jipprovdi l-informazzjoni dwar l-istatus taċ-ċertifikat.

6.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati għal siġilli elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-anness III meta ċertifikat kwalifikat għal siġill elettroniku jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 45

Rekwiżiti għaċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi

1.   Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-anness IV.

2.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-anness IV meta ċertifikat kwalifikat għall-awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

KAPITOLU IV

DOKUMENTI ELETTRONIĊI


whereas









keyboard_arrow_down