keyboard_tab EIDAS 2014/0910 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 4 Artikolu 32 Rekwiżiti għall-validazzjoni ta’ firem elettroniċi kwalifikati
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA
KAPITOLU III
SERVIZZI FIDUĊJARJI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
TAQSIMA 2
Superviżjoni
TAQSIMA 3
Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati
TAQSIMA 4
Firem elettroniċi
TAQSIMA 5
Siġilli elettroniċi
TAQSIMA 6
Timbri tal-ħin elettroniċi
TAQSIMA 7
Servizzi elettroniċi ta’ konsenja rreġistrati
TAQSIMA 8
Awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku
KAPITOLU IV
DOKUMENTI ELETTRONIĊI
KAPITOLU V
DELEGA TA’ SETGĦA U DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ta’ 32
- tal-firma 12
- lill-parti 10
- kwalifikati 10
- dipendenti 10
- elettronika 10
- fil-mument 8
- għall-validazzjoni 8
- elettroniċi 8
- firma 6
- firem 6
- kien 6
- kwalifikata 6
- minn 4
- fl-artikolu 4
- psewdonimu 4
- dawk 4
- kwalunkwe 4
- kwalifikat 4
- implimentazzjoni 4
- validazzjoni 4
- għandha 4
- iċ-ċertifikat 4
- korrett 4
- għandu 4
- b’mod 4
- jkun 4
- permezz 2
- il-kummissjoni 2
- r-riżultat 2
- għas-sigurtà 2
- rilevanti 2
- kwistjoni 2
- tiskopri 2
- tippermetti 2
- tal-proċess 2
- tipprovdi 2
- użata 2
- is-sistema 2
- sodisfatti 2
- ġew 2
- atti 2
- artikolu 2
- tista’ 2
- tal-firem 2
- eżami 2
- mal-proċedura 2
- f’konformità 2
- adottati 2
- jiġu 2
Artikolu 32
Rekwiżiti għall-validazzjoni ta’ firem elettroniċi kwalifikati
1. Il-proċess għall-validazzjoni ta’ firma elettronika kwalifikata għandu jikkonferma l-validità ta’ firma elettronika kwalifikata dment li:
(a) | iċ-ċertifikat, li jappoġġa l-firma kien, fil-mument tal-firma ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika li jikkonforma mal-Anness I; |
(b) | iċ-ċertifikat kwalifikat inħareġ minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u kien validu fil-mument tal-firma; |
(c) | id-data ta’ validazzjoni tal-firma tikkorrispondi għad-data pprovduta lill-parti dipendenti; |
(d) | is-sett uniku ta’ data li jirrappreżenta l-firmatarju fiċ-ċertifikat tingħata b’mod korrett lill-parti dipendenti; |
(e) | l-użu ta’ kwalunkwe psewdonimu jkun indikat b’mod ċar lill-parti dipendenti jekk psewdonimu kien intuża fil-mument tal-firma; |
(f) | il-firma elettronika nħolqot minn apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi kwalifikati; |
(g) | l-integrità tad-data ffirmata ma tkunx ġiet kompromessa; |
(h) | ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 26 kienu ġew sodisfatti fil-mument tal-firma; |
2. Is-sistema użata għall-validazzjoni tal-firma elettronika kwalifikata għandha tipprovdi lill-parti dipendenti r-riżultat korrett tal-proċess ta’ validazzjoni u għandha tippermetti lill-parti dipendenti li tiskopri kwalunkwe kwistjoni rilevanti għas-sigurtà.
3. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għall-validazzjoni ta’ firem elettroniċi kwalifikati. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta l-validazzjoni tal-firem elettroniċi kwalifikati tissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

whereas