keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI
KAPITOLU III
OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI
KAPITOLU IV
TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI
KAPITOLU V
IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI
KAPITOLU VI
QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA
KAPITOLU VII
AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI
KAPITOLU VIII
INTEROPERABBILTÀ
KAPITOLU IX
IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR
KAPITOLU X
DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- tad-data 74
- tal-ipproċessar 50
- tfisser 43
- servizzi 32
- servizz 28
- data 18
- għal 17
- minn 16
- inkluż 14
- fornitur 13
- konness 12
- fl-artikolu 11
- tal-unjoni 11
- diġitali 11
- tal-ict 10
- tiġi 10
- għandu 10
- fejn 10
- tas-servizz 10
- tal-qlib 10
- prodott 9
- differenti 9
- wara 9
- aktar 8
- kwalunkwe 8
- fiżika 8
- tiegħu 8
- ta’ 8
- definit 8
- matul 7
- biex 7
- parti 7
- rilevanti 7
- skont 7
- imsemmi 7
- infrastruttura 7
- konformità 7
- tista 7
- ue / 7
- massimu 7
- fil-paragrafu 7
- il-kuntratt 7
- kollha 7
- il-post 7
- esportata 7
- il-punt 6
- relatat 6
- lill-klijent 6
- kummerċjali 6
- nazzjonali 6
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | "data" tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali ta' atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta' dawn l-atti, fatti jew informazzjoni, inkluż fil-forma ta' reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva; |
(2) | " metadata" tfisser deskrizzjoni strutturata tal-kontenut jew tal-użu tad-data li tiffaċilita s-sejbien jew l-użu ta' dik id-data; |
(3) | "data personali" tfisser data personali kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(4) | "data mhux personali" tfisser data li mhijiex data personali; |
(5) | "prodott konness" tfisser oġġett li jikseb, jiġġenera jew jiġbor data dwar l-użu jew l-ambjent tiegħu u li jkun jista' jikkomunika data ta' prodott permezz ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika, konnessjoni fiżika jew aċċess fuq l-apparat, u li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-ħżin, l-ipproċessar jew it-trażmissjoni tad-data f'isem kwalunkwe parti għajr l-utent; |
(6) | "servizz relatat" tfisser servizz diġitali, għajr servizz tal-komunikazzjoni elettronika, inkluż software, li jkun konness mal-prodott fil-mument tax-xiri, kiri jew lokazzjoni b'tali mod li n-nuqqas tiegħu jipprevjeni lill-prodott konness milli jwettaq waħda jew aktar mill-funzjonijiet tiegħu, jew li sussegwentement ikun konness mal-prodott mill-manifattur jew parti terza biex iżid, jaġġorna jew jadatta l-funzjonijiet tal-prodott konness; |
(7) | "ipproċessar" tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jitwettqu fuq data jew fuq settijiet ta' data, sew jekk b'mezzi awtomatizzati, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, id-divulgazzjoni permezz ta' trażmissjoni, id-disseminazzjoni, jew mezzi oħra biex isiru disponibbli, l-allinjament jew il-kombinament, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda; |
(8) | "servizz tal-ipproċessar tad-data" tfisser servizz diġitali li jkun ipprovdut lil klijent u li jippermetti aċċess minn kullimkien u fuq talba għan-network għal grupp kondiviż ta' riżorsi tal-informatika konfigurabbli, skalabbli u elastiċi ta' natura ċentralizzata, distribwita jew distribwita ħafna li jista' jiġi fornut malajr u rilaxxat bi sforz minimu ta' ġestjoni jew interazzjoni mal-fornitur tas-servizz; |
(9) | "l-istess tip ta' servizz" tfisser sett ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li jaqsmu l-istess objettiv primarju, mudell ta' servizz tal-ipproċessar tad-data u funzjonalitajiet prinċipali; |
(10) | "servizz ta' intermedjazzjoni tad-data" tfisser servizz ta' intermedjazzjoni tad-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2022/868; |
