keyboard_tab EIDAS 2014/0910 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 6 rikonoxximent reċiproku
- 1 Artikolu 28 Ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi
- 1 Artikolu 38 Ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA
KAPITOLU III
SERVIZZI FIDUĊJARJI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
TAQSIMA 2
Superviżjoni
TAQSIMA 3
Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati
TAQSIMA 4
Firem elettroniċi
TAQSIMA 5
Siġilli elettroniċi
TAQSIMA 6
Timbri tal-ħin elettroniċi
TAQSIMA 7
Servizzi elettroniċi ta’ konsenja rreġistrati
TAQSIMA 8
Awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku
KAPITOLU IV
DOKUMENTI ELETTRONIĊI
KAPITOLU V
DELEGA TA’ SETGĦA U DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- ta’ 146
- elettroniċi 42
- għal 37
- għandu 34
- kwalifikat 33
- kwalifikati 28
- elettronika 27
- firem 26
- jkun 24
- dwar 23
- ċertifikat 15
- tiegħu 14
- elettroniku 14
- l-istatus 13
- taċ-ċertifikat 13
- identifikazzjoni 12
- għandhom 12
- sospensjoni 12
- tal-kunsill 11
- ewropew 11
- tal-parlament 11
- tal-ħolqien 11
- servizzi 11
- fiduċjarji 11
- iċ-ċertifikat 10
- implimentazzjoni 10
- dawk 10
- membru 10
- l-isem 10
- jistgħu 10
- fejn 9
- ikun 9
- data 9
- id-data 9
- tkun 9
- stabbiliti 9
- fl-anness 9
- msemmija 9
- l-artikolu 9
- tal-anqas 9
- minn 8
- tad-data 8
- uffiċjali 8
- għall-ħolqien 8
- //ke 8
- assigurazzjoni 7
- jiġi 7
- firma 7
- stat 7
- b’mod 7
Artikolu 28
Ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi
1. Iċ-ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
2. Iċ-ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit obbligatorju li jeċċedi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
3. Ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi jistgħu jinkludu attributi speċifiċi addizzjonali mhux obbligatorji. Dawk l-attributi ma għandhomx jaffettwaw l-interoperabbiltà u r-rikonoxximent tal-firem elettroniċi kwalifikati.
4. Jekk ċertifikat kwalifikat għal firem elettroniċi jkun ġie revokat wara l-attivazzjoni inizjali, huwa għandu jitlef il-validità tiegħu mill-mument tar-revoka tiegħu, u l-istatus tiegħu ma għandu jitreġġa’ lura fl-ebda ċirkostanza.
5. Soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli nazzjonali dwar is-sospensjoni temporanja ta’ ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika:
(a) | jekk ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika jkun ġie sospiż temporanjament, dak iċ-ċertifikat għandu jitlef il-validità tiegħu għall-perijodu ta’ sospensjoni. |
(b) | il-perijodu ta’ sospensjoni għandu jiġi indikat b’mod ċar fil-bażi tad-data taċ-ċertifikati u l-istatus ta’ sospensjoni għandu jkun viżibbli, matul il-perijodu ta’ sospensjoni, mis-servizz li jipprovdi l-informazzjoni dwar l-istatus taċ-ċertifikat. |
6. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I meta ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
Artikolu 6
rikonoxximent reċiproku
1. Meta tinħtieġ identifikazzjoni elettronika bl-użu ta’ mezz ta’ identifikazzjoni elettronika u awtentikazzjoni skont il-liġi nazzjonali jew permezz tal-prassi amministrattiva nazzjonali għall-aċċess għal servizz ipprovdut minn korp tas-settur pubbliku online fi Stat Membru, il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġ fi Stat Membru ieħor għandu jiġi rikonoxxut fl-ewwel Stat Membru għall-finijiet tal-awtentikazzjoni transkonfinali għal dak is-servizz online dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika jinħareġ taħt skema ta’ identifikazzjoni elettronika li hija inkluża fil-lista ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9; |
(b) | il-livell ta’ assigurazzjoni tal-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika jikkorrispondi għal livell ta’ assigurazzjoni daqs jew ogħla mil-livell ta’ assigurazzjoni mitlub mill-korp tas-settur pubbliku rilevanti għall-aċċess għal dak is-servizz online fl-ewwel Stat Membru, dment li l-livell ta’ assigurazzjoni ta’ dak il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika jikkorrispondi għal livell ta’ assigurazzjoni sostanzjali jew għoli; |
(c) | il-korp rilevanti tas-settur pubbliku juża livell sostanzjali jew għoli ta’ assigurazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal dak is-servizz online. |
Tali rikonoxximent għandu jseħħ mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li l-Kummissjoni tippubblika l-lista msemmija fil-punt (a) tal-ewwel s-subparagrafu.
2. Il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika li jinħareġ skont skema ta’ identifikazzjoni elettronika inkluż fil-lista ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 u li jikkorrispondi għal-livell ta’ assigurazzjoni baxx jista’ jiġi rikonoxxut mill-korpi tas-settur pubbliku għall-finijiet tal-awtentikazzjoni transkonfinali għas-servizz pprovdut online minn dawk il-korpi.
