search


keyboard_tab Data Act 2023/2854 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2023/2854 MT cercato: 'il-fornituri' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


expand index il-fornituri:


whereas il-fornituri:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 862

 

Artikolu 23

Tneħħija tal-ostakli għall-qlib effettiv

il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 25, 26, 27, 29 u 30 biex jippermettu lill-klijenti jaqilbu għal servizz tal-ipproċessar tad-data, li jkopri l-istess tip ta' servizz, li huwa pprovdut minn fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, jew għal intrastruttura tal-ICT fuq il-post, jew, fejn rilevanti, jużaw diversi fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fl-istess ħin. B'mod partikolari, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data ma għandhomx jimponu u għandhom ineħħu l-ostakli prekummerċjali, kummerċjali, tekniċi, kuntrattwali u organizzattivi li jimpedixxu lill-klijenti milli:

(a)

itemmu, wara l-perjodu massimu ta' avviż u t-tlestija b'suċċess tal-proċess tal-qlib, f'konformità mal-Artikolu 25, il-kuntratt tas-servizz tal-ipproċessar tad-data;

(b)

jikkonkludu kuntratti ġodda ma' fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz;

(c)

jittrasferixxu d-data tal-klijent li tista' tiġi esportata u assi diġitali, lil fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jew lil infrastruttura tal-ICT fuq il-post, inkluż wara li jkun ibbenefika minn offerta bla ħlas;

(d)

f'konformità mal-Artikolu 24, jiksbu ekwivalenza funzjonali fl-użu tas-servizz il-ġdid tal-ipproċessar tad-data fl-ambjent tal-ICT tal-fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz;

(e)

jisseparaw, fejn ikun teknikament fattibbli, is-servizzi tal-ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 30(1) minn servizzi oħra tal-ipproċessar tad-data pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data.

Artikolu 25

Termini kuntrattwali dwar il-qlib

1.   Id-drittijiet tal-klijent u l-obbligi tal-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fir-rigward tal-qlib bejn il-fornituri ta' tali servizzi jew, fejn applikabbli, għal infrastruttura tal-ICT fuq il-post għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar f'kuntratt bil-miktub. Il-fornitur tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jagħmel il-kuntratt disponibbli għall-klijent qabel l-iffirmar tal-kuntratt b'mod li jippermetti lill-klijent jaħżen u jipproduċi mill-ġdid il-kuntratt.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/770, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

klawżoli li jippermettu lill-klijent, fuq talba, jaqleb għal servizz tal-ipproċessar tad-data offrut minn fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jew li jittrasferixxi d-data u l-assi diġitali kollha li jistgħu jiġu esportati għal infrastruttura ICT fuq il-post, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux wara l-perjodu tranżizzjonali massimu obbligatorju ta' 30 jum kalendarju, li jibda wara l-perjodu massimu ta' avviż imsemmi fil-punt (d), li matulu l-kuntratt tas-servizz jibqa' japplika u li matulu l-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu:

(i)

jagħti assistenza raġonevoli lill-klijent u lill-partijiet terzi awtorizzati mill-klijent fil-proċess tal-qlib;

(ii)

jaġixxi bl-attenzjoni dovuta biex tinżamm il-kontinwità tan-negozju, u jkompli jipprovdi l-funzjonijiet jew is-servizzi skont il-kuntratt;

(iii)

jipprovdi informazzjoni ċara dwar ir-riskji magħrufa għall-kontinwità fil-forniment tal-funzjonijiet jew tas-servizzi min-naħa tal-fornitur sors tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data;

(iv)

jiżgura li jinżamm livell għoli ta' sigurtà matul il-proċess tal-qlib, b'mod partikolari s-sigurtà tad-data matul it-trasferiment tagħha u l-kontinwità tas-sigurtà tad-data matul il-perjodu ta' rkupru speċifikat fil-punt (g), f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni jew dawk nazzjonali applikabbli;

