search


keyboard_tab Contratti digitali 2019/0770 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2019/0770 MT cercato: 'għall-provvista' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl




whereas għall-provvista:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 376

 

Artikolu 1

Suġġett u skop

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern filwaqt li tipprevedi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, billi tistabbilixxi regoli komuni dwar ċerti rekwiżiti li jikkonċernaw kuntratti bejn kummerċjanti u konsumaturi għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali, b'mod partikolari, regoli dwar:

il-konformità ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali mal-kuntratt,

rimedji fil-każ ta' nuqqas ta' tali konformità jew nuqqas ta' provvista u l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta' dawk ir-rimedji, u dwar

il-modifika ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopjiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"kontenut diġitali" tfisser data li tiġi prodotta u pprovduta f'forma diġitali;

(2)

"servizz diġitali" tfisser:

(a)

servizz li jippermetti lill-konsumatur joħloq, jipproċessa, jaħżen jew li jkollu aċċess għal data f'forma diġitali; or

(b)

servizz li jippermetti l-kondiviżjoni ta' data f'format diġitali jew il-kondiviżjoni magħha, li tkun imtellgħa jew maħluqa mill-konsumatur jew utenti oħra ta' dak is-servizz;

(3)

"oġġetti b'elementi diġitali" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli li jinkorpora, jew li huwa interkonness ma', kontenut diġitali jew servizz diġitali b'tali mod li l-assenza ta' dak il-kontenut diġitali jew servizz diġitali ma tippermettix li l-oġġett ijwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

(4)

"integrazzjoni" tfisser l-irbit flimkien u l-inkorporazzjoni ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali mal-komponenti tal-ambjent diġitali tal-konsumatur sabiex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jkun jista' jintuża f'konformità mal-rekwiżiti għall-konformità previsti minn din id-Direttiva;

(5)

"kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-fatt jekk hijiex ta' sjieda privata jew pubblika, li qed taġixxi, inkluż permezz ta' kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isem dik il-persuna fiżika jew legali jew għan-nom ta’ dik il-persuna, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni ta' dik il-persuna, fir-rigward ta' kuntratti koperti minn din id-Direttiva;

(6)

"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika, li, b'rabta ma' kuntratti koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għal skopijiet li jmorru lil hinn mill-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta' dik il-persuna;

(7)

"prezz" tfisser flus jew rappreżentazzjoni diġitali ta' valur li hija dovuta bi skambju għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali;

(8)

"data personali" tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(9)

"ambjent diġitali" tfisser ħardwer, softwer u kwalunkwe konnessjoni ta' netwerk użata mill-konsumatur biex ikollu aċċess għal kontenut diġitali jew servizz diġitali jew jagħmel użu minnhom;

(10)

"kompatibbiltà" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiffunzjona b'ħardwer jew softwer li bihom normalment jintuża kontenut diġitali jew servizz diġitali tal-istess tip, mingħajr il-ħtieġa li l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jiġi kkonvertit;

(11)

"funzjonalità" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu fid-dawl tal-iskop tiegħu;

(12)

"interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali li jiffunzjona b'ħardwer jew softwer differenti minn dawk li normalment bihom jintuża kontenut diġitali jew servizz diġitali tal-istess tip;

(13)

"mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-kummerċjant jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lil dik il-persuna b'mod li huwa aċċessibbli għal referenza futura, għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

Artikolu 10

Drittijiet ta' partijiet terzi

Meta restrizzjoni li tirriżulta minn ksur ta'kwalunkwe dritt ta' parti terza, b'mod partikolari d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, tipprevjeni jew tillimita l-użu tal-kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f'konformità mal-Artikoli 7 u 8, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun intitolat għar-rimedji għan-nuqqas ta' konformità previsti fl-Artikolu 14, sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għan-nullità jew ir-riżoluzzjoni tal-kuntratt għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizz diġitali f’każijiet bħal dawn.

Artikolu 13

Rimedju għan-nuqqas ta' provvista

1.   Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali f'konformità mal-Artikolu 5, il-konsumatur għandu jitlob lill-kummerċjant jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali. Jekk il-kummerċjant imbagħad jonqos milli jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali mingħajr dewmien żejjed, jew matul perjodu addizzjonali ta' żmien kif miftiehem espressament mill-partijiet, il-konsumatur għandu ikun intitolat li jittermina l-kuntratt.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika, u l-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament, meta:

(a)

il-kummerċjant ikun iddikjara, jew ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi, li l-kummerċjant ma jkunx se jipprovdi l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali.

(b)

il-konsumatur u l-il-kummerċjant ikunu ftiehmu, jew ikun ċar miċ-ċirkostanzi li fihom ġie konkluż il-kuntratt, li jkun essenzjali li jkun hemm perjodu speċifiku ta' żmien għall-provvista u l-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali sa dak il-mument jew f'dak il-mument;

3.   Meta l-konsumatur jittermina l-kuntratt taħt il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw b'mod korrispondenti.

Artikolu 23

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE

(1)   Fl-Anness għar-Regolament (UE) 2017/2394, jiżdied il-punt li ġej:

"28.

Id-Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali (ĠU L 136, p. 22.5.2019, p. 1).".

(2)   Fl-Anness I tad-Direttiva 2009/22/KE, jiżdied il-punt li ġej:

“17.

Id-Direttiva (UE)2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).”.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.   Sal-1 ta’ Lulju 2021 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu publikati uffiċjalament. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-provvista ta' kontenut diġitali jew servizzi diġitali li sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2022 bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 19 u 20 ta’ din id-Direttiva li għandhom japplikaw biss għall-kuntratti konklużi minn dik id-data.

Artikolu 25

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2024, tirrieżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew. Ir-rapport għandu jeżamina, fost l-oħrajn, il-każ għall-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali jew ta' servizzi diġitali għajr dak kopert minn din id-Direttiva, inkluż ipprovduti bi skambju ma' riklami.


whereas









keyboard_arrow_down