(11) | "suġġett tad-data" tfisser suġġett tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(12) | "utent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid ta' prodott konness jew li lilha jkunu ġew ittrasferiti kuntrattwalment drittijiet temporanji għall-użu ta' dak il-prodott konness, jew li tirċievi servizzi relatati; |
(13) | "detentur tad-data" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha d-dritt jew l-obbligu, f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-liġi tal-Unjoni applikabbli jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, li tuża u tagħmel disponibbli data, inkluż, fejn miftiehem kuntrattwalment, data ta' prodott jew data ta' servizz relatat li tkun irkuprat jew iġġenerat matul il-forniment ta' servizz relatat; |
(14) | "riċevitur tad-data" tfisser persuna fiżika jew ġuridika, li taġixxi għal finijiet li huma relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna, minbarra l-utent ta' prodott konness jew servizz relatat, li d-detentur tad-data jagħmel id-data disponibbli lilha, inkluż parti terza wara talba mill-utent lid-detentur tad-data jew f'konformità ma' obbligu legali skont il-liġi tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni; |
(15) | "data ta' prodott" tfisser data ġġenerata mill-użu ta' prodott konness li l-manifattur iddiżinja biex ikun tista' tiġi rkuprata, permezz ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika, konnessjoni fiżika jew aċċess fuq l-apparat, minn utent, detentur tad-data jew parti terza, inkluż, fejn rilevanti, il-manifattur; |
(16) | "data ta' servizz relatat" tfisser data li tirrappreżenta d-diġitalizzazzjoni tal-azzjonijiet tal-utent jew tal-avvenimenti relatati mal-prodott konness, irreġistrata intenzjonalment mill-utent jew iġġenerata bħala prodott sekondarju tal-azzjoni tal-utent matul il-forniment ta' servizz relatat mill-fornitur; |
(17) | "data faċilment disponibbli" tfisser data ta' prodott u data ta' servizz relatat li detentur tad-data jikseb legalment jew jista' jikseb legalment mill-prodott konness jew servizz relatat, mingħajr sforz sproporzjonat li jmur lil hinn minn operazzjoni sempliċi; |
(18) | "sigriet kummerċjali" tfisser sigriet kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/943; |
(19) | "detentur ta' sigriet kummerċjali" tfisser detentur ta' sigriet kummerċjali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva (UE) 2016/943; |
(20) | “tfassil tal-profil” tfisser tfassil tal-profil kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(21) | "tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' prodott konness għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, sew bi ħlas u anki mingħajru; |
(22) | "tqegħid fis-suq" tfisser li prodott konness jitqiegħed għall-ewwel darba għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni; |
(23) | "konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li ma jkunux fl-ambitu tal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni ta' dik il-persuna; |
(24) | "intrapriża" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, fir-rigward ta' kuntratti u prattiki koperti minn dan ir-Regolament, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna; |
(25) | “intrapriża żgħira” tfisser intrapriża żgħira kif definit fl-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE; |
(26) | "mikrointrapriża" tfisser mikrointrapriża kif definit fl-Artikolu 2(3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE; |
(27) | "korpi tal-Unjoni" tfisser il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti skont atti adottati abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-TFUE jew it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika; |