Artikolu 28
Ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi
1. Iċ-ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
2. Iċ-ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit obbligatorju li jeċċedi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
3. Ċertifikati kwalifikati għal firem elettroniċi jistgħu jinkludu attributi speċifiċi addizzjonali mhux obbligatorji. Dawk l-attributi ma għandhomx jaffettwaw l-interoperabbiltà u r-rikonoxximent tal-firem elettroniċi kwalifikati.
4. Jekk ċertifikat kwalifikat għal firem elettroniċi jkun ġie revokat wara l-attivazzjoni inizjali, huwa għandu jitlef il-validità tiegħu mill-mument tar-revoka tiegħu, u l-istatus tiegħu ma għandu jitreġġa’ lura fl-ebda ċirkostanza.
5. Soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli nazzjonali dwar is-sospensjoni temporanja ta’ ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika:
(a) | jekk ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika jkun ġie sospiż temporanjament, dak iċ-ċertifikat għandu jitlef il-validità tiegħu għall-perijodu ta’ sospensjoni. |
(b) | il-perijodu ta’ sospensjoni għandu jiġi indikat b’mod ċar fil-bażi tad-data taċ-ċertifikati u l-istatus ta’ sospensjoni għandu jkun viżibbli, matul il-perijodu ta’ sospensjoni, mis-servizz li jipprovdi l-informazzjoni dwar l-istatus taċ-ċertifikat. |
6. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I meta ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika jkun jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
Artikolu 38
Ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi
1. Iċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.
2. Iċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit obbligatorju li jeċċedi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.
3. Iċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi jistgħu jinkludu attributi speċifiċi addizzjonali mhux obbligatorji. Dawk l-attributi ma għandhomx jaffettwaw l-interoperabbiltà u r-rikonoxximent tas-siġilli elettroniċi kwalifikati.
4. Jekk ċertifikat kwalifikat għal siġill elettroniku jkun ġie revokat wara l-attivazzjoni inizjali, dan għandu jitlef il-validità tiegħu mill-mument tar-revoka tiegħu, u l-istatus tiegħu fl-ebda ċirkostanza ma għandu jitreġġa’ lura.
5. Soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin l-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli nazzjonali dwar is-sospensjoni temporanja ta’ ċertifikat kwalifikat għas-siġilli elettroniċi:
(a) | jekk ċertifikat kwalifikat għas-siġill elettroniku jkun ġie sospiż temporanjament, dak iċ-ċertifikat għandu jitlef il-validità tiegħu għall-perijodu ta’ sospensjoni; |
(b) | il-perijodu ta’ sospensjoni għandu jiġi indikat b’mod ċar fil-bażi tad-data taċ-ċertifikati u l-istatus ta’ sospensjoni għandu jkun viżibbli, matul il-perijodu ta’ sospensjoni, mis-servizz li jipprovdi l-informazzjoni dwar l-istatus taċ-ċertifikat. |
6. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tistabbilixxi numri ta’ referenza ta’ standards għal ċertifikati kwalifikati għal siġilli elettroniċi. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III meta ċertifikat kwalifikat għal siġill elettroniku jissodisfa dawk l-istandards. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
Artikolu 52
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2016, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli li ġejjin:
(a) | l-Artikoli 8(3), 9(5), 12(2) sa (9), 17(8), 19(4), 20(4), 21(4), 22(5), 23(3), 24(5), 27(4) u (5), 28(6), 29(2), 30(3) u (4), 31(3), 32(3), 33(2), 34(2), 37(4) u (5), 38(6), 42(2), 44(2), 45(2) u l-Artikoli 47 u 48 għandhom japplikaw mis-17 ta’ Settembru 2014; |
(b) | l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikoli 9, 10, 11 u l-Artikolu 12(1), għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(3) u 12(8); |
(c) | l-Artikolu 6 għandu japplika wara tliet snin mid-data tal-applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(3) u 12(8). |
3. Meta l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata tkun inkluża fil-lista ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9 qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ir-rikonoxximent tal-identifikazzjoni elettronika taħt dik l-iskema f’konformità mal-Artikolu 6 għandu jsir mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dik l-iskema iżda mhux qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4. Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika taħt skema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata f’konformità mal-Artikolu 9(1) minn Stat Membru ieħor jiġu rikonoxxuti fl-ewwel Stat Membru mid-data ta’ applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(3) u 12(8). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2014.
Għall-Parlament
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) ĠU C 351, 15.11.2012, p. 73.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ April 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014.
(3) Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).
(4) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 1.
(5) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(6) Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(7) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament(KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(10) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009, li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36).
(11) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE tal-25 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 66).
(12) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(13) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(14) ĠU C 28, 30.1.2013, p. 6.
(15) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u-tal Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist u pubbliku tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (GU L 94, 28.3.2014, p. 65).
