keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 56
- is-servizz 17
- għandu 15
- jiġi 11
- ikun 11
- l-kontenut 10
- konformità 9
- jkun 9
- l-konsumatur 8
- għal 8
- l-kuntratt 8
- provvista 7
- il-kummerċjant 7
- kwalunkwe 7
- il-kontenut 7
- meta 6
- il-kuntratt 6
- żmien 6
- jipprovdi 6
- ġie 6
- tal-kontenut 6
- il-konsumatur 6
- pprovdut 5
- milli 5
- konkluż 5
- kontenut 5
- artikolu 5
- servizz 5
- tal-kuntratt 5
- jista 4
- raġonevolment 4
- pubblika 4
- mill-kummerċjant 4
- jkunx 4
- sakemm 4
- perjodu 4
- tal-konsumatur 4
- meta 4
- disponibbli 4
- jittermina 4
- dewmien 3
- jistenna 3
- minħabba 3
- tas-servizz 3
- intitolat 3
- kienx 3
- il-kummerċjant 3
- kienet 3
- tanġibbli 3
- qabel 3
Artikolu 5
Provvista tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali
1. Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lill-konsumatur. Sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu mod ieħor, il-kummerċjant għandu jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed wara l-konklużjoni tal-kuntratt.
2. Il-kummerċjant għandu jkun issodisfa l-obbligu ta' provvista meta:
(a) | il-kontenut diġitali jew kwalunkwe mezz adattat għall-aċċess jew għat-tniżżil ta' kontenut diġitali jiġi magħmul disponibbli għall-konsumatur, jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop; |
(b) | is-servizz diġitali jiġi magħmul aċċessibbli għall-konsumatur jew għal faċilità fiżika jew virtwali magħżula mill-konsumatur għal dak l-iskop. |
Artikolu 8
Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità
1. Minbarra li jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu:
(a) | ikun adatt għall-iskop li għalih jintuża normalment kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali, standards tekniċi jew, fl-assenza ta' tali standards tekniċi, kodiċi ta' kondotta industrijali speċifiċi għas-settur; |
(b) | ikun ta' kwantità u jkollu l-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, li huwa normali għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-kummerċjant jew f'ismu, jew persuni oħra f'ħoloq preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, partikolarment fir-reklamar jew it-tikkettar, sakemm il-kummerċjant ma jkunx jista' jipprova li:
|
(c) | fejn applikabbli, jiġi pprovdut flimkien ma' kwalunkwe aċċessorju u istruzzjoni li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna li jirċievi; u |
(d) | jikkonforma ma' kwalunkwe verżjoni ta' prova jew wirja minn qabel tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali magħmul disponibbli għall-pubbliku mill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. |
2. Il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat dwar aġġornamenti u jiġi pprovdut bihom, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà li huma meħtieġa biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità, għall-perjodu ta’ żmien:
(a) | li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fil-qafas tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa fuq perjodu ta'żmien; or |
(b) | li konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba t-tip u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista; |
3. Meta l-konsumatur jonqos milli jinstalla, fi żmien raġonevoli, l-aġġornamenti pprovduti mill-kummerċjant f'konformità mal-paragrafu 2, il-kummerċjant ma għandu jkun responsabbli għal ebda nuqqas ta' konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:
(a) | il-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u |
(b) | in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni mhux korretta mill-konsumatur tal-aġġornament ma kienx minħabba nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-kummerċjant. |
4. Meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun f'konformità sakemm idum dak il-perjodu.
5. Ma għandu jkun hemm ebda nuqqas ta' konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 2, jekk, fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur ikun ġie infurmat b'mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi tal-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 u l-konsumatur espressament u separatament aċċetta dik id-devjazzjoni meta jiġi konkluż il-kuntratt.
6. Sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut bl-aktar verżjoni reċenti li tkun disponibbli fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt.
Artikolu 10
Drittijiet ta' partijiet terzi
Meta restrizzjoni li tirriżulta minn ksur ta'kwalunkwe dritt ta' parti terza, b'mod partikolari d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, tipprevjeni jew tillimita l-użu tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f'konformità mal-Artikoli 7 u 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta' konformità previsti fl-Artikolu 14, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għan-nullità jew ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f’każijiet bħal dawn.
Artikolu 13
Rimedju għan-nuqqas ta' provvista
1. Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5, il-konsumatur għandu jitlob lill-kummerċjant jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Jekk il-kummerċjant imbagħad jonqos milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed, jew matul perjodu addizzjonali ta' żmien kif miftiehem espressament mill-partijiet, il-konsumatur għandu ikun intitolat li jittermina l-kuntratt.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika, u l-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament, meta:
(a) | il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. |
(b) | il-konsumatur u l-il-kummerċjant ikunu ftiehmu, jew ikun ċar miċ-ċirkostanzi li fihom ġie konkluż il-kuntratt, li jkun essenzjali li jkun hemm perjodu speċifiku ta' żmien għall-provvista u l-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali sa dak il-mument jew f'dak il-mument; |
3. Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt taħt il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw b'mod korrispondenti.
Artikolu 17
Obbligi tal-konsumatur fil-każ ta' terminazzjoni
1. Wara li l-kuntratt jiġi terminat, il-konsumatur għandu jżomm lura milli juża l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u milli jagħmilhom disponibbli għal partijiet terzi.
2. Fejn il-kontenut diġitali jkun ġie pprovdut fuq mezz tanġibbli, fuq talba u bi spejjeż tal-kummerċjant, il-konsumatur għandu jirritorna l-mezz tanġibbli lill-kummerċjant, mingħajr dewmien bla bżonn. Jekk il-kummerċjantjiddeċiedi li jitlob lura l-mezz tanġibbli, dik it-talba għandha ssir fi żmien 14-il jum mill-jum li fih il-kummerċjantjiġi infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt.
3. Il-konsumatur ma għandu jkun responsabbli li jħallas għal ebda użu li jsir mill-kontenut diġitali jew servizz diġitali fil-perjodu qabel ma jiġi terminat il-kuntratt li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.
whereas