(28) | "korp tas-settur pubbliku" tfisser awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali tal-Istati Membri u korpi regolati mil-liġi pubblika tal-Istati Membri, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità waħda jew aktar jew minn tali korp wieħed jew aktar; |
(29) | "emerġenza pubblika" tfisser sitwazzjoni eċċezzjonali, limitata fiż-żmien, bħal emerġenza tas-saħħa pubblika, emerġenza li tirriżulta minn diżastri naturali, diżastru kbir ħafna kkaġunat mill-bniedem, inkluż inċident maġġuri ta' ċibersigurtà, li taffettwa b'mod negattiv il-popolazzjoni tal-Unjoni jew Stat Membru sħiħ jew parti minnu, b'riskju ta' riperkussjonijiet serji u dejjiema għall-kundizzjonijiet tal-għajxien jew l-istabbiltà ekonomika, l-istabbiltà finanzjarja, jew id-degradazzjoni sostanzjali u immedjata tal-assi ekonomiċi fl-Unjoni jew fl-Istat Membru rilevanti u li hija determinata jew iddikjarata uffiċjalment f’konformità mal-proċeduri rilevanti skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali; |
(30) | "klijent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun daħlet f'relazzjoni kuntrattwali ma' fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data bl-objettiv li tuża servizz wieħed jew aktar tal-ipproċessar tad-data; |
(31) | "assistenti virtwali" tfisser software li jista' jipproċessa d-domandi, il-kompiti jew il-mistoqsijiet, inkluż dawk abbażi ta' awdjo, input bil-miktub, ġesti jew movimenti, u li, abbażi ta' dawk id-domandi, il-kompiti jew il-mistoqsijiet, jipprovdi aċċess għal servizzi oħra jew jikkontrolla l-funzjonijiet tal-prodotti konnessi; |
(32) | "assi diġitali" tfisser elementi f'forma diġitali, inkluż applikazzjonijiet, li għalihom il-klijent għandu d-dritt tal-użu, indipendentement mir-relazzjoni kuntrattwali mas-servizz tal-ipproċessar tad-data li biħsiebu jaqleb minnu; |
(33) | “infrastruttura tal-ict fuq il-post" tfisser infrastruttura tal-ict u riżorsi tal-informatika li jkunu proprjetà tal klijent jew mikrija jew mogħtija b'lokazzjoni mill-klijent, li tinsab fiċ-ċentru tad-data tal-klijent innifsu u operata mill-klijent jew minn parti terza; |
(34) | "qlib" tfisser il-proċess li jinvolvi fornitur sors ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, klijent ta' servizz tal-ipproċessar tad-data u fornitur ta' destinazzjoni ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, fejn il-klijent ta' servizz tal-ipproċessar tad-data jibdel mill-użu ta' servizz tal-ipproċessar tad-data wieħed għall-użu ta' servizz ieħor tal-ipproċessar tad-data tal-istess tip ta' servizz, jew servizz ieħor, offrut minn fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, inkluż permezz tal-estrazzjoni, it-trasformazzjoni u l-uploading tad-data; |
(35) | "imposti tal-ħruġ ta' data" tfisser tariffi tat-trasferiment tad-data imposti fuq il-klijenti għall-estrazzjoni tad-data tagħhom permezz tan-network mill-infrastruttura tal-ict ta' fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għas-sistema ta' fornitur differenti jew għal infrastruttura ICT fuq il-post; |
(36) | "imposti tal-qlib" tfisser imposti, għajr it-tariffi tas-servizz standard jew penali għal terminazzjoni bikrija, imposti minn fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fuq klijent għall-azzjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament għall-qlib għas-sistema ta' fornitur differenti jew għal infrastruttura tal-ict fuq il-post, inkluż imposti tal-ħruġ tad-data; |
(37) | "ekwivalenza funzjonali" tfisser l-istabbiliment mill-ġdid, abbażi tad-data li tista' tiġi esportata u l-assi diġitali tal-klijent, ta' livell minimu ta' funzjonalità fl-ambjent ta' servizz tal-ipproċessar tad-data ġdid tal-istess tip ta' servizz wara l-proċess ta' qlib, fejn is-servizz ta' pproċessar ta' data tad-destinazzjoni jagħti eżitu materjalment komparabbli b'rispons għall-istess input għal karatteristiċi kondiviżi pprovduti lill-klijent skont il-kuntratt; |