(b)

obbligu tal-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data biex jappoġġa l-istrateġija ta' ħruġ rilevanti tal-klijent għas-servizzi kkuntrattati, inkluż billi jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha;

(c)

klawżola li tispeċifika li l-kuntratt għandu jiġi kkunsidrat mitmum u l-klijent għandu jiġi nnotifikat bit-terminazzjoni, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

fejn applikabbli, mat-tlestija b'suċċess tal-proċess tal-qlib;

(ii)

fi tmiem il-perjodu massimu ta' avviż imsemmi fil-paragrafu (d), meta l-klijent ma jixtieqx jaqleb iżda jixtieq iħassar id-data li tista’ tiġi esportata u l-assi diġitali kollha tiegħu mat-terminazzjoni tas-servizz;

(d)

perjodu massimu ta' avviż għall-bidu tal-proċess tal-qlib, li ma għandux jaqbeż xahrejn;

(e)

speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji kollha tad-data u l-assi diġitali li jistgħu jiġu ttrasferiti matul il-proċess tal-qlib, inkluż, bħala minimu, id-data kollha li tista' tiġi esportata;

(f)

speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji tad-data speċifiċi għall-funzjonament intern tas-servizz tal-ipproċessar tad-data tal-fornitur li jridu jiġu eżentati mid-data li tista' tiġi esportata skont il-punt (e) ta’ dan il-paragrafu fejn jeżisti riskju ta' ksur tas-sigrieti kummerċjali tal-fornitur; sakemm tali eżenzjonijiet ma għandhomx jimpedixxu jew idewmu l-proċess tal-qlib previst fl-Artikolu 23;

(g)

perjodu minimu għall-irkupru tad-data ta' mill-inqas 30 jum kalendarju, li jibda wara t-terminazzjoni tal-perjodu tranżizzjonali li kien miftiehem bejn il-klijent u l-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, f'konformità mal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u l-paragrafu 4;

(h)

klawżola li tiggarantixxi t-tħassir sħiħ tad-data kollha li tista' tiġi esportata u ta’ assi diġitali ġġenerati direttament mill-klijent, jew relatati mal-klijent direttament, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ rkupru msemmi fil-punt (g) jew wara l-iskadenza ta' perjodu alternattiv maqbul f'data aktar tard mid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rkupru msemmi fil-punt (g), dment li l-proċess tal-qlib ikun tlesta b'suċċess;

(i)

l-imposti tal-qlib li jistgħu jiġu imposti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data f'konformità mal-Artikolu 29.

3.   Il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi klawżoli li jipprovdu li l-klijent jista' jinnotifika lill-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data bid-deċiżjoni tiegħu li jwettaq waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew aktar mat-terminazzjoni tal-perjodu massimu ta' avviż imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d):

(a)

jaqleb għal fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, f'liema każ il-klijent għandu jipprovdi d-dettalji neċessarji ta' dak il-fornitur;

(b)

jaqleb għal infrastruttura tal-ICT fuq il-post;

(c)

iħassar d-data li tista’ tiġi esportata u l-assi diġitali tiegħu.

4.   Meta l-perjodu tranżizzjonali massimu obbligatorju kif previst fil-paragrafu 2, il-punt (a) ma jkunx teknikament fattibbli, il-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jinnotifika lill-klijent fi żmien 14-il jum tax-xogħol minn meta ssir it-talba għall-qlib, u għandu jiġġustifika b’mod xieraq in-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u jindika perjodu tranżizzjonali alternattiv, li ma għandux jaqbeż seba' xhur. F'konformità mal-paragrafu 1, għandha tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz matul il-perjodu tranżizzjonali alternattiv kollu,.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi klawżoli li jagħtu lill-klijent id-dritt li jestendi l-perjodu tranżizzjonali darba għal perjodu li l-klijent jikkunsidra aktar xieraq għall-għanijiet tiegħu stess.

