keyboard_tab EIDAS 2014/0910 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 7 Eliġibbilità għan-notifika tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
- 3 Artikolu 9 Notifika
- 1 Artikolu 12 Kooperazzjoni u interoperabbiltà
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA
KAPITOLU III
SERVIZZI FIDUĊJARJI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
TAQSIMA 2
Superviżjoni
TAQSIMA 3
Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati
TAQSIMA 4
Firem elettroniċi
TAQSIMA 5
Siġilli elettroniċi
TAQSIMA 6
Timbri tal-ħin elettroniċi
TAQSIMA 7
Servizzi elettroniċi ta’ konsenja rreġistrati
TAQSIMA 8
Awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku
KAPITOLU IV
DOKUMENTI ELETTRONIĊI
KAPITOLU V
DELEGA TA’ SETGĦA U DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ta’ 88
- identifikazzjoni 33
- elettronika 32
- membru 14
- skont 13
- implimentazzjoni 12
- msemmija 12
- l-artikolu 11
- l-iskema 9
- assigurazzjoni 9
- fl-artikolu 8
- membri 8
- jiġu 7
- għandhom 7
- għandha 7
- f’konformità 6
- għal 6
- tal-iskemi 6
- jinnotifika 6
- il-kummissjoni 5
- l-istat 5
- minn 5
- deskrizzjoni 5
- b’mod 5
- l-istati 5
- taħt 5
- interoperabbiltà 5
- bejn 5
- fil-paragrafu 5
- tekniċi 5
- msemmi 5
- dwar 4
- notifikati 4
- tkun 4
- stabbiliti 4
- skemi 4
- dipendenti 3
- kwalunkwe 3
- l-proċeduri 3
- awtentikazzjoni 3
- il-parti 3
- fil-punt 3
- stabbilit 3
- rilevanti 3
- notifikanti 3
- artikolu 3
- fir-rigward 3
- ewropea 3
- referenza 3
- għandu 3
Artikolu 7
Eliġibbilità għan-notifika tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
Skema ta’ identifikazzjoni elettronika għandha tkun eliġibbli għal notifika skont l-Artikolu 9(1) dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) | il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika taħt l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika jinħarġu:
|
(b) | il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika taħt l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika jistgħu jintużaw biex għall-inqas jinkiseb aċċess għal servizz wieħed ipprovdut minn korp tas-settur pubbliku u li jkun jeħtieġ identifikazzjoni elettronika fl-Istat Membru li jinnotifika; |
(c) | l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika u l-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġa skontha jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ mill-inqas wieħed mil-livelli ta’ assigurazzjoni stabbiliti mill-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(3); |
(d) | ‘l-Istat Membru li jinnotifika jiżgura li d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna li tirrappreżenta b’mod esklussiv il-persuna inkwistjoni tkun attribwita f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri għal-livell ta’ assigurazzjoni rilevanti stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(3), lill-persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 3 fil-ħin tal-ħruġ tal-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika taħt dik l-iskema; |
(e) | il-parti li toħroġ il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika skont dik l-iskema tiżgura li l-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika jiġi attribwit lill-persuna msemmija fil-punt (d) ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri għal-livell ta’ assigurazzjoni rilevanti stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(3); |
(f) | l-Istat Membru li jinnotifika jiżgura d-disponibbiltà ta’ awtentikazzjoni online, sabiex kwalunkwe parti dipendenti stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tkun tista’ tikkonferma d-data ta’ identifikazzjoni tal-persuna li kienet riċevuta f’forma elettronika. Għal partijiet dipendenti li mhumiex korpi tas-settur pubbliku l-Istat Membru notifikanti jista’ jiddefinixxi t-termini ta’ aċċess għal dik l-awtentikazzjoni. L-awtentikazzjonijiet transkonfinali għandhom jingħataw mingħajr ħlas meta jitwettqu fir-rigward ta’ servizz online pprovdut minn korp tas-settur pubbliku. L-Istati Membri ma għandhom jimponu ebda rekwiżit tekniku speċifiku sproporzjonat fuq partijiet dipendenti li bi ħsiebhom iwettqu tali awtentikazzjoni, fejn tali rekwiżiti jipprevjenu jew jimpedixxu b’mod sinifikanti l-interoperabilità tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettroniċi nnotifikati; |
(g) | mill-inqas sitt xhur qabel in-notifika skont l-Artikolu 9(1), l-Istat Membru notifikanti jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra għall-finijiet tal-obbligu skont l-Artikolu 12(5), deskrizzjoni ta’ dik l-iskema f’konformità mal-arranġamenti proċedurali stabbiliti bl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(7); |
(h) | l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika tissodisfa r-rekwiżiti tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(8). |
Artikolu 9
Notifika
1. L-Istati Membri notifikanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja u mingħajr dewmien bla bżonn, kwalunkwe bidla sussegwenti li ssirilha:
(a) | deskrizzjoni tal-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika, inklużi l-livelli ta’ assigurazzjoni tagħha u l-emittent jew emittenti tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika skont l-iskema; |
(b) | ir-reġim superviżorju applikabbli u l-informazzjoni dwar ir-reġim ta’ responsabbiltà fir-rigward ta’ dan li ġej:
|
(c) | l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika; |
(d) | informazzjoni dwar l-entità jew l-entitajiet li jamministraw ir-reġistrazzjoni tad-data unika ta’ identifikazzjoni ta’ persuna; |
(e) | deskrizzjoni dwar kif ir-rekwiżiti stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(8) jiġu sodisfatti; |
(f) | deskrizzjoni tal-awtentikazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 7; |
(g) | l-arranġamenti għas-sospensjoni jew ir-revoka tal-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata jew tal-awtentikazzjoni jew tal-partijiet kompromessi kkonċernati. |
2. Sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(3) u 12(8), il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika li ġew notifikati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-informazzjoni bażika dwarhom.
3. Jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika wara li jkun skada l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2, hija għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-emendi għal-lista msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien xahrejn mid-data ta’riċeviment ta’ dik in-notifika.
4. Stat Membru jista’ jippreżenta lill-Kummissjoni talba li titneħħa l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata minn dak l-Istat Membru mil-lista msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-emendi korrispondenti fil-lista fi żmien xahar mid-data tar-riċeviment tat-talba tal-Istat Membru.
5. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi ċ-ċirkustanzi, il-formati u l-proċeduri tan-notifiki taħt il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
Artikolu 12
Kooperazzjoni u interoperabbiltà
1. L-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 9(1) għandhom ikunu interoperabbli.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għandu jiġi stabbilit qafas ta’ interoperabbiltà.
3. Il-qafas ta’ interoperabbiltà għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a) | ikollu l-għan li jkun teknoloġikament newtrali u ma jiddiskriminax bejn kwalunkwe soluzzjoni teknika nazzjonali speċifika għall-identifikazzjoni elettronika fi Stat Membru; |
(b) | isegwi standards Ewropej u internazzjonali, fejn possibbli; |
(c) | jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ privatezza fid-disinn; u |
(d) | jiżgura li d-data personali tiġi pproċessata f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE. |
4. Il-qafas ta’ interoperabbiltà għandu jikkonsisti minn:
(a) | referenza għal rekwiżiti tekniċi minimi marbuta mal-livelli ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 8; |
(b) | deskrizzjoni dettaljata tal-livelli ta’ assigurazzjoni nazzjonali ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati fil-livell ta’ assigurazzjoni skont l-Artikolu 8; |
(c) | referenza għar-rekwiżiti tekniċi minimi għall-interoperabbiltà; |
(d) | referenza għal sett minimu ta’ data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna li tirrappreżenta b’mod uniku persuna fiżika jew legali, li hija disponibbli minn skemi ta’ identifikazzjoni elettronika; |
(e) | regoli ta’ proċedura; |
(f) | arranġamenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim; u |
(g) | standards tas-sigurtà operazzjonali komuni. |
5. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fir-rigward ta’ dan li ġej:
(a) | l-interoperabbiltà tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati skont l-Artikolu 9(1) u l-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika li l-Istati Membri biħsiebhom jinnotifikaw; u |
(b) | is-sigurtà tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika. |
6. Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għandha tkun magħmula minn:
(a) | l-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenza u prassi tajba rigward skemi ta’ identifikazzjoni elettronika u, b’mod partikolari rekwiżiti tekniċi marbuta mal-interoperabbiltà u l-livelli ta’ assigurazzjoni; |
(b) | l-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenza u prassi tajba rigward ħidma b’livelli ta’ assigurazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8; |
(c) | reviżjoni bejn il-pari tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika li jaqgħu taħt dan ir-Regolament; u |
(d) | eżami tal-iżviluppi rilevanti fis-settur tal-identifikazzjoni elettronika. |
7. Sat-18 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-arranġamenti proċedurali meħtieġa biex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 5 u 6 bil-ħsieb li trawwem livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà xierqa għall-grad ta’ riskju.
8. Sat-18 ta’ Settembru 2015, għall-fini li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżit skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, soġġett għall-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 u filwaqt li jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-qafas ta’ interoperabbiltà kif stipulat fil-paragrafu 4.
9. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
KAPITOLU III
SERVIZZI FIDUĊJARJI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
whereas