ANNESS I
REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI KWALIFIKATI GĦALL-FIREM ELETTRONIĊI
Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-firem elettroniċi għandu jkun fihom:
(a) | indikazzjoni, tal-anqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat, li ċ-ċertifikat ikun inħareġ bħala ċertifikat kwalifikat għall-firma elettronika; |
(b) | sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li joħroġ ċertifikati kwalifikati inkluż tal-anqas, l-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilit u
|
(c) | tal-anqas l-isem tal-firmatarju, jew psewdonimu; Jekk jintuża psewdonimu, dan għandu jiġi indikat b’mod ċar; |
(d) | data ta’ validazzjoni tal-firma elettronika li tikkorrispondi mad-data tal-ħolqien ta’ firma elettronika; |
(e) | dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat; |
(f) | il-kodiċi tal-identità taċ-ċertifikat, li għandu jkun uniku għall-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat; |
(g) | il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li qed joħorġu; |
(h) | il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (g) ikun disponibbli mingħajr ħlas; |
(i) | il-post tas-servizzi li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat; |
(j) | meta d-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi relatata mad-data ta’ validazzjoni tal-firem elettroniċi tkun tinsab f’apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi, indikazzjoni adatta ta’ dan, tal-inqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat. |
ANNESS II
REKWIŻITI GĦAL APPARAT KWALIFIKAT GĦALL-ĦOLQIEN TA’ FIREM ELETTRONIĊI
1. | Apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi għandu jiżgura, b’mezzi tekniċi u proċedurali adatti, li tal-anqas:
|
2. | Apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi ma għandux ibiddel id-data li għandha tiġi ffirmata jew jipprevjeni data bħal din milli tiġi ppreżentata lill-firmatarju qabel il-proċess tal-firma. |
3. | Il-ġenerazzjoni jew il-ġestjoni tad-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi f’isem il-firmatarju tista’ ssir biss minn fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat. |
4. | Mingħajr preġudizzju għall-punt (d) tal-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li jiġġestixxu data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi f’isem il-firmatarju jistgħu jidduplikaw id-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi għal skopijiet ta’ riżerva biss dment li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:
|
ANNESS III
REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI KWALIFIKATI GĦAS-SIĠILLI ELETTRONIĊI
Iċ-ċertifikati kwalifikati għas-siġilli elettroniċi għandu jkun fihom:
(a) | indikazzjoni, tal-anqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat, li ċ-ċertifikat ikun inħareġ bħala ċertifikat kwalifikat għas-siġill elettroniku; |
(b) | sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li joħroġ ċertifikati kwalifikati inkluż tal-anqas, l-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilit u
|
(c) | tal-anqas l-isem tal-kreatur tas-siġill u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali; |
(d) | data ta’ validazzjoni tas-siġill elettroniku, li tkun tikkorrispondi mad-data tal-ħolqien ta’ siġill elettroniku; |
(e) | dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat; |
(f) | il-kodiċi tal-identità taċ-ċertifika,t li għandu jkun uniku għall-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat; |
(g) | il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li qed joħorġu; |
(h) | il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (g) ikun disponibbli mingħajr ħlas; |
(i) | il-post tas-servizzi li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat; |
(j) | meta d-data tal-ħolqien ta’ siġill elettroniku relatata mad-data ta’ validazzjoni tas-siġill elettroniku tkun tinsab f’apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi, indikazzjoni adatta ta’ dan, tal-anqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat. |
ANNESS IV
REKWIŻITI GĦAĊ-ĊERTIFIKATI KWALIFIKATI GĦALL-AWTENTIKAZZJONI TA’ SITI ELETTRONIĊI
Iċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi għandu jkun fihom:
(a) | indikazzjoni, tal-anqas f’forma adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat, li ċ-ċertifikat ikun inħareġ bħala ċertifikat kwalifikat għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi; |
(b) | sett ta’ data li jirrappreżenta mingħajr ambigwità l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li joħroġ ċertifikati kwalifikati inkluż tal-anqas, l-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilit u
|
(c) | għal persuni fiżiċi: tal-inqas l-isem tal-persuna li lilha jkun inħareġ iċ-ċertifikat, jew psewdonimu. Jekk jintuża psewdonimu, dan għandu jiġi indikat b’mod ċar; għal persuni ġuridiċi: tal-inqas l-isem tal-persuna ġuridika li lilha jkun inħareġ iċ-ċertifikat u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni kif jidhru fir-rekords uffiċjali; |
(d) | elementi tal-indirizz, inkluż tal-inqas il-belt u l-Istat, tal-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jkun inħareġ iċ-ċertifikat u, fejn applikabbli, kif jidhru fir-rekords uffiċjali; |
(e) | l-isem/ismijiet tad-dominju mħaddma mill-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jkun inħareġ iċ-ċertifikat; |
(f) | dettalji tal-bidu u t-tmiem tal-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat; |
(g) | il-kodiċi tal-identità taċ-ċertifikat, li għandu jkun uniku għall-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat; |
(h) | il-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat li qed joħorġu; |
(i) | il-post fejn iċ-ċertifikat li jappoġġa l-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat imsemmi fil-punt (h) ikun disponibbli mingħajr ħlas; |
(j) | il-post tas-servizzi dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat li jistgħu jintużaw biex wieħed jindaga dwar l-istatus ta’ validità taċ-ċertifikat kwalifikat. |
whereas