Artikolu 27

Obbligu ta' bona fide

Il-partijiet kollha involuti, inkluż il-fornituri ta' destinazzjoni ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, għandhom jikkooperaw in bona fide biex jagħmlu l-proċess tal-qlib effettiv, jippermettu t-trasferiment f'waqtu tad-data u jżommu l-kontinwità tas-servizz tal-ipproċessar tad-data.

Artikolu 28

Obbligi ta' trasparenza kuntrattwali dwar l-aċċess u t-trasferiment internazzjonali

1.   il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli fuq is-siti web tagħhom, u jżommu dik l-informazzjoni aġġornata:

(a)

il-ġuriżdizzjoni li għaliha tkun soġġetta l-infrastruttura tal-ICT użata għall-ipproċessar tad-data tas-servizzi individwali tagħhom;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi, organizzattivi u kuntrattwali adottati mill-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data sabiex jiġi evitat l-aċċess jew it-trasferiment internazzjonali mill-gvern ta’ data mhux personali miżmuma fl-Unjoni fejn tali aċċess jew trasferiment joħloq kunflitt mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti.

2.   Is-siti web imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu elenkati fi kuntratt għas-servizzi kollha tal-ipproċessar tad-data offruti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data.

Artikolu 29

Irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib

1.   Mit-12 ta’ Jannar 2027, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data ma għandhom jimponu l-ebda imposta tal-qlib fuq il-klijent għall-proċess tal-qlib.

2.   Mill-11 ta’ Jannar 2024 sat-12 ta’ Jannar 2027, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jistgħu jimponu imposti mnaqqsa tal-qlib fuq il-klijent għall-proċess tal-qlib.

3.   L-imposti mnaqqsa tal-qlib imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet imġarrba mill-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li huma direttament marbuta mal-proċess tal-qlib ikkonċernat.

4.   Qabel ma jidħlu f’kuntrattwali ma' klijent, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jipprovdu lill-klijent prospettiv informazzjoni ċara dwar it-tariffi ta' servizz standard u l-penali ta' terminazzjoni bikrija li jistgħu jiġu imposti, kif ukoll dwar l-imposti mnaqqsa tal-qlib li jistgħu jiġu imposti matul il-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2.

5.   Meta jkun rilevanti, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jipprovdu informazzjoni lil konsumatur dwar servizzi tal-ipproċessar tad-data li jinvolvu qlib kumpless ħafna jew għali jew li għalihom ikun impossibbli li jsir qlib mingħajr interferenza sinifikanti fid-data, fl-assi diġitali jew fl-arkitettura tas-servizz.

6.   Fejn ikun applikabbli, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 disponibbli pubblikament għall-klijenti permezz ta' taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom jew bi kwalunkwe mod ieħor faċilment aċċessibbli.

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 45 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ biex il-Kummissjoni timmonitorja l-imposti tal-qlib, imposti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fis-suq sabiex tiżgura li l-irtirar u t-tnaqqis ta' imposti tal-qlib skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jintlaħqu f'konformità mal-iskadenzi previsti f'dawk il-paragrafi.

Artikolu 30

Aspetti tekniċi tal-qlib

1.   il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li jikkonċernaw riżorsi tal-informatika skalabbli u elastiċi limitati għal elementi infrastrutturali bħal servers, networks u r-riżorsi virtwali neċessarji għall-operat tal-infrastruttura, iżda li ma jipprovdux aċċess għas-servizzi operatorji, software u applikazzjonijiet li jinħażnu, li jiġu pproċessati mod ieħor, jew li jintużaw fuq dawk l-elementi infrastrutturali, għandhom, f’konformità mal-Artikolu 27, jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha fis-setgħa tagħhom biex jagħmluha aktar faċli li l-klijent, wara li jaqleb għal servizz li jkopri l-istess tip ta' servizz tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data, jikseb ekwivalenza funzjonali fl-użu tas-servizz ta’ destinazzjoni tal-ipproċessar tad-data. Il-fornitur sors ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jiffaċilita l-proċess tal-qlib billi jipprovdi kapaċitajiet, informazzjoni adegwata, dokumentazzjoni, appoġġ tekniku u, fejn xieraq, l-għodod neċessarja.

