(29) F’konformità mal-obbligi skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE (8), b’mod partikolari l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni, persuni b’diżabbiltajiet għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi fiduċjarji u l-prodotti ta’ utenti finali użati fil-forniment ta’ dawk is-servizzi fuq bażi ugwali ma’ konsumaturi oħra.
Għalhekk, fejn ikun fattibbli, is-servizzi fiduċjarji provduti u l-prodotti ta’ utenti finali użati fil-forniment ta’ dawk is-servizzi għandhom ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltajiet.
Il-valutazzjoni ta’ fattibbiltà għandha tinkludi, fost l-oħrajn, konsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi.
- = -
(32) Għandu jkun ir-responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kollha li japplikaw prattika tajba ta’ sigurtà xierqa għar-riskji relatati mal-attivitajiet tagħhom sabiex iżidu l-fiduċja tal-utenti fis-suq uniku.
- = -
(36) L-istabbiliment ta’ reġim superviżorju għall-fornituri kollha ta’ servizzi fiduċjarji għandu jiżgura kondizzjonijiet ekwi għas-sigurtà u r-responsabbiltà tal-operazzjonijiet u s-servizzi tagħhom, b’hekk jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-utenti u l-funzjonament tas-suq intern.
Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji mhux kwalifikati għandhom ikunu soġġetti għal attivitajiet superviżorji light-touch u reattivi ex-post iġġustifikati min-natura tas-servizzi u l-operazzjonijiet tagħhom.
Il-korp superviżorju ma għandu għalhekk ikollu ebda obbligu ġenerali li jissorvelja fornituri ta’ servizzi mhux kwalifikati.
Il-korp superviżorju għandu jieħu azzjoni biss meta jiġi informat (pereżempju, mill-fornitur ta’ servizz fiduċjarju mhux kwalifikat innifsu, minn korp superviżorju ieħor, permezz ta’ notifika minn utent jew sieħeb fin-negozju jew fuq il-bażi ta’ investigazzjoni mwettqa minnu stess) li fornitur ta’ servizz fiduċjarju mhux kwalifikat ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
- = -
(41) Sabiex jiżguraw is-sostenibbiltà u d-durabbiltà tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati u biex iżidu l-fiduċja tal-utenti fil-kontinwità tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati, il-korpi superviżorji għandhom jivverifikaw l-eżistenza u l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ terminazzjoni f’każijiet fejn il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom.
- = -
(47) Il-fiduċja fis-servizzi online u l-konvenjenza tagħhom huma essenzjali għall-utenti sabiex jibbenefikaw bi sħiħ u jafdaw konxjament fis-servizzi elettroniċi.
Għal dan l-għan, għandha tinħoloq marka ta’ fiduċja tal-UE għall-identifikazzjoni tas-servizz fiduċjarju kwalifikati provduti mill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati.
Tali marka ta’ fiduċja tal-UE għal servizzi fiduċjarji kwalifikati għandha tiddistingwi b’mod ċar is-servizzi fiduċjarji kwalifikati minn servizzi fiduċjarji oħra u b’hekk tikkontribwixxi għat-trasparenza fis-suq.
L-użu ta’ marka ta’ fiduċja tal-UE mill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati għandu jkun volontarju u ma għandu jwassal għal ebda rekwiżit ieħor għajr dawk previsti f’dan ir-Regolament.
- = -
(52) Il-ħolqien ta’ firem elettroniċi mill-bogħod, fejn l-ambjent ta’ ħolqien ta’ firem elettroniċi huwa ġestit minn fornitur ta’ servizz fiduċjarju f’isem il-firmatarju, hu mistenni li jiżdied fid-dawl tal-benefiċċji ekonomiċi multipli tiegħu.
Madankollu, sabiex jiġi żgurat li dawn il-firem elettroniċi jirċievu l-istess rikonoxximent legali bħall-firem elettroniċi maħluqin f’ambjent ġestit kompletament-mill-utenti, il-fornitur ta’ servizz ta’ firem elettroniċi mill-bogħod għandhom japplikaw proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ sigurtà amministrattiva speċifiċi u jużaw sistemi u prodotti affidabbli, inklużi mezzi siguri ta’ komunikazzjoni elettronika, sabiex ikun garantit li l-ambjent ta’ ħolqien ta’ firem elettroniċi jkun affidabbli u jintuża taħt il-kontroll esklużiv tal-firmatarju.
Fejn firma elettronika kwalifikata tkun inħolqot permezz ta’ apparat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi mill-bogħod, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-fornituri tas-servizz fiduċjarju kwalifikati stabbiliti f’dan ir-Regolament.
- = -
(67) Is-servizzi ta’ awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi jipprovdu mezz li bih persuna li tidħol f’sit elettroniku tista’ tkun żgurata li wara s-sit elettroniku hemm entità ġenwina u leġittima.
Dawk is-servizzi jikkontribwixxu biex tinbena l-fiduċja u l-kunfidenza fit-twettiq tan-negozju online, billi l-utenti jkollhom fiduċja f’sit elettroniku li tkun ġiet awtentikata.
Il-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi huma kompletament volontarji.
Madankollu, sabiex l-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi ssir mezz biex tittejjeb il-fiduċja, li tipprovdi esperjenza aħjar għall-utent u tkattar it-tkabbir fis-suq intern, dan ir-Regolament għandu jistipula l-obbligi minimi ta’ sigurtà u responsabbiltà għall-fornituri u s-servizzi tagħhom.
Għal dak l-għan, ittieħed kont tar-riżultati tal-inizjattivi eżistenti mmexxijin mill-industrija, per eżempju l-Awtoritajiet ta’ Ċertifikazzjoni/Browsers Forum - Forum CA/B.
Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi l-użu ta’ mezzi jew metodi oħra biex jawtentikaw siti elettroniċi li ma taqax taħt dan ir-Regolament u lanqas m’għandu jostakola fornituri ta’ servizzi ta’ awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi ta’ pajjiżi terzi milli jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-klijenti fl-Unjoni.
Madankollu, is-servizzi ta’ awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi ta’ fornitur ta’ pajjiż terz għandhom ikunu rikonoxxuti bħala kwalifikati, skont dan ir-Regolament, biss jekk ikun ġie konkluż ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u l-pajjiż ta’ stabbiliment tal-fornitur.
- = -