(38) | "data li tista' tiġi esportata", għall-fini tal-Artikoli 23 sa 31 u l-Artikolu 35, tfisser id-data tal-input u l-output, inkluż il- metadata , iġġenerata direttament jew indirettament, jew koġenerata, mill-użu mill-klijent tas-servizz tal-ipproċessar tad-data, minbarra kwalunkwe assi jew data protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali, tal-fornituri tas-servizz tal-ipproċessar tad-data jew ta’ partijiet terzi; |
(39) | "kuntratt intelliġenti" tfisser programm tal-kompjuter użat għall-eżekuzzjoni awtomatizzata ta' ftehim jew parti minnu, bl-użu ta' sekwenza ta' rekords elettroniċi tad-data u l-iżgurar tal-integrità tagħhom u l-preċiżjoni tal-ordni kronoloġika tagħhom; |
(40) | "interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità ta' żewġ spazji jew aktar tad-data jew networks ta' komunikazzjoni, sistemi, prodotti konnessi, applikazzjonijiet, servizzi tal-ipproċessar tad-data jew komponenti għall-iskambju u għall-użu tad-data sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom; |
(41) | "speċifikazzjoni miftuħa tal-interoperabbiltà" tfisser speċifikazzjoni teknika, fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni,, li hija orjentata lejn il-prestazzjoni biex jiksbu l-interoperabbiltà bejn is-servizzi tal-ipproċessar tad-data; |
(42) | "speċifikazzjonijiet komuni" tfisser dokument, għajr standard, li jkun fih soluzzjonijiet tekniċi li jipprovdu mezz għall-konformità ma' ċerti rekwiżiti u obbligi stabbiliti skont dan ir-Regolament; |
(43) | "standard armonizzat" tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1)(c), tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
KAPITOLU II
KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI
Artikolu 23
Tneħħija tal-ostakli għall-qlib effettiv
Il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 25, 26, 27, 29 u 30 biex jippermettu lill-klijenti jaqilbu għal servizz tal-ipproċessar tad-data, li jkopri l-istess tip ta' servizz, li huwa pprovdut minn fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, jew għal intrastruttura tal-ict fuq il-post, jew, fejn rilevanti, jużaw diversi fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fl-istess ħin. B'mod partikolari, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data ma għandhomx jimponu u għandhom ineħħu l-ostakli prekummerċjali, kummerċjali, tekniċi, kuntrattwali u organizzattivi li jimpedixxu lill-klijenti milli:
(a) | itemmu, wara l-perjodu massimu ta' avviż u t-tlestija b'suċċess tal-proċess tal-qlib, f'konformità mal-Artikolu 25, il-kuntratt tas-servizz tal-ipproċessar tad-data; |
(b) | jikkonkludu kuntratti ġodda ma' fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz; |
(c) | jittrasferixxu d-data tal-klijent li tista' tiġi esportata u assi diġitali, lil fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jew lil infrastruttura tal-ict fuq il-post, inkluż wara li jkun ibbenefika minn offerta bla ħlas; |
(d) | f'konformità mal-Artikolu 24, jiksbu ekwivalenza funzjonali fl-użu tas-servizz il-ġdid tal-ipproċessar tad-data fl-ambjent tal-ict tal-fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz; |
(e) | jisseparaw, fejn ikun teknikament fattibbli, is-servizzi tal-ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 30(1) minn servizzi oħra tal-ipproċessar tad-data pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data. |
Artikolu 25
Termini kuntrattwali dwar il-qlib
1. Id-drittijiet tal-klijent u l-obbligi tal-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fir-rigward tal-qlib bejn il-fornituri ta' tali servizzi jew, fejn applikabbli, għal infrastruttura tal-ict fuq il-post għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar f'kuntratt bil-miktub. Il-fornitur tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jagħmel il-kuntratt disponibbli għall-klijent qabel l-iffirmar tal-kuntratt b'mod li jippermetti lill-klijent jaħżen u jipproduċi mill-ġdid il-kuntratt.