2.   il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jagħmlu l-interfaċċi miftuħa disponibbli bl-istess mod għall-klijenti kollha tagħhom u għall-fornituri ta' destinazzjoni tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data kkonċernati mingħajr ħlas biex jiffaċilitaw il-proċess tal-qlib. Dawk l-interfaċċi għandhom jinkludu biżżejjed informazzjoni dwar is-servizz ikkonċernat biex jippermettu l-iżvilupp ta' software li jikkomunika mas-servizzi, għall-finijiet tat-trasferiment u l-interoperabbiltà tad-data.

3.   Għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà mal-ispeċifikazzjonijiet komuni bbażati fuq speċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà jew standards armonizzati għall-interoperabbiltà mill-inqas 12-il xahar wara li r-referenzi għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data jkunu ġew ippubblikati fir-repożitorju ċentrali tal-istandards tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data tal-Unjoni wara l-pubblikazzjonijiet tal-atti ta' implimentazzjoni sottostanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 35(8).

4.   il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jaġġornaw ir-reġistru online msemmi fl-Artikolu 26, il-punt (b), f'konformità mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

5.   Fil-każ tal-qlib bejn servizzi tal-istess tip ta' servizz, li għalihom l-ispeċifikazzjonijiet komuni tal-l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma jkunux ġew ippubblikati fir-repożitorju ċentrali tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 35(7), il-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu, fuq talba tal-klijent, jesporta d-data kollha li tista' tiġi esportata f'format strutturat, użat b'mod komuni u li jinqara minn magna.

6.   il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data ma għandhomx ikunu meħtieġa jiżviluppaw teknoloġiji jew servizzi ġodda, jew jiżvelaw jew jittrasferixxu assi diġitali li huma protetti minn drittijiet ta' propjetà intellettwali jew li jikkostitwixxu sigriet kummerċjali, lil klijent jew lil fornitur differenti ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data jew jikkompromettu s-sigurtà u l-integrità tas-servizz tal-klijent jew tal-fornitur.

Artikolu 32

Aċċess u trasferiment governattiv internazzjonali

1.   il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi, organizzattivi u legali adegwati kollha, inkluż kuntratti, sabiex jevitaw l-aċċess u t-trasferiment internazzjonali u minn gvernijiet ta' pajjiżi terzi ta' data mhux personali miżmuma fl-Unjoni fejn tali trasferiment jew aċċess joħloq kunflitt mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 jew 3.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni jew sentenza ta' qorti jew tribunal ta' pajjiż terz u kwalunkwe deċiżjoni ta' awtorità amministrattiva ta' pajjiż terz li tirrikjedi li fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jittrasferixxi jew jagħti aċċess għal data mhux personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament miżmuma fl-Unjoni għandha tiġi rikonoxxuta jew infurzabbli bi kwalunkwe mod biss jekk tkun ibbażata fuq ftehim internazzjonali, bħal trattat dwar l-assistenza legali reċiproka, fis-seħħ bejn il-pajjiż terz rikjedenti u l-Unjoni, jew kwalunkwe ftehim bħal dan bejn il-pajjiż terz rikjedenti u Stat Membru.

3.   Fin-nuqqas ta' ftehim internazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 2, fejn fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jkun id-destinatarju ta' deċiżjoni jew sentenza ta' qorti jew ta' tribunal ta' pajjiż terz jew deċiżjoni ta' awtorità amministrattiva ta' pajjiż terz li tittrasferixxi jew tagħti aċċess għal data mhux personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament miżmuma fl-Unjoni u l-konformità ma' tali deċiżjoni tkun qed tissogra li tpoġġi lid-destinatarju f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti, it-trasferiment ta' tali data jew l-aċċess għaliha minn dik l-awtorità ta' pajjiż terz għandu jsir biss fejn:

