keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- 1 Artikolu 38 Dritt li jitressaq ilment
- 1 Artikolu 39 Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II
KONDIVIŻJONI TAD-DATA BEJN NEGOZJU U KONSUMATUR U BEJN IN-NEGOZJI
KAPITOLU III
OBBLIGI GĦAD-DETENTURI TAD-DATA OBBLIGATI LI JAGĦMLU D-DATA DISPONIBBLI SKONT IL-LIĠI TAL-UNJONI
KAPITOLU IV
TERMINI KUNTRATTWALI INĠUSTI RELATATI MAL-AĊĊESS GĦAD-DATA U L-UŻU BEJN L-INTRAPRIŻI
KAPITOLU V
IT-TQEGĦID TAD-DATA GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAL-KORPI TAS-SETTUR PUBBLIKU, TAL-KUMMISSJONI, TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U TAL-KORPI TAL-UNJONI ABBAŻI TA' ĦTIEĠA EĊĊEZZJONALI
KAPITOLU VI
QLIB BEJN IS-SERVIZZI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DATA
KAPITOLU VII
AĊĊESS U TRASFERIMENT GOVERNATTIV INTERNAZZJONALI ILLEGALI TA' DATA MHUX PERSONALI
KAPITOLU VIII
INTEROPERABBILTÀ
KAPITOLU IX
IMPLIMENTAZZJONI U INFURZAR
KAPITOLU X
DRITT SUI GENERIS SKONT ID-DIRETTIVA 96/9/KE
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
- kompetenti 7
- ġudizzjarju 6
- għal 5
- rimedju 5
- rilevanti 4
- effettiv 4
- kwalunkwe 4
- tagħhom 3
- ġuridika 3
- persuna 3
- għandu 3
- fiżika 3
- ilment 3
- għandha 2
- għandhom 2
- konformità 2
- affettwata 2
- mal-liġi 2
- l-informazzjoni 2
- nazzjonali 2
- skont 2
- dwar 2
- kollha 2
- meħuda 2
- d-dritt 2
- dritt 2
- artikolu 2
- ue / 2
- ġuridiċi 2
- fiżiċi 2
- kollettivament 2
- fejn 2
- amministrattiv 2
- ieħor 2
- membru 2
- fir-rigward 1
- il-kooperazzjoni 1
- jkollha 1
- għandhiex 1
- taffettwa 1
- mir-regolament 1
- l-mekkaniżmi 1
- kooperazzjoni 1
- previsti 1
- fil-kapitoli 1
- mhux 1
- minkejja 1
- tar-regolament 1
- legalment 1
- deċiżjonijiet 1
Artikolu 38
Dritt li jitressaq ilment
1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw ilment, individwalment jew, fejn rilevanti, kollettivament, mal-awtorità kompetenti rilevanti fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tagħhom, post tax-xogħol jew stabbiliment jekk iqisu li d-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament ikunu nkisru. Il-koordinatur tad-data għandu, fuq talba, jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi għall-preżentazzjoni tal-ilmenti tagħhom lill-awtorità kompetenti xierqa.
2. L-awtorità kompetenti li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur, f'konformità mal-liġi nazzjonali, dwar il-progress tal-proċedimenti u dwar id-deċiżjoni meħuda.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw biex jittrattaw u jsolvu l-ilmenti b'mod effettiv u f'waqthom, inkluż billi jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha b'mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien żejjed. Din il-kooperazzjoni ma għandhiex taffettwa l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni previsti fil-Kapitoli VI u VII tar-Regolament (UE) 2016/679 u mir-Regolament (UE) 2017/2394.
Artikolu 39
Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv
1. Minkejja kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika affettwata għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fir-rigward ta' deċiżjonijiet legalment vinkolanti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti.
2. Meta awtorità kompetenti tonqos milli taġixxi fuq ilment, kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika affettwata għandha, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jew ikollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv inkella aċċess għal rieżami minn korp imparzjali bl-għarfien espert xieraq.
3. Il-proċedimenti skont dan l-Artikolu għandhom jitressqu quddiem il-qrati jew tribunali tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li kontriha jintalab ir-rimedju ġudizzjarju b'mod individwali jew, fejn rilevanti, kollettivament mir-rappreżentanti ta' persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar.
whereas