2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/770, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a) | klawżoli li jippermettu lill-klijent, fuq talba, jaqleb għal servizz tal-ipproċessar tad-data offrut minn fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jew li jittrasferixxi d-data u l-assi diġitali kollha li jistgħu jiġu esportati għal infrastruttura ICT fuq il-post, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux wara l-perjodu tranżizzjonali massimu obbligatorju ta' 30 jum kalendarju, li jibda wara l-perjodu massimu ta' avviż imsemmi fil-punt (d), li matulu l-kuntratt tas-servizz jibqa' japplika u li matulu l-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu:
|
(b) | obbligu tal-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data biex jappoġġa l-istrateġija ta' ħruġ rilevanti tal-klijent għas-servizzi kkuntrattati, inkluż billi jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha; |
(c) | klawżola li tispeċifika li l-kuntratt għandu jiġi kkunsidrat mitmum u l-klijent għandu jiġi nnotifikat bit-terminazzjoni, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(d) | perjodu massimu ta' avviż għall-bidu tal-proċess tal-qlib, li ma għandux jaqbeż xahrejn; |
(e) | speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji kollha tad-data u l-assi diġitali li jistgħu jiġu ttrasferiti matul il-proċess tal-qlib, inkluż, bħala minimu, id-data kollha li tista' tiġi esportata; |
(f) | speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji tad-data speċifiċi għall-funzjonament intern tas-servizz tal-ipproċessar tad-data tal-fornitur li jridu jiġu eżentati mid-data li tista' tiġi esportata skont il-punt (e) ta’ dan il-paragrafu fejn jeżisti riskju ta' ksur tas-sigrieti kummerċjali tal-fornitur; sakemm tali eżenzjonijiet ma għandhomx jimpedixxu jew idewmu l-proċess tal-qlib previst fl-Artikolu 23; |
(g) | perjodu minimu għall-irkupru tad-data ta' mill-inqas 30 jum kalendarju, li jibda wara t-terminazzjoni tal-perjodu tranżizzjonali li kien miftiehem bejn il-klijent u l-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, f'konformità mal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u l-paragrafu 4; |
(h) | klawżola li tiggarantixxi t-tħassir sħiħ tad-data kollha li tista' tiġi esportata u ta’ assi diġitali ġġenerati direttament mill-klijent, jew relatati mal-klijent direttament, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ rkupru msemmi fil-punt (g) jew wara l-iskadenza ta' perjodu alternattiv maqbul f'data aktar tard mid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rkupru msemmi fil-punt (g), dment li l-proċess tal-qlib ikun tlesta b'suċċess; |
(i) | l-imposti tal-qlib li jistgħu jiġu imposti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data f'konformità mal-Artikolu 29. |
3. Il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi klawżoli li jipprovdu li l-klijent jista' jinnotifika lill-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data bid-deċiżjoni tiegħu li jwettaq waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew aktar mat-terminazzjoni tal-perjodu massimu ta' avviż imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d):
(a) | jaqleb għal fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, f'liema każ il-klijent għandu jipprovdi d-dettalji neċessarji ta' dak il-fornitur; |
(b) | jaqleb għal infrastruttura tal-ict fuq il-post; |
(c) | iħassar d-data li tista’ tiġi esportata u l-assi diġitali tiegħu. |
4. Meta l-perjodu tranżizzjonali massimu obbligatorju kif previst fil-paragrafu 2, il-punt (a) ma jkunx teknikament fattibbli, il-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jinnotifika lill-klijent fi żmien 14-il jum tax-xogħol minn meta ssir it-talba għall-qlib, u għandu jiġġustifika b’mod xieraq in-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u jindika perjodu tranżizzjonali alternattiv, li ma għandux jaqbeż seba' xhur. F'konformità mal-paragrafu 1, għandha tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz matul il-perjodu tranżizzjonali alternattiv kollu,.
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi klawżoli li jagħtu lill-klijent id-dritt li jestendi l-perjodu tranżizzjonali darba għal perjodu li l-klijent jikkunsidra aktar xieraq għall-għanijiet tiegħu stess.
Artikolu 28
Obbligi ta' trasparenza kuntrattwali dwar l-aċċess u t-trasferiment internazzjonali
1. Il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli fuq is-siti web tagħhom, u jżommu dik l-informazzjoni aġġornata:
(a) | il-ġuriżdizzjoni li għaliha tkun soġġetta l-infrastruttura tal-ict użata għall-ipproċessar tad-data tas-servizzi individwali tagħhom; |
(b) | deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi, organizzattivi u kuntrattwali adottati mill-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data sabiex jiġi evitat l-aċċess jew it-trasferiment internazzjonali mill-gvern ta’ data mhux personali miżmuma fl-Unjoni fejn tali aċċess jew trasferiment joħloq kunflitt mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti. |
2. Is-siti web imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu elenkati fi kuntratt għas-servizzi kollha tal-ipproċessar tad-data offruti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data.
whereas