(a)

is-sistema ta' pajjiż terz teħtieġ li jiġu stabbiliti r-raġunijiet u l-proporzjonalità ta' tali deċiżjoni jew sentenza u tirrikjedi li tali deċiżjoni jew sentenza tkun ta' natura speċifika, pereżempju billi tiġi stabbilita rabta suffiċjenti ma' ċerti persuni jew ksur suspettati;

(b)

l-oġġezzjoni motivata tad-destinatarju tkun soġġetta għal rieżami minn qorti jew tribunal kompetenti ta' pajjiż terz; u

(c)

il-qorti jew it-tribunal kompetenti ta' pajjiż terz li joħroġ id-deċiżjoni jew is-sentenza jew li jirrieżamina d-deċiżjoni ta' awtorità amministrattiva jingħata s-setgħa skont il-liġi ta' dak il-pajjiż terz li jqis debitament l-interessi legali rilevanti tal-fornitur tad-data protetta mil-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti.

Id-destinatarju tad-deċiżjoni jew sentenza jista' jitlob l-opinjoni tal-korp jew l-awtorità nazzjonali rilevanti kompetenti għall-kooperazzjoni internazzjonali fi kwistjonijiet legali, sabiex jiddetermina jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu humiex issodisfati, b'mod partikolari meta jqis li d-deċiżjoni tista' tkun relatata ma' sigrieti kummerċjali u data kummerċjalment sensittiva oħra kif ukoll ma' kontenut protett mid-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jew it-trasferiment jista' jwassal għal identifikazzjoni mill-ġdid. Il-korp jew l-awtorità nazzjonali rilevanti jistgħu jikkonsultaw lill-Kummissjoni. Jekk id-destinatarju jqis li d-deċiżjoni jew sentenza tista' taffettwa l-interessi tas-sigurtà nazzjonali jew tad-difiża tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, huwa għandu jitlob l-opinjoni tal-korp jew l-awtorità nazzjonali rilevanti sabiex jiddetermina jekk id-data mitluba tikkonċernax l-interessi tas-sigurtà nazzjonali jew tad-difiża tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha. Jekk id-destinatarju ma jkunx irċieva tweġiba fi żmien xahar, jew jekk l-opinjoni ta’ tali korp jew awtorità tikkonkludi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu mhumiex issodisfati, id-destinatarju jista' jiċħad it-talba għal trasferiment jew aċċess, għad-data mhux personali, abbażi ta' dawk ir-raġunijiet.

L-EDIB imsemmi fl-Artikolu 42 għandu jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' linji gwida dwar il-valutazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu humiex issodisfati.

4.   Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jew 3 jiġu ssodisfati, il-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jipprovdi l-ammont minimu ta' data permissibbli bi tweġiba għal talba, abbażi tal-interpretazzjoni raġonevoli ta’ dik it-talba mill-fornitur jew mill-korp jew awtorità nazzjonali rilevanti msemmija fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu.

5.   Il-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu jinforma lill-klijent tad-data dwar l-eżistenza ta' talba minn awtorità ta' pajjiż terz biex taċċessa d-data tiegħu qabel ma jikkonforma ma' dik it-talba, ħlief fejn it-talba sservi skopijiet ta' infurzar tal-liġi u sakemm dan ikun neċessarju biex tiġi ppreservata l-effettività tal-attività tal-infurzar tal-liġi.

KAPITOLU VIII

INTEROPERABBILTÀ

Artikolu 34

Interoperabbiltà għall-finijiet ta' użu parallel tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data

1.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23, l-Artikolu 24, l-Artikolu 25(2), il-punti (a)(ii), (a)(iv), (e) u (f) u l-Artikolu 30(2) sa (5) għandhom japplikaw ukoll mutatis mutandis għall-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data biex tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà għall-finijiet ta' użu parallel tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data.

