keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- diġitali 52
- konformità 27
- is-servizz 24
- għandu 13
- l-kontenut 13
- il-kontenut 9
- jkun 9
- mingħajr 8
- il-kummerċjant 8
- ikun 8
- l-kuntratt 8
- mal-paragrafu 7
- jiġi 7
- jkunx 7
- żmien 7
- il-konsumatur 7
- intitolat 7
- jittermina 6
- meta 6
- jekk 5
- pprovdut 5
- dwar 5
- minn 5
- nuqqas 5
- in-nuqqas 4
- il-modifika 4
- ħlas 4
- kien 4
- modifika 4
- fil-prezz 4
- perjodu 3
- infurmat 3
- raġonevoli 3
- skont 3
- mill-konsumatur 3
- artikolu 3
- għall-konsumatur 3
- tal-kontenut 3
- skambju 3
- prezz 3
- jġib 3
- rimedji 3
- l-kummerċjant 3
- lill-konsumatur 3
- meta 3
- minuri 3
- wieħed 3
- għal 3
- sakemm 3
- proporzjonat 3
Artikolu 14
Rimedji għan-nuqqas ta' konformità
1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, li jirċievi tnaqqis proporzjonat fil-prezz, jew li jittermina l-kuntratt, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali miġjub f'konformità, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew sakemm dan ma jimponix spejjeż fuq il-kummerċjant li jkunu sproporzjonati, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, inkluż:
(a) | il-valur li kien ikollu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità; u |
(b) | is-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità. |
3. Il-kummerċjant għandu jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità skont il-paragrafu 2 f'perjodu ta' żmien raġonevoli mill-mument li fih il-kummerċjant ikun ġie infurmat mill-konsumatur dwar in-nuqqas ta' konformità, mingħajr ħlas u mingħajr ebda inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur, b'kont meħud tan-natura tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali u l-iskop li għalih il-konsumatur kien jeħtieġ il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.
4. Il-konsumatur għandu jkun intitolat jew għal tnaqqis proporzjonat tal-prezz f'konformità mal-paragrafu 5 meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, jew it-terminazzjoni tal-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 6, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) | ir-rimedju biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinġieb f'konformità ma jkunx possibbli jew ikun sproporzjonat f'konformità mal-paragrafu 2; |
(b) | il-kummerċjant ma jkunx ġab il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-paragrafu 3; |
(c) | nuqqas ta' konformità jsir apparenti minkejja t-tentattiv min-naħa tal-kummerċjant li jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità; |
(d) | in-nuqqas ta' konformità tant ikun ta' natura serja li jiġġustifika t-tnaqqis immedjat fil-prezz jew it-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt; jew |
(e) | il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jġib il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità fi żmien raġonevoli jew mingħajr inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur. |
5. It-tnaqqis fil-prezz għandu jkun proporzjonat għat-tnaqqis fil-valur tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li ġie pprovdut lill-konsumatur meta mqabbel mal-valur li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali kien ikollu li kieku kien f'konformità mal-kuntratt.
Meta l-kuntratt jistipula li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fuq perjodu ta' żmien bi skambju mal-ħlas ta' prezz, it-tnaqqis fil-prezz għandu japplika għall-perjodu ta' żmien li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma kienx f'konformità.
6. Meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi pprovdut bi skambju ma' ħlas ta' prezz, il-konsumatur għandu jkun intitolat jittermina l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità ma jkunx wieħed minuri. L-oneru tal-provi rigward jekk in-nuqqas ta' konformità jkunx wieħed minuri għandu jkun fuq il-kummerċjant.
Artikolu 19
Modifika tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali
1. Meta l-kuntratt jipprevedi li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut jew magħmul aċċessibbli lill-konsumatur għal perjodu ta' żmien, il-kummerċjant jista' jimmodifika l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità skont l-Artikoli 7 u 8, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) | il-kuntratt jippermetti tali modifika u jipprovdi raġuni valida għal din il-modifika; |
(b) | tali modifika ssir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur; |
(c) | il-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar u li jinftiehem dwar il-modifika; u |
(d) | fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-konsumatur jiġi infurmat, fi żmien raġonevoli minn qabel fuq mezz durabbli, dwar il-karatteristiċi u l-mument tal-modifika, u dwar id-dritt li jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2, jew dwar il-possibbiltà li jżomm il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr tali modifika f'konformità mal-paragrafu 4. |
2. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt jekk il-modifika jkollha impatt negattiv fuq l-aċċess tal-konsumatur għall-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mill-konsumatur jew l-użu tiegħu mill-konsumatur, sakemm tali impatt negattiv ma jkunx biss minuri. F'dak il-każ, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt mingħajr ħlas fi żmien 30 jum minn meta jirċievi l-informazzjoni jew mill-mument meta l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi modifikat mill-kummerċjant, skont liema minnhom ikun l-aktar tard.
3. Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 15 sa 18, b'mod korrispondenti.
4. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk il-kummerċjant ikun ippermetta lill-konsumatur li jżomm, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr il-modifika, u l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jibqa' f'konformità.
Artikolu 20
Dritt ta' rimedju
Meta l-kummerċjant ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba xi nuqqas li jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali, jew minħabba nuqqas ta' konformità mal-kuntratt li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn persuna fi stadji preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, il-kummerċjant għandu jkun intitolat li jfittex rimedji kontra l-persuna jew il-persuni responsabbli fil-katina ta' tranżazzjonijiet kummerċjali. Il-persuna li kontriha l-kummerċjant jista' jfittex rimedji, u l-azzjonijiet u l-kundizzjonijiet rilevanti tal-eżerċizzju, għandhom jiġu determinati mill-liġi nazzjonali.
whereas