2.   Meta servizz tal-ipproċessar tad-data qed jiġi użat b’mod parallel ma’ servizz ieħor tal-ipproċessar tad-data, il-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data jistgħu jimponu imposti tal-ħruġ ta' data, iżda biss sabiex jiġu trasferiti l-kostijiet imġarrba, mingħajr ma jeċċedu tali kostijiet..

Artikolu 49

Evalwazzjoni u rieżami

1.   Sat-12 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta, b'mod partikolari:

(a)

sitwazzjonijiet li għandhom jiġu kkunsirati bħala sitwazzjonijiet ta' ħtieġa eċċezzjonali għall-fini tal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament fil-prattika, b'mod partikolari l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament minn korpi tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u korpi tal-Unjoni; l-għadd u l-eżitu tal-proċedimenti mressqa quddiem l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 18(5) dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament, kif irrapportati mill-awtoritajiet kompetenti; l-impatt ta' obbligi oħra stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali għall-finijiet ta' konformità ma' talbiet għal aċċess għal informazzjoni; l-impatt tal-mekkaniżmi volontarji ta' kondiviżjoni tad-data, bħal dawk stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) 2022/868, fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament, u r-rwol tad-data personali fil-kuntest tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, inkluż l-evoluzzjoni ta' teknoloġiji li jtejbu l-privatezza;

(b)

l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-użu tad-data fl-ekonomija, inkluż fuq l-innovazzjoni tad-data, il-prattiki ta' monetizzazzjoni tad-data u s-servizzi ta' intermedjazzjoni tad-data, kif ukoll fuq il-kondiviżjoni tad-data fi ħdan l-ispazji komuni Ewropej tad-data;

(c)

l-aċċessibbiltà u l-użu ta' kategoriji u tipi differenti ta' data;

(d)

l-esklużjoni ta' ċerti kategoriji ta' intrapriżi bħala benefiċjarji skont l-Artikolu 5;

(e)

in-nuqqas ta' kwalunkwe impatt fuq id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;

(f)

l-impatt fuq is-sigrieti kummerċjali, inkluż fuq il-protezzjoni kontra l-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom, kif ukoll l-impatt tal-mekkaniżmu li jippermetti lid-detentur tad-data jirrifjuta t-talba tal-utent skont l-Artikolu 4(8) u l-Artikolu 5(11), b’kont meħud, sa fejn ikun possibbli, ta’ kwalunkwe reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2016/943;

(g)

jekk il-lista ta' termini kuntrattwali inġusti msemmija fl-Artikolu 13 hijiex aġġornata fid-dawl ta' prattiki kummerċjali ġodda u l-pass mgħaġġel tal-innovazzjoni tas-suq;

(h)

bidliet fil-prattiki kuntrattwali tal-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data u jekk dan jirriżultax f'konformità suffiċjenti mal-Artikolu 25;

(i)

it-tnaqqis fl-imposti, imposti mill-fornituri tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għall-proċess tal-qlib, f'konformità mal-irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib skont l-Artikolu 29;

(j)

l-interazzjoni ta' dan ir-Regolament ma' atti legali oħra tal-Unjoni ta' rilevanza għall-ekonomija tad-data;

(k)

il-prevenzjoni ta' aċċess governattiv illegali għal data mhux personali;

(l)

l-effikaċja tar-reġim ta' infurzar meħtieġ skont l-Artikolu 37;

(m)

l-impatt tar-regolamentazzjoni fuq l-SMEs fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jinnovaw u tad-disponibbiltà ta’ servizzi tal-ipproċessar tad-data għall-utenti fl-Unjoni u l-piż tal-konformità mal-obbligi l-ġodda.

2.   Sat-12 ta’ Settembru 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-impatt tal-Artikoli 23 sa 31 u l-Artikoli 34 u 35, b'mod partikolari fir-rigward tal-ipprezzar u d-diversità tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data offruti fl-Unjoni, b'enfasi speċjali fuq il-fornituri tal-SMEs.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda dan ir-Regolament.


whereas









keyboard_arrow_down